Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/12/40

Il-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012

“L-Istati Membri ‘ġodda’ tal-UE qegħdin jirkupraw fl-iġjene tal-biċċeriji” -
L-awdituri tal-UE

L-Istati Membri aderenti mal-UE mill-2004 kellhom jiżguraw li l-biċċeriji tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene tal-UE. Peress li dawn ir-rekwiżiti kienu ġeneralment ta’ standard ħafna ogħla mir-rekwiżiti nazzjonali eżistenti, fondi tal-UE kienu pprovduti biex jimmodernizzaw il-biċċeriji sabiex tkun iffaċilitata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-iġjene. L-UE pprovdiet madwar EUR 117-il miljun lil 241 biċċerija skont il-programm SAPARD.

Il-verifika eżaminat l-użu ta’ dawn il-fondi u ta’ fondi oħrajn u jekk kienx hemm sistemi adegwati sabiex jiġu implimentati l-istandards tal-iġjene. Inkludiet żjarat lill-biċċeriji fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja li bbenefikaw mill-finanzjament tal-UE.

Il-messaġġ prinċipali li ħareġ mill-verifika hu li t-tfassil ġenerali ta’ sistemi għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tal-iġjene mill-Kummissjoni, u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati kien adegwat.

Madankollu l-verifika żvelat għadd ta’ dgħufijiet fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi (li jikkonċernaw kemm is-sorveljanza tal-operaturi tal-kummerċ tal-ikel, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom tar-rekwiżiti tal-iġjene).

Id-dgħufijiet identifikati juru li hemm il-ħtieġa għal aktar rigorożità fil-livelli kollha biex jitnaqqsu r-riskji. Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet ġenerali mmirati lejn it-titjib fl-implimentazzjoni fuq il-post kif ukoll dwar it-taħriġ u l-gwida.

Noti lill-edituri:

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li huma ppublikati matul is-sena kollha, jippreżentaw riżultati ta’ verifiki magħżula ta’ oqsma baġitarji speċifiċi tal-UE jew temi ta’ ġestjoni. Dan ir-rapport speċjali 14/2002 “L-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE f’biċċeriji ta’ pajjiżi li ngħaqdu mal-UE mill-2004” eżamina jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati ħadux il-passi neċessarji biex jiżguraw li l-biċċeriji jsiru konformi mal-istandards tal-iġjene tal-UE. Dan kien jinvolvi eżami tas-sorveljanza, tal-gwida, tal-implimentazzjoni u tal-finanzjament ta’ miżuri relatati mar-rekwiżiti tal-iġjene.

II-verifika żvelat dgħufijiet fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri fl-Istati Membri miżjura li huma deskritti fil-qosor hawn taħt. Dawn id-dgħufijiet ma jitfgħux dubju fuq it-tfassil ġenerali tas-sistemi iżda juru l-ħtieġa ta’ aktar rigorożità fl-applikazzjoni tal-kontrolli fil-livelli kollha biex jitnaqqsu r-riskji u jkunu evitati problemi potenzjalment serji għas-sigurtà tal-ikel.

L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament applikabbli dwar l-iġjene kienet parzjalment riveduta mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju (FVO) fl-Istati Membri. Instabu dgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Multiannwali Nazzjonali ta’ Kontroll (MANCPs) mill-Istati Membri. Is-sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma pprevjenitx l-okkorrenza ta’ problemi bl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-iġjene mill-FBOs.

Filwaqt li l-Kummissjoni ppubblikat dokumenti ta’ gwida sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-iġjene, xi wħud mill-Istati Membri involuti ma pproduċewx linji gwida nazzjonali.

Kien hemm nuqqas ta’ konsultazzjoni sistematika bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar l-inizjattiva u nuqqas ta’ proċeduri xierqa fl-Istati Membri biex ixerrdu r-riżultati tal-inizjattiva BTSF.

Il-kontribuzzjoni tal-fondi tal-UE biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti tal-iġjene fil-biċċeriji ġiet affettwata minn dgħufijiet relatati mas-sostenibbiltà u l-għażla tal-proġetti.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb is-sorveljanza u l-gwida tal-implimentazzjoni tal-iġjene tal-Istati Membri aderenti ġodda. Meta jitqies l-użu tal-fondi tal-UE għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-iġjene f'dawk l-Istati Membri, il-Kummissjoni hija rrakkomandata biex b’mod effettiv tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi relatati u tevalwa l-impatt ta’ dawn il-fondi tal-UE.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-uffiċċju: +352 4398 45410 Mobajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site