Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/12/38
Il-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012

STEDINA – KONFERENZA STAMPA
Il-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interessi f’Aġenziji magħżula tal-UE

F’dawn l-aħħar snin, numru ta’ każijiet allegatament relatati ma’ kunflitti ta’ interessi li jinvolvu ċerti Aġenziji tal-UE ġew irrappurtati fl-istampa u qajmu tħassib fil-Parlament Ewropew. Fl-2011 il-Parlament Ewropew talab lill-Qorti biex “tagħmel analiżi komprensiva tal-approċċ tal-aġenziji dwar il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet fejn hemm kunflitti ta’ interessi potenzjali”.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) jiġu ppubblikati matul is-sena u jippreżentaw ir-riżultati tal-verifiki magħżula ta’ oqsma speċifiċi baġitarji tal-UE jew temi relatati mal- ġestjoni. Dan ir-rapport speċjali Nru 15/2012 “Il-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interessi f’Aġenziji magħżula tal-UE” vvaluta u evalwa politiki u proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’interessi għal erba’ Aġenziji magħżula li jieħdu deċiżjonijiet essenzjali li jaffettwaw is-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Igors Ludboržs, Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN Il-Ħamis, il-11 ta’ Ottubru 2012 fis-14:00

POST The RESIDENCE PALACE - International Press Centre
KAMRA MAALBEEK
155, rue de la Loi,
1040 Brussell – Il-Belġju

PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li fih ir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għall-konferenza stampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu,fi 22 ilsien uffiċjali.

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site