Navigation path

Left navigation

Additional tools

Rapport Speċjali Nru 3/2011: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tippubblika rapport speċjali dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'pajjiżi milquta minn kunflitti

Court of Auditors - ECA/11/19   25/05/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/11/19

Il-Lussemburgu, 25 ta' Mejju 2011

Rapport Speċjali Nru 3/2011: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tippubblika rapport speċjali dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'pajjiżi milquta minn kunflitti

L-ammont mwassla mill-EuropeAid permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, huma sostanzjali, bejn wieħed u ieħor EUR 4000 miljun għall-perjodu ta' ħames snin mill-2005 sal-2009.

Din hija t-tieni parti tal-verifika f’żewġ fażijiet. L-ewwel verifika kellha x'taqsam mal-monitoraġġ u t-teħid ta' deċiżjonijiet u kkonkludiet li l-proċess ta' monitoraġġ għandu jsir aktar bir-reqqa, b'żieda fil-fokus fuq ir-riżultati, u li d-deċiżjonijiet kollha biex issir ħidma permezz tan-NU għandhom ikunu evidenti b'mod ċar. Dawn il-konklużjonijiet ġew ippubblikati fir-Rapport Speċjali 15/2009 ta' Jannar 2010. Il-verifika preżenti tiffoka fuq żoni milquta minn kunflitti u, b'mod partikolari, fuq proġetti fl-Afganistan, fl-Iraq u fis-Sudan matul il-perjodu tal-2006 – 2008. Dan jikkomplementa r-rapport preċedenti bl-enfasi tiegħu fuq l-effiċjenza, l-effettivià u s-sostenibbiltà.

Ir-rapport jirrikonoxxi d-diffikultajiet partikolari involuti fl-għoti ta' għajnuna f'pajjiżi milquta minn kunflitti u l-fatt li l-Kummissjoni kienet kapaċi, permezz tan-NU, tagħti l-għajnuna f'żoni li kieku kien ikun diffiċli ħafna tilħaqhom. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-impatt globali tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-organizzazzjonijiet tan-NU kien pożittiv.

Madankollu, ir-rapport jistipula għadd ta' punti sinifikanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Kummissjoni. Hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti objettivi prattiċi, li jistgħu jiġu sorveljati, għall-proġetti kollha u għandha tiġi stabbilita skeda ta' żmien raġonevoli għall-eżekuzzjoni tagħhom. Ir-rapporti min-NU, li huma s-sors ewlieni ta' informazzjoni għall-Kummissjoni, ta' spiss jaslu tard u mhux kompluti. In-nuqqas ta' enfasi suffiċjenti fuq l-effiċjenza u l-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-proġett huwa qasam ieħor li jeħtieġ l-attenzjoni tal-Kummissjoni.

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ħadet xi ftit passi biex tegħleb il-kwistjonijiet li tqajmu, is-Sur Pinxten, il-Membru tal-Qorti b'responsabbiltà speċifika għal dan ir-rapport, jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi kollha mwassla mill-Kummissjoni permezz tan-NU, irrispettivament minn fejn ingħatat din l-għajnuna.

    Wieħed jista jsib id-dettalji sħaħ tal-verifika fit-test tar-rapport speċjali disponibbli stampat u online f': www.eca.europa.eu


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website