Navigation path

Left navigation

Additional tools


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/12/36

Il-Lussemburgu, it-28 ta’ Settembru 2012

“Proġetti dwar l-ilma u s-sanità fl-Afrika sub-Saħarjana – il-Kummissjoni tal-UE tista’ u għandha ttejjeb” – L-awdituri tal-UE

L-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna għall-iżvilupp għall-ilma u s-sanità madwar id-dinja, inkluża l-Afrika sub-Saħarjana. L-ilma tajjeb għax-xorb u s-sanità jtejbu s-saħħa u b’hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku aktar rapidu u t-tnaqqis tal-faqar.

Il-QEA eżaminat 23 proġett f’6 pajjiżi sub-Saħarjani. Il-Qorti sabet li l-appoġġ tal-UE kien żied l-aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sanità bażika, bl-użu ta’ teknoloġija standard u ta’ materjali disponibbli lokalment. Mill-banda l-oħra, inqas minn nofs il-proġetti eżaminati ssodisfaw il-ħtiġijiet tal-benefiċjarji b’mod sodisfaċenti. U għall-maġġoranza tal-proġetti r-riżultati u l-benefiċċji mhumiex ser ikomplu jitwasslu dment li ma jiġix żgurat dħul non-tariffarju.

“L-aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sanità bażika huma objettivi importanti għall-iżvilupp. L-appoġġ tal-UE ta kontribut siewi biex dawn jintlaħqu. Iżda l-verifika tal-Qorti żvelat problemi f’għadd konsiderevoli mill-proġetti li eżaminajna. Hija indikat ukoll li l-Kummissjoni kienet qiegħda tagħmel inqas milli setgħet biex timmassimizza s-suċċess u, partikolarment, biex timmassimizza l-possibbiltajiet li l-proġetti jkunu sostenibbli – tkompli tagħti benefiċċji fit-tul. Il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċeduri ta’ ġestjoni eżistenti tagħha b’mod aktar rigoruż, u toqgħod aktar attenta għal jekk u kif proġetti jistgħu jkunu mistennija li jkollhom aċċess għall-finanzjament li jeħtieġu sabiex ikun żgurat li jkomplu jgħinu fit-titjib ta’ ħajjet u saħħet in-nies fil-pajjiżi kkonċernati,” qal David Bostock, il-Membru tal-QEA responsabbli mir-rapport.

Noti lill-edituri:

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw riżultati ta’ verifiki magħżula ta’ oqsma baġitarji speċifiċi tal-UE jew temi ta’ ġestjoni.

Dan ir-rapport speċjali 13/2012 (Għajnuna għall-Iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għall-Provvista tal-Ilma tax-Xorb u s-Sanità Bażika fil-Pajjiżi Sub-Saħarjani”) hija verifika tal-prestazzjoni li kellha l-għan li tivvaluta jekk il-Kummissjoni ġestitx l-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE għall-ilma tax-xorb u s-sanità bażika fl-Afrika sub-Saħarjana sabiex jitwasslu riżultati effettivi u sostenibbli.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 23 proġett f’6 pajjiżi, li jirrappreżenta parti sinifikanti tal-għajnuna mwassla lil dak ir-reġjun, biex tara jekk kinux twasslu riżultati tal-proġetti u jekk kienx probabbli li dawn jinżammu maż-żmien.

Is-sejbiet prinċipali tal-verifika kienu kif ġej:

  • B’mod ġenerali, it-tagħmir ġie installat kif ippjanat u kien jaħdem.

  • Madankollu, inqas minn nofs il-proġetti eżaminati taw riżultati li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-benefiċjarji.

  • B’mod ġenerali l-proġetti eżaminati ppromovew l-użu ta’ teknoloġija standard u materjali disponibbli lokalment: huma kienu sostenibbli f’termini tekniċi.

  • Għall-maġġoranza tal-proġetti, ir-riżultati u l-benefiċċji mhumiex ser ikomplu jitwasslu fit-terminu medju u fit-tul dment li ma jiġix żgurat dħul nontariffarju; jew minħabba fi dgħufijiet istituzzjonali (kapaċità dgħajfa minn operaturi fl-użu tat-tagħmir installat).

  • Il-proċeduri tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-proġetti jkopru s-sostenibbiltà b’mod komprensiv; iżda l-Kummissjoni ma għamlitx użu tajjeb ta’ dawk il-proċeduri biex iżżid il-probabbiltà li l-proġetti jwasslu benefiċċji dejjiema.

Il-Qorti tirrakkomanda li f’diversi rispetti l-Kummissjoni għandha tagħmel użu aħjar tal-proċeduri eżistenti tagħha, sabiex timmassimizza l-benefiċċji min-nefqa tal-UE għall-iżvilupp f'dan il-qasam u settur.

Ritratti meħuda matul il-perjodu tal-verifika huma disponibbli fuq:

http://eca.europa.eu/portal/page/portal/pressroom/PresspackSR132012

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website