Navigation path

Left navigation

Additional tools

Konklużjonijiet – 7/8 ta' Frar 2013

Konklużjonijiet – 7/8 ta' Frar 2013

Konklużjonijiet – 7/8 ta' Frar 2013

KUMMISSJONI EWROPEA

DIRETTORAT ĠENERALI

D/13/02

Brussell, 8 ta' Frar 2013

(OR. en)

KUNSILL EWROPEW - KONKLU_JONIJIET
Brussell, 07-08/02/2013
(MULTIANNUAL FINANCIAL FRAMEWORK)

Id-delegazzjonijiet isibu mehmuż il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (7/8 ta' Frar 2013) fir-rigward tal-punt Qafas Finanzjarju Pluriennali1.

________________________

ĠENERALI

  1. Matul is-snin reċenti l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ħadu passi importanti b'reazzjoni għall-isfidi li rriżultaw mill-kriżi ekonomika u finanzjarja. B'ħarsa lejn il-futur, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għandu jiżgura li l-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa intenzjonat biex l- Ewropa tinħareġ mill-kriżi. Il-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkun katalist għat-tkabbir u l-impjiegi madwar l-Ewropa, partikolarment billi jistimola investimenti produttivi u investimenti fil-kapital uman. Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur, għandu jiġu mobilizzat l-infiq b'appoġġ għat-tkabbir, l-impjiegi, il-kompetittività u l-konverġenza, f'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020. Fl-istess waqt, peress li d-dixxiplina fiskali fl-Ewropa ġiet rinfurzata, huwa essenzjali li l-QFP futur jirrifletti l-isforzi ta' konsolidazzjoni li qed isiru mill-Istati Membri biex id-defiċit u d-dejn jingħataw direzzjoni aktar sostenibbli. Il-valur ta' kull euro minfuq għandu jiġi eżaminat bir-reqqa waqt li jiġi żgurat li l-Valur Miżjud Ewropew u l-kwalità tal-infiq skont il-QFP futur jissaħħu mhux l-inqas billi jinġabru flimkien ir-riżorsi, jaġixxi bħala katalist u joffri ekonomiji ta' skala, effetti pożittivi transkonfinali u sekondarji, b'hekk jikkontribwixxi għall-ksib tal-miri komuni maqbulin ta' politika b'mod aktar effettiv jew aktar mgħaġġel u jnaqqas in-nefqa nazzjonali. It-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi ser jissokktaw biss jekk jiġi segwit approċċ konsistenti u fuq bażi wiesgħa, li jgħaqqad konsolidazzjoni fiskali intelliġenti li tippreserva l-investiment fi tkabbir futur, politiki makroekonomiċi sodi u strateġija attiva dwar l-impjiegi li tippreserva l-koeżjoni soċjali. Il-politiki tal-UE għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji ta' sussidjarjetà, proporzjonalità u solidarjetà kif ukoll jipprovdu valur miżjud reali.

  1. Il-qafas finanzjarju futur għandu mhux biss jiżgura livell adatt ta' nefqa, iżda wkoll il-kwalità tagħha. Il-kwalità tan-nefqa ser tippermetti żvilupp aħjar tal-linji ta' politika, billi jittieħed vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet li dawn jipprovdu f'termini ta' valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari fi żminijiet ta' restrizzjonijiet iebsa fuq il-baġits nazzjonali. L-istrumenti kollha ta' finanzjament għandhom għalhekk jintefqu bil-mod l-aktar effettiv possibbli. L-isforzi għat-titjib tal-kwalità tal-infiq tal-fondi tal-Unjoni jeħtieġ li jinkludu, fost oħrajn, il-governanza aħjar tal-politiki inkluż ċerti kondizzjonalitajiet, il-konċentrazzjoni u l-allokazzjoni tal-finanzjament, kull fejn possibbli fl-istrumenti u l-programmi kollha ta' finanzjament taħt l-Intestaturi kollha, fl-oqsma li jikkontribwixxu l-aktar għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività. Għandu jkun żgurat rappurtar regolari għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-politiki u l-istrumenti ta' finanzjament kollha fuq livell politiku. Barra minn hekk, l-elementi li jiżguraw il-kwalità adatta tan-nefqa għandhom jinkludu flessibbiltà, inċentivi pożittivi, konċentrazzjoni ta' fondi fuq miżuri li jtejbu t-tkabbir, evalwazzjoni u analiżi, enfasi fuq ir-riżultati, simplifikazzjoni fl-implimentazzjoni, għajnuna teknika adatta, applikazzjoni tal-prinċipju tal-kompetizzjoni fl-għażla tal-proġetti, u użu adatt tal-istrumenti finanzjarji. Il-konklużjonijiet jinkludu għadd ta' elementi li jipprevedu l-applikazzjoni tal-prinċipji msemmijin hawn fuq. Barra minn hekk, għandu jsir kull sforz mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex il-leġislazzjoni settorjali tal-istrumenti ta' finanzjament rilevanti tinkludi dispożizzjonijiet bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-infiq.

  1. Biex tippermetti valutazzjoni dettaljata tal-kwalità tal-infiq u konsistentement mar-rapport ta' valutazzjoni annwali dwar il-finanzi tal-Unjoni pprovdut mill-Kummissjoni konformement mal-Artikolu 318 TFUE, kull sena l-Kummissjoni ser tibgħat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport fil-qosor għall-programmi tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) (ibbażat fuq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istati Membri) kif ukoll sintesi tal-evalwazzjonijiet disponibbli kollha tal-Programmi. Barra minn hekk, matul il-perijodu tal-ipprogrammar ser jiġu ppreżentati żewġ rapporti strateġiċi għall-programmi tal-QSK.

  1. Il-QFP il-ġdid ser ikopri s-seba' snin bejn l-2014 u l-2020 u ser jitfassal għal Unjoni Ewropea li tinkludi 28 Stat Membru fuq l-ipoteżi operattiva li l-Kroazja ser tissieħeb mal-Unjoni fl-2013.

In-nefqa ser tinġabar taħt sitt Intestaturi maħsubin biex jirriflettu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u jipprevedu l-flessibbiltà meħtieġa fl-interess tal-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.

Il-Qafas Finanzjajru Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020 ser ikollu l-istruttura li ġejja:

  • Subintestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" li ser tinkludi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

  • Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali";

  • Intestatura 2 "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali" li ser tinkludi sublimitu għal nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti;

  • Intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza";

  • Intestatura 4 "Ewropa Globali";

  • Intestatura 5 "Amministrazzjoni" li ser tinkludi sublimitu għan-nefqa amministrattiva;

  • Intestatura 6 "Kumpensi".

  1. Il-Kunsill Ewropew laħaq qbil politiku li ċ-ċifra massima totali għan-nefqa għall-UE 28 għall-perijodu 2014-2020 hi ta' EUR 958 988 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenji, li tirrappreżenta 1.00% tad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) tal-UE u EUR 908 400 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti li tirrappreżenta 0.95% tad-DNG tal-UE. It-tqassim tal-approprjazzjonijiet għall-impenji huwa deskritt hawn taħt. L-istess ċifri huma mniżżlin ukoll fit-tabella li tinsab fl-Anness I li wkoll tistabbilixxi l-iskeda ta' approprjazzjonijiet għall-pagamenti. Iċ-ċifri kollha huma espressi bl-użu ta' prezzijiet kostanti tal-2011. Ser ikun hemm aġġustamenti tekniċi annwali awtomatiċi għall-inflazzjoni. Din hija l-bażi li fuqha l-Kunsill issa ser ifittex il-kunsens tal-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 312(2) TFUE li jistipula li l-Kunsill għandu jadotta r-Regolament tal-QFP wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u futuri fil-perijodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE, ser jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-maniġġar tal-limiti massimi tal-pagamenti ta' kull sena.

Id-data statistika u t-tbassir użati għall-istabbiliment tal-eliġibbiltà u l-pakketti għall-fondi tal-QSK kif ukoll għall-kalkolu tad-DNG totali huma dawk użati għall-aġġornament mill-Kummissjoni tal-proposta għar-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) f'Lulju 2012 (COM(2012) 388).

  1. B'kont meħud tal-ħtiġijiet finanzjarji neċessarji għall-iżvilupp tal-investiment fl-Ewropa u l-objettiv li jiġi massimizzat l-effett ta' lieva tal-azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, l-użu aktar mifrux ta' strumenti finanzjarji inkluż bonds għal proġetti ser isir parti mill-implimentazzjoni tal-QFP li jmiss. L-istrumenti finanzjarji għandhom jindirizzaw objettiv ta' politika speċifiku wieħed jew aktar tal-Unjoni, joperaw b'mod mhux diskriminatorju, għandhom ikollhom data ta' skadenza ċara, jirrispettaw il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u jkunu jikkomplementaw strumenti tradizzjonali bħal għotjiet. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Unjoni għal tali strumenti finanzjarji fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss ser tkun limitata għall-kontribut tal-baġit tal-UE u mhux ser toħloq responsabbiltajiet kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni.

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu implimentati biss meta jissodifaw kondizzjonijiet stretti kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-finanzjament mill-baġit tal-UE għall-fini tal-istrumenti finanzjarji għandu jseħħ biss fuq skala raġonevoli u meta jkun hemm valur miżjud.

  1. L-RAL ("reste à liquider" - impenji pendenti) huwa prodott sekondarju inevitabbli tal-ipprogrammar pluriennali u l-approprjazzjonijiet differenzjati. Madankollu, għal diversi raġunijiet, l-RAL ser ikun sostanzjalment ogħla minn dak mistenni fi tmiem il-qafas finanzjarju għall-2007 sal-2013. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat livell u profil ġestibbli għall-pagamenti fl-Intestaturi kollha, diversi inizjattivi huma parti integrali mill-ftehim dwar il-qafas finanzjarju 2014-2020:

  • il-livelli ta' impenji huma stabbiliti f'livell adatt fl-Intestaturi kollha;

  • ir-regoli ta' diżimpenn ser jiġu applikati b'mod strett fl-Intestaturi kollha, b'mod partikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi;

  • ir-rati ta' prefinanzjament huma mnaqqsa meta mqabbla mal-perijodu 2007-2013;

  • l-ebda digressività ta' impenji annwali għal arranġamenti ta' "xibka ta' sikurezza" reġjonali taħt il-Politika ta' Koeżjoni bħala kontribut għall-istruttura ġestibbli tal-impenji u l-pagamenti.

  1. L-UE għandha r-responsabbiltà, permezz ta' ċerti kondizzjonalitajiet, kontrolli robusti u valutazzjoni effettiva tal-prestazzjoni, li tiżgura li l-fondi jintefqu aħjar. Hija għandha wkoll tirrispondi għall-ħtieġa li tissimplifika l-programm ta' nfiq tagħha sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-benefiċjarji tagħhom u għall-atturi kollha involuti, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali. Il-leġislazzjoni settorjali kollha relatata mal-QFP li jmiss kif ukoll ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għalhekk ikun fihom elementi sostanzjali li jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni u jtejbu r-responsabbiltà u l-infiq effettiv tal-fondi tal-UE. Ser isir sforz partikolari, kemm fil-leġislazzjoni kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħha, biex jiġi żgurat li l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità jitqiesu bis-sħiħ u li jittieħed kont fid-definizzjoni ta' regoli anqas riġidi tal-ispeċifiċitajiet tal-programmi żgħar fi Stati Membri "monoreġjun".

  1. Il-kisba ottimali tal-objettivi f'xi oqsma ta' politika tiddependi mill-integrazzjoni tal-prijoritajiet bħall-ħarsien ambjentali f'firxa ta' strumenti f'oqsma ta' politika oħra. L-objettivi tal-azzjoni dwar il-klima ser jirrappreżentaw mill-inqas 20% tal-infiq tal-UE fil-perijodu 2014-2020 u għalhekk ser ikunu riflessi fl-istrumenti adatti biex ikun żgurat li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija, waqt li tiġi żviluppata ekonomija b'użu limitat ta' karbonju li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u li ser ittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u toħloq aktar impjiegi u impiegi aktar ekoloġiċi.

  1. Sabiex il-baġit tal-UE jkun jista' jaqdi r-rwol kruċjali tiegħu fit-trawwim tat-tkabbir, tal-impjiegi u tal-kompetittività, it-testi leġislattivi li ġejjin issa jeħtieġ li jiġu adottati mill-aktar fis possibbli b'segwitu għall-proċeduri inklużi fit-Trattat u waqt li jirrispettaw ir-rwol tal-istituzzjonijiet differenti. B'mod partikolari:

  • ir-Regolament li jistabbilixxi l-QFP għas-snin 2014-2020;

  • il-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja tajba;

  • id-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha.

Abbażi tal-livelli ta' impenji f'dan il-ftehim, u waqt li jiġu nnotati ċ-ċifri indikattivi proposti mill-Kummissjoni għall-objettivi taħt l-Intestaturi kollha, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew huma mistednin jaslu għal ftehim f'waqtu dwar il-finanzjament adatt ta' kull wieħed mill-istrumenti, il-programmi u l-fondi proposti ffinanzjati skont il-QFP, inkluża l-possibbiltà ta' reviżjoni.

Filwaqt li jfakkar fil-kuntatti intensivi li saru fl-aħħar xhur mal-Parlament Ewropew, kemm fil-marġini tal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali kif ukoll fil-livell tal-Presidenti tal-Istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 324 TFUE, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Presidenza biex tmexxi malajr id-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni mistiedna tipprovdi l-assistenza u l-appoġġ kollu li hija tqis bħala siewi għall-progress fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet.

  1. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-koleġislaturi biex jadottaw b'mod rapidu l-programmi ta' finanzjament li jimplimentaw il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 sabiex dawn jiżguraw li jibdew jitwettqu fil-ħin mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa jfakkar fl-objettiv u r-responsabbiltà kondiviżi tal-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri li jissimplifikaw ir-regoli u l-proċeduri ta' finanzjament. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-progress li sar fin-negozjati li għaddejjin u jħeġġeġ lill-koleġislaturi biex jaqblu dwar programmi li jkunu aktar sempliċi, li juru tnaqqis ċar fil-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-benefiċjarji. Dan jagħmel il-programmi aktar aċċessibbli, aktar flessibbli u ffukati ferm fuq il-kisba ta' riżultati f'termini ta' tkabbir u impjiegi, f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 tagħna.

PARTI I: NEFQA

SUBINTESTATURA 1a - KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI

  1. It-tkabbir intelliġenti u inklużiv jikkorrispondi għal qasam fejn l-azzjoni tal-UE għandha valur miżjud sinifikanti. Il-programmi taħt din l-Intestatura għandhom potenzjal għoli li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku; azzjoni speċifika favur il-kompetittività tal-impriżi u l-SMEs; investiment fl-edukazzjoni u fil-ħiliet umani permezz tal-programm ERASMUS għal kulħadd; u l-iżvilupp tal-aġenda soċjali. Fl-allokazzjoni tal-finanzjament f'din l-Intestatura, għandha tingħata prijorità partikolari għat-tisħiħ sostanzjali u progressiv tal-isforz tal-UE ta' riċerka, edukazzjoni u innovazzjoni, inkluż permezz is-simplifikazzjoni tal-proċeduri.

  1. Minħabba l-kontribuzzjoni partikolari tagħhom għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-finanzjament għall-programmi Orizzont 2020 u ERASMUS għal kulħadd ser jirrappreżenta żieda reali meta mqabbel mal-livell tal-2013.

  1. Il-livell tal-impenji għal din is-Subintestatura mhux ser jeċċedi EUR 125 614 miljun:

SUBINTESTATURA 1a - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

(EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

15 605

16 321

16 726

17 693

18 490

19 700

21 079

  1. Hemm ħtieġa qawwija li tiġi rinforzata u estiża l-eċċellenza tal-bażi xjentifika tal-Unjoni. Għalhekk l-isforz fir-riċerka u l-iżvilupp ser ikun ibbażat fuq l-eċċellenza, filwaqt li jiġi żgurat l-aċċess wiesa' għall-parteċipanti fl-Istati Membri kollha; dan, flimkien ma simplifikazzjoni bir-reqqa tal-programm, ser jiżgura li l-Politika Ewropea tar-Riċerka futura tkun effiċjenti u effettiva waqt li jiġi żgurat ukoll li l-SMEs ikollhom possibbiltajiet aħjar biex jipparteċipaw fil-programmi. Il-linji ta' politika kollha ser jintużaw biex jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività u ser tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati permezz ta' Orizzont 2020 flimkien ma' dawk appoġġati taħt programmi oħrajn tal-Unjoni, inkluż permezz tal-politika ta' koeżjoni. F'dan il-kuntest, ser ikunu meħtieġa sinerġiji importanti bejn Orizzont 2020 u l-fondi strutturali sabiex jinħoloq "passaġġ għall-eċċellenza" u b'hekk jittejbu l-kapaċità u l-abbiltà reġjonali tar-R&I u l-abbiltà ta' reġjuni bi prestazzjoni aktar baxxa u ta' reġjuni inqas żviluppati biex jiżviluppaw gruppi ta' eċċellenza.

Faċilità nikkollegaw l-ewropa

  1. Netwerks tat-trasport, tal-enerġija u diġitali interkonnessi huma element importanti fl-ikkompletar tas-suq uniku Ewropew. Barra minn hekk, investimenti f’infrastrutturi ewlenin b’valur miżjud għall-UE jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività tal-Ewropa fuq perijodu medju u twil f’kuntest ekonomiku diffiċli, ikkaratterizzat minn tkabbir bil-mod u baġits pubbliċi ristretti. Fl-aħħarnett, tali investimenti fl-infrastruttura huma wkoll strumentali sabiex l-UE tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha għat-tkabbir sostenibbli deskritti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-miri “20-20-20” tal-UE fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija u l-klima. Fl-istess ħin il-miżuri f'dan il-qasam ser jirrispettaw ir-responsabbiltajiet prinċipali tal-atturi tas-suq għall-ippjanar u l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija u diġitali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014 sal-2020 ser ikun ta' EUR 29,299 miljun li jinkludu EUR 10 000 miljun li ser jiġu ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni kif previst fil-punt (a) hawn taħt. Dak l-ammont totali ser ikun distribwit bejn is-setturi kif ġej:

(a) trasport: EUR 23,174 miljun, li minnhom EUR 10 000 miljun ser jiġu ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni biex jintefqu konformement mar-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni;

(b) enerġija: EUR 5 126 miljun;

(c) telekomunikazzjoni: EUR 1000 miljun.

It-trasferiment mill-Fond ta' Koeżjoni għall-infrastruttura tat-trasport taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ser jikkofinanzja proġetti identifikati minn qabel fl-anness għar-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; sal-31 ta' Diċembru 2016, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għal finanzjament għandha titwettaq b'rispett tal-allokazzjonijiet nazzjonali ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Wara dan, il-fondi li ma jintużawx għandhom jiġu rriassenjati għal proġetti ġodda permezz ta' sejħiet għal proposti kompetittivi ġodda.

  1. It-tliet proġetti infrastrutturali kbar Galileo, ITER u GMES ser ikunu ffinanzjati taħt is-Subintestatura 1a b'ammont ta' EUR 12,793 miljun. Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja tajba u d-dixxiplina finanzjarja, il-livell massimu ta' impenji għal kull wieħed minn dawn il-proġetti ser ikun stipulat fir-Regolament QFP kif ġej:

    • Galileo: EUR 6,300 miljun

    • ITER: EUR 2,707 miljun

    • GMES: EUR 3 786 miljun

  1. B'appoġġ għas-sigurtà nukleari fl-Ewropa ser jingħata appoġġ għad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari li ġejjin2:

  • EUR 400 miljun għal Ignalina fil-Litwanja għall-perijodu 2014 - 2020;

  • EUR 200 miljun għal Bohunice fis-Slovakkja għall-perijodu 2014 - 2020;

  • EUR 260 miljun għal Kozloduy fil-Bulgarija għall-perijodu 2014 - 2020.

SUBINTESTATURA 1b- KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

politika ta’ koeżjoni

  1. Objettiv importanti tal-Unjoni Ewropea huwa l-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Il-politika ta' koeżjoni hija f'dan ir-rigward l-istrument ewlieni biex jitnaqqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni tal-Ewropa u għandha għalhekk tikkonċentra fuq ir-reġjuni u l-Istati Membri anqas żviluppati. Il-politika ta' koeżjoni hi strument prinċipali għall-investiment, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fil-livell tal-UE u għar-riformi strutturali fil-livell nazzjonali. Hija responsabbli għal parti importanti ta' investimenti pubbliċi fl-UE, tikkontribwixxi għall-approfondiment tas-suq intern u b'hekk għandha rwol importanti fit-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-kompetittività. Barra minn hekk, il-politika ta' koeżjoni għandha tikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea kollha. Permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta Koeżjoni (FK), hija ser issegwi dawn l-għanijiet: "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" fi Stati Membri u reġjuni, li għandu jiġi sostnut mill-Fondi kollha; u "Kooperazzjoni territorjali Ewropea", li għandha tiġi sostnuta mill-FEŻR. Il-Fond ta' Koeżjoni ser isostni proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport. L-appoġġ neċessarju għall-iżvilupp tal-kapital uman ser ikun żgurat permezz ta' sehem adegwat tal-FSE fil-politika ta' koeżjoni.

  1. Fir-rigward tal-istruttura tal-Intestatura u b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tal-politika ta' koeżjoni, in-nefqa tal-koeżjoni ser tinżamm fi ħdan is-Subintestatura taħt l-Intestatura 1 taħt it-titolu "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali".

Livell ġenerali ta' allokazzjonijiet

  1. Il-livell tal-impenji għas-Subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" mhux ser ikun iżjed minn EUR 325 149 miljun:

SUBINTESTATURA 1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

(EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

44 678

45 404

46 045

46 545

47 038

47 514

47 925

  1. Ir-riżorsi għall-objettiv "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" ser jammonta għal total ta' EUR 313,197 miljun u ser jiġu allokati kif ġej:

        • total ta' EUR 164 279 miljun għal reġjuni inqas żviluppati;

        • total ta' EUR 31 677 miljun għal reġjuni fi transizzjoni;

          total ta' EUR 49 492 miljun għal reġjuni aktar żviluppati;

          total ta' EUR 66 362 miljun għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;

        • total ta’ EUR 1,387 miljun bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u r-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

    1. Ir-riżorsi għall-objettiv "Kooperazzjoni territorjali Ewropea" ser jammonta għal total ta' EUR 8 948 miljun li ser jitqassmu kif ġej:

    (a) total ta' EUR 6 627 miljun għal kooperazzjoni transkonfinali;

    (b) total ta' EUR 1 822 miljun għal kooperazzjoni transnazzjonali;

    (c) total ta' EUR 500 miljun għal kooperazzjoni interreġjonali.

    1. 0.35% tar-riżorsi globali ser jiġu allokati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-assistenza teknika għandha tintuża b'mod partikolari biex tappoġġa t-tisħiħ istituzzjonali u l-bini ta' kapaċità amministrattiva għall-amministrazzjoni effettiva tal-Fondi u b'appoġġ għall-Istati Membri biex jidentifikaw u jwettqu proġetti utli fil-programmi operazzjonali biex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi attwali.

    1. EUR 330 miljun mir-riżorsi tal-Fondi Strutturali għall-objettiv tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ser jiġu allokati għall-azzjonijiet innovattivi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli.

    Definizzjonijiet u eliġibbiltà

    1. Ir-riżorsi għall-objettiv tal-"Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" ser jiġu allokati għal tliet tipi ta’ reġjuni, definiti abbażi ta’ kif il-PDG per capita tagħhom, imkejlin f'paritajiet ta' poter ta’ akkwist u kkalkolati abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perijodu 2007 sal-2009, jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE27 għall-istess perijodu ta’ referenza, kif ġej:

          • (a) reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

            (b) reġjuni fi transizzjoni, li l-PDG per capita tagħhom ikun bejn 75% u 90% tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

            (c) reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun aktar minn 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

    1. Il-Fond ta’ Koeżjoni ser jappoġġa lil dawk l-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross (DNG) per capita tagħhom, imkejjel f'paritajiet ta' poter ta’ akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perijodu 2008 sal-2010, ikun anqas minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE27 għall-istess perijodu ta’ referenza.

    1. Għall-kooperazzjoni transkonfinali, ir-reġjuni li għandhom jiġu sostnuti ser ikunu r-reġjuni tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 tul il-konfini interni u esterni kollha tal-art, u r-reġjuni kollha tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 tul il-konfini marittimi separati b’massimu ta’ 150 kilometru, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità taż-żoni tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perijodu tal-ipprogrammar 2007-2013.

    1. Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, il-Kummissjoni ser tadotta l-lista ta’ żoni transnazzjonali li għandhom jirċievu sostenn, b'ripartizzjoni skont il-programm ta’ kooperazzjoni u li jkopru r-reġjuni tal-livell NUTS 2 waqt li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ tali kooperazzjoni f’żoni koerenti akbar abbażi ta’ programmi preċedenti.

    1. Għall-kooperazzjoni interreġjonali, l-appoġġ mill-FEŻR għandu jkopri t-territorju kollu tal-Unjoni.

    1. Fuq talba ta' Stat Membru, ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 li ġew amalgamati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 31/2011 tas-17 ta' Jannar 2011, u fejn l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni modifikata tan-NUTS tirriżulta f'bidliet fl-istatus tal-kategorija ta' eliġibbiltà ta' wieħed jew aktar mir-reġjuni kkonċernati, għandhom jagħmlu parti mill-kategorija ddeterminata fil-livell tar-reġjun NUTS modifikata.

    Metodu ta' allokazzjoni

    Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni anqas żviluppati

    1. Il-livell speċifiku ta' allokazzjonijiet ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq metodu oġġettiv u kkalkulat kif ġej:

    L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru hija s-somma tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulata skont il-punti segwenti:

    (i) determinazzjoni ta' ammont assolut (f'euro) miksub bil-multiplikazzjoni tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat bid-differenza bejn il-PDG per capita ta' dak ir-reġjun, imkejjel f'paritajiet ta' poter ta' akkwist (PPS), u l-medja tal-PDG per capita (PPS) tal-UE27;

    (ii) applikazzjoni ta' perċentwali tal-ammont assolut ta' hawn fuq sabiex jiġi determinat il-pakkett finanzjarju ta' dak ir-reġjun; din il-perċentwali hija gradwata sabiex tirrifletti l-prosperità relattiva, imkejla f'paritajiet ta' poter ta' akkwist (PPS), meta mqabbla mal-medja tal-UE27, tal-Istat Membru li fih jinsab ir-reġjun eliġibbli, jiġifieri:

    • għal reġjuni fi Stati Membri li l-livell ta' DNG per capita tagħhom hu inqas minn 82% tal-medja tal-UE: 3.15%

    • għal reġjuni fi Stati Membri li l-livell ta' DNG per capita tagħhom hu bejn 82% u 99% tal-medja tal-UE: 2.70%

    • għal reġjuni fi Stati Membri li l-livell ta' DNG per capita tagħhom hu iktar minn 99% tal-medja tal-UE: 1.65%;

    (iii) mal-ammont miksub taħt il-punt (ii) jiżdied, jekk ikun applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' primjum ta' EUR 1,300 għal kull persuna qiegħda kull sena, applikat għan-numru ta' persuni qiegħda f'dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru li jkunu qiegħda kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni anqas żviluppati kollha tal-UE.

    (iv) Mhux ser ikun hemm primjum urban.

    1. Ir-riżultat tal-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija huwa soġġett għal-limitu massimu.

    Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni fi transizzjoni

    1. Il-livell speċifiku ta' allokazzjonijiet ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq metodu oġġettiv u kkalkulat kif ġej:

    L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru hija s-somma tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulata skont il-punti segwenti:

    (i) determinazzjoni tal-intensità ta' għajnuna teoretika minima u massima għal kull reġjun fi transizzjoni eliġibbli. Il-livell minimu ta' appoġġ ser ikun determinat mill-intensità tal-għajnuna per capita medja għal kull Stat Membru qabel xibka ta' sikurezza reġjonali ta' 60% allokata lir-reġjuni aktar żviluppati ta' dak l-Istat Membru. Il-livell massimu ta' sostenn jirreferi għal reġjun teoretiku bi PDG per capita ta' 75% tal-medja tal-UE27 u huwa kkalkulat bl-użu tal-metodu ddefinit fil-paragrafu 33(i) u (ii) ta' hawn fuq. Mill-ammont miksub b'dan il-metodu, jittieħed kont ta' 40%;

    (ii) kalkolu ta' allokazzjonijiet reġjonali inizjali, b'kont meħud tal-PDG reġjonali per capita permezz ta' interpolazzjoni lineari tal-ġid relattiv tar-reġjun meta mqabbel mal-UE27;

    (iii) mal-ammont miksub taħt il-punt (ii) jiżdied, jekk ikun applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' primjum ta' EUR 1,100 għal kull persuna qiegħda kull sena, applikat għan-numru ta' persuni qiegħda f'dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru li jkunu qiegħda kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni anqas żviluppati kollha tal-UE.

    (iv) Mhux ser ikun hemm primjum urban.

    1. Ir-riżultat tal-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija huwa soġġett għal-limitu massimu.

    Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati

    1. Il-pakkett finanzjarju teoretiku inizjali totali jinkiseb billi timmultiplika l-intensità tal-għajnuna medja per capita kull sena ta' EUR 19.8 bil-popolazzjoni eliġibbli.

    1. Is-sehem ta' kull Stat Membru konċernat huwa s-somma tal-ishma tar-reġjuni eliġibbli tiegħu, li jiġu determinati abbażi tal-kriterji segwenti, peżati kif indikat:

    • popolazzjoni reġjonali totali (peżar 25%),

    • numru ta' persuni qiegħda fir-reġjuni ta' livell NUTS 2 b'rata ta' qgħad aktar mill-medja tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (peżar 20%),

    • għandhom jiżdiedu l-impjiegi biex tintlaħaq il-mira ta' Ewropa 2020 għar-rata tal-impjiegi reġjonali (20 sa 64 sena) ta' 75% (peżar 20%),

    • għandu jiżdied in-numru ta' nies ta' bejn 30 u 34 sena b'livell ta' ksib ta' edukazzjoni terzjarja biex tintlaħaq il-mira ta' Ewropa 2020 ta' 40% (peżar 12.5%),

    • għandu jitnaqqas in-numru ta' nies li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (ta' bejn 18 u 24 sena) biex tintlaħaq il-mira ta' Ewropa 2020 ta' 10% (peżar 12.5%),

    • id-differenza bejn il-PDG osservat fir-reġjun (f'PPS) u l-PDG teoretiku reġjonali jekk ir-reġjun ikollu l-istess PDG/capita daqs l-aktar reġjun prosperu ta' NUTS 2 (peżar 7.5%),

    • popolazzjoni tar-reġjuni ta' livell NUTS 3 b'densità ta' popolazzjoni inqas minn 12.5 abitant/km² (peżar 2.5%).

    Mhux ser ikun hemm primjum urban.

    Metodu ta' allokazzjoni għall-Fond ta' Koeżjoni

    1. Il-pakkett finanzjarju teoretiku totali jinkiseb billi timmultiplika l-intensità tal-għajnuna medja per capita kull sena ta' EUR 48 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni a priori ta' dan il-pakkett finanzjarja teoretiku ta' kull Stat Membru eliġibbli tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni, is-superfiċje tal-art u l-prosperità nazzjonali tiegħu, u tinkiseb billi jiġu applikati l-punti segwenti:

    (i) kalkolu tal-medja aritmetika bejn, min-naħa l-waħda, is-sehem tal-popolazzjoni u tas-superfiċje tal-art ta' dak l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, il-popolazzjoni u s-superfiċje tal-art totali tal-Istati Membri kollha eleġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem tal-popolazzjoni totali ta' Stat Membru jaqbeż is-sehem tiegħu tas-superfiċje tal-art totali b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità ta' popolazzjoni għolja ħafna, għal dan il-punt jintuża biss is-sehem tal-popolazzjoni totali;

    (ii) aġġustament taċ-ċifri perċentwali miksuba b'koeffiċjenti li jirrappreżenta terz tal-perċentwali li bih id-DNG per capita tal-Istat Membru (PPS) għall-perijodu [2008-2010] jaqbeż jew jaqa' taħt il-medja tad-DNG per capita tal-Istati Membri kollha eleġibbli (medja espressa bħala 100%).

    1. Sabiex jiġu riflessi l-ħtiġijiet sinifikanti tal-Istati Membri, li ssieħbu fl-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, f'termini tal-infrastruttura tat-trasport u tal-ambjent, is-sehem tal-Istati Membri mill-Fond ta' Koeżjoni ser jiġi stabbilit għal terz tat-total tal-allokazzjoni finanzjarja finali tagħhom wara li jiġi stabbilit limitu massimu (fondi strutturali flimkien mal-Fond ta' Koeżjoni) li jirċievu bħala medja tul il-perijodu.

    1. L-Istati Membri eliġibbli bis-sħiħ għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fil-perijodu 2007-2013, li madankollu għandhom DNG per capita nominali li jaqbeż id-90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE27 ser jirċievu appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi transizzjonali u speċifika. Dan l-appoġġ transizzjonali ser ikun ta' EUR 48 per capita fl-2014 u ser jitneħħa b'mod digressiv sal-2020.

    1. Ir-riżultat tal-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija huwa soġġett għal-limitu massimu.

    Metodu ta' allokazzjoni għall-"kooperazzjoni territorjali Ewropea"

    1. L-allokazzjoni ta' riżorsi skont l-Istati Membri, li jkopri l-kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali hija determinata bħala s-somma peżata tas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjuni fil-fruntieri u tas-sehem tal-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru. Il-piż huwa determinat mill-ishma rispettivi tat-taqsimiet transkonfinali u transnazzjonali. L-ishma tal-komponenti tal-kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali huma 77,9 % u 22,1 %.

    Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni u l-gżejjer l-aktar imbiegħda u dawk b'poplazzjoni baxxa

    1. Ir-reġjuni mbiegħda u r-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa tal-livell NUTS 2 ser jibbenefikaw minn allokazzjoni speċjali addizzjonali b'intensità ta' għajnuna ta' EUR 30 għal kull abitant fis-sena. Din ser titqassam skont ir-reġjun u l-Istat Membru b'mod proporzjonali għall-popolazzjoni totali ta' dawn ir-reġjuni. Is-sitwazzjoni speċjali ta' reġjuni magħmulin minn gżejjer jeħtieġ li titqies ukoll.

          • Limitu Massimu

    1. Sabiex issir kontribuzzjoni għall-kisba ta' konċentrazzjoni adegwata ta' fondi ta' koeżjoni għar-reġjuni inqas żviluppati u l-Istati Membri u għat-tnaqqis tad-differenzi fil-medja ta;-intensitajiet ta' għajnuna per capita, il-livell massimu ta' trasferiment għal kull Stat Membru individwali ser jiġi stabbilit għal 2.35 % tal-PDG. Il-limitu massimu ser jiġi applikat fuq bażi annwali, u ser - jekk ikun applikabbli - inaqqas proporzjonalment it-trasferimenti kollha (bl-eċċezzjoni tar-reġjuni aktar żviluppati u l-"kooperazzjoni territorjali Ewropea") għall-Istat Membru kkonċernat sabiex jinkiseb il-livell massimu ta' trasferiment. Għal Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel l-2013 u li t-tkabbir medju tal-PDG reali tagħhom għall-2008-2010 kien inqas minn -1%, il-livell massimu ta' trasferiment għandu jiżdied b'10% biex b'hekk jipproduċi limitu massimu ta' 2.59%.

    1. B'kont meħud taċ-ċirkostanzi ekonomiċi fil-preżent, ir-regoli dwar il-limiti massimi ma jistgħux jirriżultaw f'allokazzjonijiet nazzjonali ogħla minn 110% tal-livell tagħhom f'termini reali għall-perijodu 2007-2013.

    Xbieki ta’ sikurezza

    1. Għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007-2013 kien inqas minn 75% tal-medja tal-UE25, iżda li l-PDG per capita tagħhom hu iktar minn 75% tal-medja tal-UE27, il-livell minimu ta' appoġġ fil-perijodu 2014-20 taħt l-objettiv "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" ser jikkorrispondi kull sena għal 60% tal-allokazzjoni annwali medja indikattiva li kellhom qabel taħt l-Allokazzjoni ta' konverġenza, ikkalkulata mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013.

    1. L-allokazzjoni totali minima (Fond ta' Koeżjoni u Fondi Strutturali) għall-Istati Membri għandha tikkorrispondi għal 55% tal-allokazzjoni totali individwali tagħhom għall-perijodu 2007-2013. L-aġġustamenti meħtieġa biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit huma applikati proporzjonalment għall-allokazzjonijiet tal-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali, esklużi l-allokazzjonijiet tal-Objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

    2. L-ebda reġjun fi transizzjoni m'għandu jirċievi inqas minn dak li kieku rċieva li kieku kien reġjun aktar żviluppat. Sabiex jiġi determinat il-livell ta' din l-allokazzjoni minima, il-metodu tad-distribuzzjoni tal-allokazzjoni għal reġjuni aktar żviluppati ser jiġi applikat għar-reġjuni kollha li għandhom PDG per capita ta' mill-inqas 75% tal-medja tal-UE27.

    Dispożizzjonijiet oħrajna dwar allokazzjonijiet speċjali

    1. Għadd ta' Stati Membri ntlaqtu partikolarment mill-kriżi ekonomika fiż-żona tal-euro li kellha impatt dirett fuq il-livell ta' prosperità tagħhom. Biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni u biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi f'dawn l-Istati Membri, il-Fondi Strutturali ser jipprovdu l-allokazzjonijiet addizzjonali li ġejjin: EUR 1.375 biljun għar-reġjuni l-aktar żviluppati tal-Greċja, EUR 1.0 biljun għall-Portugall, distribwiti kif ġej: EUR 450 miljun għar-reġjuni l-aktar żviluppati li minnhom EUR 150 miljun għal Madejra, EUR 75 miljun għar-reġjun fi transizzjoni u EUR 475 miljun għar-reġjuni inqas żviluppati, EUR 100 miljun għar-reġjuni fil-Fruntieri, Ċentrali u fil-Punent tal-Irlanda, EUR 1.824 biljun għal Spanja, li minnhom EUR 500 miljun għal Estremadura u EUR 1.5 biljun għar-reġjuni inqas żviluppati tal-Italja, li minnhom EUR 500 miljun għal żoni mhux urbanistiċi.

    1. Sabiex jiġu rikonoxxuti l-isfidi maħluqin mis-sitwazzjoni tal-Istati Membri li huma gżejjer u d-distanza ta' ċerti partijiet tal-Unjoni Ewropea, Malta u Ċipru għandhom jirċievu, wara l-applikazzjoni tal-punt 48, pakkett addizzjonali ta' EUR 200 miljun u EUR 150 miljun rispettivament taħt l-objettiv "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" u li għandhom jitqassmu kif ġej: terz għall-Fond ta' Koeżjoni u żewġ terzi għall-Fondi Strutturali. Ceuta u Melilla għandhom jiġu allokati pakkett addizzjonali ta' EUR 50 miljun taħt il-Fondi Strutturali. Ir-reġjun l-aktar imbiegħed ta' Mayotte għandu jiġi allokat pakkett totali ta' EUR 200 miljun taħt il-Fondi Strutturali.

    1. Biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament ta' ċerti reġjuni jew għal bidliet fl-istatus tagħhom jew għal effett fit-tul ta' żviluppi reċenti fl-ekonomija tagħhom, saru l-allokazzjonijiet li ġejjin: il-Belġju (EUR 133 miljun, li minnhom EUR 66.5 miljun għal Limburg u EUR 66.5 miljun għal Wallonja), il-Ġermanja (EUR 710 miljun, li minnhom EUR 510 miljun għar-reġjuni li qabel kienu jaqgħu taħt l-objettiv ta' konverġenza u EUR 200 miljun għal Leipzig). Minkejja l-punt 45, ir-reġjuni l-anqas żviluppati tal-Ungerija għandhom jiġu allokati pakkett addizzjonali ta' EUR 1.560 biljun, ir-reġjuni l-inqas żviluppati tar-Repubblika Ċeka pakkett addizzjonali ta' EUR 900 miljun (li minnhom EUR 300 miljun ser jiġu trasferiti mill-allokazzjoni għall-iżvilupp rurali tar-Repubblika Ċeka) u r-reġjun l-inqas żviluppat tas-Slovenja pakkett addizzjonali ta' EUR 75 miljun, taħt il-Fondi Strutturali.

    1. Total ta' EUR 150 miljun ser jiġu allokati għall-Programm PEACE.

    Klawsola ta' reviżjoni

    1. Biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni diffiċli partikolari tal-Greċja u ta' pajjiżi oħra li qed ibatu minħabba l-kriżi, fl-2016, il-Kummissjoni ser terġa' teżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-objettiv "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" tal-politika ta' koeżjoni għall-2017-2020, billi tapplika l-metodu ta' allokazzjoni definit fil-paragrafi 33 sa 49 abbażi tal-aktar statistika reċenti disponibbli dakinhar u tal-paragun bejn il-PDG nazzjonali kumulattiv osservat għas-snin 2014-2015 u l-PDG nazzjonali kumulattiv stmat fl-2012. Hi ser taġġusta dawn l-allokazzjonijiet totali kull meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/-5%. L-effett nett totali tal-aġġustamenti ma jistax jaqbeż EUR 4 biljun. L-aġġustament meħtieġ għandu jitqassam fi proporzjonijiet ugwali fuq is-snin 2017-2020 u l-limitu massimu li jikkorrispondi miegħu tal-qafas finanzjarju għandu jiġi mmodifikat skont dan.

    Rati ta' kofinanzjament

    1. Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt l-objettiv tal-"Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" m'għandhiex tkun ogħla minn:

          • (a) 85 % għall-Fond ta' Koeżjoni;

            (b) 85 % għar-reġjuni anqas żviluppati tal-Istati Membri li l-medja tal-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007 sal-2009 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perijodu u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

            (c) 80% għar-reġjuni anqas żviluppati tal-Istati Membri minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) eliġibbli għar-reġim transizzjonali tal-Fond ta' Koeżjoni fl-1 ta' Jannar 2014;

            (d) 80% għar-reġjuni anqas żvilppati ta' Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), u għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007-2013 kien anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom ikun ogħla minn 75% tal-medja tal-PDG tal-UE27, kif ukoll għal reġjuni definiti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament 1083/2006 li jirċievu appoġġ transizzjonali għall-perijodu 2007-2013;

            (e) 60 % għar-reġjuni fi transizzjoni minbarra dawk imsemmija fil-punt (d);

            (f) 50 % għar-reġjuni aktar żviluppati minbarra dawk imsemmija fil-punt (d).

    Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt l-objettiv tal-"kooperazzjoni territorjali Ewropea" m'għandhiex tkun ogħla minn 85%. Għal dawk il-programmi fejn jipparteċipa tal-anqas reġjun wieħed anqas żviluppat, ir-rata ta' kofinanzjament taħt l-objettiv tal-"kooperazzjoni territorjali Ewropea" tista' tiżdied għal 85%.

    Ir-rata ta' kofinanzjament tal-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mhix ser tkun ogħla minn 50%.

    1. Żieda fil-ħlasijiet għal Stat Membru b’diffikultajiet baġitarji temporanji.

    Tista’ tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament (b’10 punti perċentwali) meta Stat Membru jkun qiegħed jirċievi assistenza finanzjarja skont l-Artikoli 136 u 143 TFUE, biex b’hekk jitnaqqas l-isforz meħtieġ mill-baġits nazzjonali f'mument ta’ konsolidazzjoni fiskali, filwaqt li jinżamm l-istess livell globali ta’ finanzjament tal-UE. Din ir-regola għandha tibqa' tapplika għal dawn l-Istati Membri sal-2016, meta għandha tiġi evalwata mill-ġdid fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni prevista fil-paragrafu 54.

    Għajnuna Reġjonali

    1. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'fini reġjonali m'għandhomx joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-Kunsill Ewropew jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tipproċedi għal adozzjoni rapida tal-Linji Gwida riveduti għall-Għajnuna Reġjonali li hija nediet. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni ser tiżgura li l-Istati Membri jistgħu jakkomodaw is-sitwazzjoni partikolari ta' reġjuni konfinanti ma' reġjuni ta' konvergenza.

    Għajnuna għan-nies l-aktar fil-bżonn

    1. L-appoġġ għall-għajnuna għan-nies l-aktar fil-bżonn ser ikun ta' EUR 2 500 miljun għall-perijodu 2014-2020 u ser jittieħed mill-allokazzjoni tal-FSE.

    Inizjattiva favur l-impjiegi taż-żgħażagħ

    1. F'diversi okkażjonijiet il-Kunsill Ewropew enfasizza li l-ogħla prijorità għandha tingħata lill-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ. Huwa ddedika laqgħa speċjali għal din it-tema f'Jannar 2012 u enfasizzaha bil-qawwi fil-Patt għall-Impjiegi u t-Tkabbir. Hu jistenna li l-Kunsill jadotta dalwaqt ir-rakkomandazzjoni dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Huwa jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-qafas ta' kwalità għall-apprendistati, tistabbilixxi l-Alleanza għall-Apprendistati u tagħmel proposti għar-regolament il-ġdid tal-EURES fil-ġimgħat li ġejjin. Il-baġit tal-UE għandu jiġi mobilizzat biex jappoġġa dawn l-isforzi. Waqt li jirrikonoxxi s-sitwazzjoni partikolarment diffiċli taż-żgħażagħ f'ċerti reġjuni, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li joħloq Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex iżżid ma' u tirrinforza l-appoġġ ferm konsiderevoli diġà provdut permezz tal-fondi strutturali tal-UE. L-inizjattiva ser tkun miftuħa għar-reġjuni kollha (livell NUTS 2) b'livelli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ’il fuq minn 25%. Hija ser taġixxi b'appoġġ għal miżuri stabbiliti fil-pakkett għall-impjiegi taż-żgħażagħ propost mill-Kummissjoni f'Diċembru 2012 u b'mod partikolari biex tappoġġa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'segwitu għall-adozzjoni tagħha. L-appoġġ għall-Inizjattiva ser ikun ta' EUR 6 000 miljun għall-perijodu 2014-2020.

    1. EUR 3 000 miljun ser jiġu minn investiment immirat għal dan il-għan mill-Fond Soċjali Ewropew fir-reġjuni eliġibbli ta' livell NUTS 2, proporzjonalment man-numru ta' żgħażagħ qiegħda f'dawn ir-reġjuni, u EUR 3 000 miljun minn linja baġitarja dedikata għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ taħt is-subintestatura 1b). L-eliġibbiltà u l-għadd ta' żgħażagħ qiegħda ser jiġu determinati abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għas-sena 2012. Għal kull intervent tal-FSE fir-reġjun eliġibbli, ser jiżdied ammont ekwivalenti mil-linja baġitarja dedikata. Dan l-ammont korrispondenti mhux ser ikun soġġett għar-regoli dwar il-limiti massimi skont il-paragrafi 45 u 46.

    INTESTATURA 2 - TKABBIR SOSTENIBBLI: RIŻORSI NATURALI

    1. L-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa li jkabbar il-produzzjoni agrikola billi jiġi promoss progress tekniku u billi jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, speċjalment tax-xogħol; għaldaqstant biex jiġi żgurat livell ġust ta' għejxien għall-komunità agrikola, b'mod partikolari billi jiżdied id-dħul individwali tal-persuni involuti fl-agrikoltura, biex jiġu stabbilizzati s-swieq, tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u biex ikun żgurat li l-provvisti jilħqu l-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Għandu jittieħed kont tal-istruttura soċjali tal-agrikoltura u tad-differenzi strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli.

    1. F'dak l-isfond, ir-riformi għandhom jiżguraw 1) produzzjoni tal-ikel vijabbli; 2) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u ta’ azzjoni relatata mal-klima; u 3) żvilupp territorjali bbilanċjat. Barra minn hekk, il-PAK għandha tkun integrata tajjeb fl-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 speċjalment l-objettiv ta' tkabbir sostenibbli, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-objettivi ta' din il-politika kif imniżżel fit-Trattat.

    1. L-approprjazzjonijiet ta' impenn għal din l-Intestatura, li tkopri l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, is-sajd u strument finanzjarju għall-azzjoni dwar l-ambjent u l-klima mhumiex ser ikunu ta' iżjed minn EUR 373 179 miljun li minnhom EUR 277 851 miljun ser ikunu allokati għal infiq relatat mas-suq u għal pagamenti diretti:

    TKABBIR SOSTENIBBLI: RIŻORSI NATURALI

    (EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    55 883

    55 060

    54 261

    53 448

    52 466

    51 503

    50 558

    li minnu: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

    41 585

    40 989

    40 421

    39 837

    39 079

    38 335

    37 605

    Il-Politika Agrikola Komuni għall-perijodu 2014-2020 ser tibqa' bbażata fuq l-istruttura ta' żewġ pilastri:

    1. Il-Pilastru I ser jipprovdi appoġġ dirett lill-bdiewa u jiffinanzja l-miżuri tas-suq. L-appoġġ dirett u l-miżuri tas-suq ser ikunu iffinanzjati totalment u unikament mill-baġit tal-UE, sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' politika komuni fis-suq uniku kollu u bl-użu tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (IACS).

    1. Il-Pilastru II tal-PAK ser jipprovdi beni pubbliċi ambjentali speċifiċi, itejjeb il-kompetittività tas-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija, jippromwovi d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika u l-kwalità tal-ħajja f'żoni rurali inkluż ir-reġjuni bi problemi speċifiċi. Il-miżuri fil-Pilastru II ser jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 73, li jgħin biex jiġi żgurat li l-objettivi sottostanti jitwettqu u jsaħħaħ l-effett ta' lieva tal-politika dwar l-iżvilupp rurali.

    Pilastru I

    Livell u mudell għar-ridistribuzzjoni ta' appoġġ dirett - dettalji ta' konverġenza fost l-Istati Membri

    1. Biex ikun aġġustat il-livell globali tan-nefqa taħt l-Intestatura 2, waqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti kif previst fit-Trattati ta' Adeżjoni, il-livell medju tal-UE ta' pagamenti diretti bil-prezzijiet attwali għal kull ettaru ser jitnaqqsu matul il-perijodu. L-appoġġ dirett ser ikun imqassam b'mod aktar ekwu fost l-Istati Membri, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-differenzi li għadhom jeżistu fil-livelli tal-pagi, il-kapaċità tal-akkwist, il-produzzjoni tal-industrija agrikola u l-ispejjeż tal-produzzjoni, billi pass pass titnaqqas ir-rabta għal referenzi storiċi u b'kunsiderazzjoni tal-kuntest ġenerali tal-Politika Agrikola Komuni u l-baġit tal-Unjoni. Għandu jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċifiċi, bħalma huma żoni agrikoli b'valur miżjud għoli u każijiet fejn l-effetti tal-konverġenza jinħassu sproporzjonatament, fl-allokazzjoni kumplessiva ta' appoġġ tal-PAK.

    L-Istati Membri kollha b'pagamenti diretti kull ettaru ta' inqas minn 90% tal-medja tal-UE ser inaqqsu terz mid-distakk bejn il-livell attwali tagħhom ta' pagamenti diretti u 90% tal-medja tal-UE matul il-perijodu li jmiss. Madankollu, l-Istati Membri kollha għandhom jilħqu tal-inqas il-livell ta' EUR 196 għal kull ettaru fi prezzijiet kurrenti sal-2020. Din il-konverġenza ser tiġi ffinanzjata mill-Istati Membri kollha b'pagamenti diretti 'l fuq mill-medja tal-UE, proporzjonatament għad-distakk tagħhom mill-medja tal-UE. Dan il-proċess ser jiġi implimentat progressivament matul 6 snin mis-sena finanzjarja 2015 sas-sena finanzjarja 2020.

    Limiti massimi ta' appoġġ għal azjendi agrikoli kbar

    1. Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri ser jintroduċu limitu massimu tal-pagamenti diretti għal benefiċjarji kbar.

    Metodu ta' dixxiplina finanzjarja

    1. Bil-għan li jiġi żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK jikkonformaw mal-limiti massimi annwali stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali, il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja attwalment previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament 73/2009, li skontu jiġi aġġustat il-livell ta' appoġġ dirett meta l-previżjonijiet jindikaw li s-sublimitu tal-Intestatura 2 jinqabeż f'sena finanzjarja partikolari, għandu jinżamm, iżda mingħajr marġni ta' sigurtà ta' EUR 300 miljun.

    Ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti

    1. Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-PAK ser titjieb billi l-pagamenti diretti jsiru aktar ekoloġiċi permezz ta' ċerti prattiki agrikoli, li għandhom jiġu definiti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv mhux neċessarju li l-bdiewa kollha ser ikollhom isegwu. Biex jiffinanzjaw dawk il-prattiki, l-Istati Membri ser jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali, bi flessibbiltà ddefinita b'mod ċar għall-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-miżuri ekwivalenti ta' ekoloġizzazzjoni. Ir-rekwiżit fuq kull azjenda agrikola li jkun hemm żona b'fokus ekoloġiku (EFA) ser jiġi implimentat b'modi li ma jeħtiġux li l-art inkwistjoni titneħħa mill-produzzjoni u li jevitaw telf mhux ġustifikat fid-dħul tal-bdiewa.

    Flessibbiltà bejn il-pilastri

    1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri taħt il-programmi dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjati taħt il-FAEŻR, sa 15 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għar-Regolament dwar il-pagamenti diretti. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti mhux ser jibqa' disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

    1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti taħt ir-Regolament dwar il-pagamenti diretti sa 15 % tal-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt il-programmi dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjati taħt il-FAEŻR fil-perijodu 2015-2020. L-Istati Membri b'pagamenti diretti għal kull ettaru taħt id-90% tal-medja tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti 10% addizzjonali tal-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt l-iżvilupp rurali. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti mhux ser jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ taħt il-programmi dwar l-iżvilupp rurali.

    Pilastru II

    Prinċipji għad-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali

    1. L-appoġġ għall-iżvilupp rurali ser jitqassam bejn l-Istati Membri abbażi ta' kriterji oġġettivi u l-prestazzjoni fil-passat, filwaqt li jittieħed kont tal-objettivi tal-iżvilupp rurali u b'konsiderazzjoni tal-kuntest ġenerali tal-Politika Agrikola Komuni u l-baġit tal-Unjoni.

    1. L-ammont totali tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali ser ikun ta' EUR 84 936 miljun. It-tqassim annwali ser jiġi stabbilit mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-ammonti għall-Istati Membri individwali ser jiġu aġġustati biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq fil-paragrafi 68 u 69.

    1. Id-distribuzzjoni tal-ammont kumplessiv għall-iżvilupp rurali bejn l-Istati Membri ser tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u l-prestazzjoni tal-passat.

    Għal għadd limitat ta' Stati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi strutturali partikolari fis-settur agrikolu tagħhom jew li jkunu investew ħafna f'qafas għal implimentazzjoni effettiva tan-nefqa tal-Pilastru 2, ser isiru l-allokazzjonijiet addizzjonali li ġejjin: Awstrija (EUR 700 miljun), Franza (EUR 1000 miljun), Irlanda (EUR 100 miljun), Italja (EUR 1 500 miljun), Lussemburgu (EUR 20 miljun), Malta (EUR 32 miljun), Litwanja (EUR100 miljun), Latvja (EUR 67 miljun), Estonja (EUR 50 miljun), Svezja (EUR 150 miljun), Portugall (EUR 500 miljun), Ċipru (EUR 7 miljun), Spanja (EUR 500 miljun), Belġju (EUR 80 miljun), Slovenja (EUR 150 miljun) u Finlandja (EUR 600 miljun). Għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE, din l-allokazzjoni addizzjonali ser tkun soġġetta għal rata ta' kofinanzjament ta' 100%. Din ir-regola għandha tkompli tapplika għal dawn l-Istati Membri sal-2016 meta għandha tiġi evalwata mill-ġdid.

    Rati ta' kofinanzjament għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali

    1. Il-programmi dwar l-iżvilupp rurali ser jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, reġjuni fi transizzjoni u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93. Ir-rata ta' kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR ser tkun ta':

      • 75% tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;

        • 75% tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007-2013 kien anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita huwa ogħla minn 75% tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

          • 63% tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni fi transizzjoni minbarra dawk imsemmijin fl-inċiż preċedenti;

            • 53 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħrajn;

              • 75% għal operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettivi rigward l-ambjent u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;

                • 100% għal ammonti trasferiti mill-pilastru I għall-pilastru II imsemmijin fil-paragrafu 68 bħala appoġġ addizzjonali taħt l-iżvilupp rurali.

                Ir-rata ta' kontribuzzjoni minima tal-FAEŻR ser tkun ta' 20%. Rati massimi oħrajn ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal miżuri speċifiċi ser jiġu stabbiliti fir-Regolament dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

                Tista’ tiġi applikata rata ogħla ta’ kofinanzjament (b’10 punti perċentwali) meta Stat Membru jkun qiegħed jirċievi assistenza finanzjarja skont l-Artikoli 136 u 143 TFUE, biex b’hekk jitnaqqas l-isforz meħtieġ mill-baġits nazzjonali f'mument ta’ konsolidazzjoni fiskali, filwaqt li jinżamm l-istess livell globali ta’ finanzjament tal-UE. Din ir-regola għandha tibqa' tapplika għal dawn l-Istati Membri sal-2016, meta għandha tiġi evalwata mill-ġdid fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni prevista fil-paragrafu 54.

                * *

                *

                1. Il-finanzjament taħt l-Intestatura 2 ser jappoġġa wkoll lill-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u lill-Politiki Marittimi Integrati, b'mod partikolari permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u pakkett għad-dimensjoni internazzjonali tal-PKS kif ukoll attivitajiet fl-oqsma tal-klima u l-ambjent permezz tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE).

                Riserva ġdida għal kriżijiet fis-settur agrikolu

                1. Riżerva ġdida għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, biex jingħata appoġġ fil-każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola ser tiġi inkluża taħt l-Intestatura 2 b'ammont ta' EUR 2 800 miljun. Ir-riżerva ser tiġi stabbilita billi fil-bidu ta' kull sena jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti bil-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja. L-ammont tar-riżerva ser jiddaħħal direttament fil-baġit annwali u jekk ma jsirx disponibbli għal miżuri ta' kriżi ser jiġi rimborżat bħala pagamenti diretti.

                DISPOŻIZZJONIJIET RILEVANTI GĦALL-FEŻR, IL-FSE, IL-FK, IL-FAEŻR U L-FEMS

                Il-Qafas Strateġiku Komuni

                1. Il-fondi strutturali u ta' koeżjoni ser jinġabru flimkien mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) taħt il-Qafas Strateġiku Komuni - sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tagħhom u jiġu ottimizzati s-sinerġiji. Dan jinvolvi d-definizzjoni ta’ lista ta’ objettivi tematiċi f’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020.

                Kondizzjonalità makroekonomika

                1. L-istabbiliment ta' rabta aktar mill-qrib bejn il-politika ta' koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-Unjoni ser jiżgura li l-effikaċja tan-nefqa taħt il-Fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) tiġi sostnuta minn politiki ekonomiċi sodi u l-Fondi tal-QSK jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jintużaw b'mod ieħor sabiex jiġu indirizzati l-problemi ekonomiċi li l-pajjiż ikun qiegħed jiffaċċja. Għal din ir-raġuni, fir-Regolament tal-QSK ser tiġi stabbilita kondizzjonalità makroekonomika gradwali.

                1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil xi Stat Membru biex jirrieżamina u jipproponi emendi għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi rilevanti tiegħu, fejn dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill jew biex jiġi massimizzat l-impatt tat-tkabbir tal-fondi tal-QSK fl-Istati Membri li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-UE. Tali talba tista' ssir għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta':

                (a) rakkomandazzjonijiet skont il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika;

                (b) rakkomandazzjonijiet dwar l-impjiegi;

                (c) miżuri speċifiċi indirizzati lill-Istati Membri taż-żona tal-euro skont l-Artrikolu 136(1);

                (d) rakkomandazzjonijiet skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv;

                (e) rakkomandazzjonijiet skont il-proċedura ta' żbilanċi eċċessivi;

                (f) appoġġ mill-Unjoni skont il-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti ta' nofs it-terminu;

                (g) appoġġ mill-Unjoni skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja;

                (h) għajnuna finanzjarja skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.

                1. Jekk Stat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva b'reazzjoni għal talba mill-Kummissjoni biex jirrieżami u jipproponi emendi għall-Kuntratt ta' Sħubija tiegħu u l-programmi rilevanti, il-pagamenti kollha jew parti minnhom jistgħu jiġu sospiżi.

                1. Meta jiġi konkluż li Stat Membru ma ħax azzjoni suffiċjenti skont:

                (a) miżuri speċifiċi indirizzati lill-Istati Membri taż-żona tal-euro skont l-Artrikolu 136(1);

                (b) il-proċedura tad-defiċit eċċessiv;

                (c) il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi;

                (d) programm skont il-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti ta' nofs it-terminu;

                (e) programm skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja;

                (f) għajnuna finanzjarja skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.

                parti mill-impenji u l-pagamenti, jew kollha kemm huma, għandhom jiġu sospiżi.

                1. Il-proposta għas-sospensjoni tal-impenji għandha ssir mill-Kummissjoni u ser titqies awtomatikament adottata mill-Kunsill, dment li l-Kunsill ma jirrifjutax dik il-proposta b'maġġoranza kkwalifikata fi żmien xahar. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tal-pagamenti għandha ssir mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar sospensjonijiet ser tkun proporzjonali u effettiva, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, u ser tirrispetta l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tal-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji; il-pagamenti għandhom jiġu sospiżi biss meta titfittex azzjoni immedjata u f'każ ta' nuqqas ta' konformità.

                1. Is-sospensjoni tal-impenji għandha tkun soġġetta għal metodoloġija ta' "limitu massimu doppju".

                  • limitu massimu ta' mhux aktar minn 50% tal-fondi tal-QSK fl-ewwel każ ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP) u massimu ta' 25% tal-fondi tal-QSK fl-ewwel każ ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (EIP). Il-livell tas-sospensjoni għandu jkun gradwali u jiżdied sa massimu ta' 100% tal-fondi tal-QSK fil-każ ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv u sa 50% tal-fondi tal-QSK fil-każ ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, skont il-gravità tal-ksur;

                  • limitu massimu ta' mhux aktar minn 0,5% tal-PDG nominali li japplika għall-ewwel ksur ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP) skont l-Artikolu 21 (6b) tar-Regolament dwar il-QSK u massimu ta' 0,25% tal-PDG nominali li japplika għall-ewwel ksur ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (EIP) skont l-Artikolu 21 (6c) tal-Regolament dwar il-QSK. Jekk in-nuqqas ta' konformità jippersisti, il-perċentwali ta' dan il-limitu tal-PDG għandu jiżdied bil-mod sa massimu ta' 1% tal-PDG nominali li japplika għal ksur ulterjuri ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP) skont l-Artikolu 21 (6b) tar-Regolament dwar il-QSK u massimu ta' 0,5% tal-PDG nominali li japplika għal ksur ulterjuri ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (EIP) skont l-Artikolu 21 (6c) tal-Regolament dwar il-QSK, skont il-gravità tal-ksur.

                1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' diżimpenn, is-sospensjoni tal-impenji ser tiġi rtirata mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-pagamenti, id-deċiżjoni dwar l-irtirar tas-sospensjoni tittieħed mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-fondi jerġgħu jsiru disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat hekk kif l-Istat Membru jieħu l-azzjoni meħtieġa.

                1. Il-paragrafu 79 relatat mal-paragrafu 78 (a), (b), (d) u (e) u l-paragrafu 80 (b) u (c) m'għandhomx japplikaw għar-Renju Unit b'konsegwenza tal-Protokoll (Nru 15) anness mat-TUE u mat-TFUE, (ara r-rapport "It-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-UE" mit-Task Force tal-21 ta' Ottubru 2010).

                Riżerva ta' prestazzjoni

                1. L-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu riżerva nazzjonali ta' prestazzjoni għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll għall-FAEŻR u l-FEMS, li tikkonsisti f'7% tal-allokazzjoni totali tagħhom, li ser tiffaċilita l-konċentrazzjoni fuq il-prestazzjoni u l-ksib tal-objettivi ta' Ewropa 2020. L-ammonti ta' impenji li jiġu annwalment allokati għal riżerva ta' prestazzjoni nazzjonali huma eżentati mir-regola ta’ diżimpenn n+3 dment li r-riżerva ma tkunx allokata. L-allokazzjoni tar-riżerva ser issir wara l-analiżi tal-prestazzjoni fl-2019.

                Rati ta' prefinanzjament

                1. Il-pagament ta' prefinanzjament fil-bidu tal-programmi jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi li jagħtu appoġġ lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm mill-bidu. Il-livelli ta' prefinanzjament li ġejjin għandhom għalhekk japplikaw:

                L-ammont ta' prefinanzjament inizjali għandu jitħallas f'pagamenti parzjali kif ġej:

                (a) fl-2014: 1% tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għall-perijodu tal-ipprogrammar kollu lill-programm operazzjonali u 1.5% tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għall-perijodu tal-ipprogrammar kollu lill-programm operazzjonali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja mill-2010, f'konformità mal-Artikoli 122, 143 TFUE, jew mill-EFSF, jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2013 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143;

                (b) fl-2015: 1% tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għall-perijodu tal-ipprogrammar kollu lill-programm operazzjonali u 1.5% tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għall-perijodu tal-ipprogrammar kollu lill-programm operazzjonali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, f'konformità mal-Artikoli 122, 143 tat-TFUE, jew mill-EFSF, jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2014 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143;

                (c) fl-2016: 1% tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għall-perijodu tal-ipprogrammar kollu lill-programm operazzjonali.

                Jekk programm operazzjonali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-pagamenti parzjali preċedenti ser jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

                Dispożizzjonijiet regolatorji oħra

                1. Il-programmi kollha għandhom jiġu ppreżentati għal proċedura ta’ diżimpenn stabbilita fuq il-bażi li għandhom jiġu diżimpenjati ammonti marbutin ma’ impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn talba għal pagamenti fi żmien perijodu ta' N+3.

                Għar-Rumanija u s-Slovakkja, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tesplora soluzzjonijiet prattiċi biex jonqos ir-riskju tad-diżimpenn awtomatiku ta' fondi mill-pakket nazzjonali 2007-2013, inkluża l-emenda tar-Regolament 1083/2006.

                 Evalwazzjoni

                1. Fuq il-bażi pprovduta fil-paragrafu 3, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali ser jiddiskuti kull sentejn l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Fondi tal-QSK u ser jipprovdi kontribut għall-valutazzjoni globali tal-Kunsill tar-rebbiegħa tal-politiki u l-istrumenti kollha tal-UE li jwasslu għat-tkabbir u l-impjiegi madwar l-Unjoni Ewropea.

                1. Proġetti li l-ispiża eliġibbli totali tagħhom hija aktar minn EUR 50 miljun (EUR 75 miljun fil-każ ta' proġetti ta' trasport) ser jiġu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante aktar estensiva mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li huma jkunu konsistenti mal-Kuntratt ta' Sħubija, li jikkontribbwixxu għall-objettiv tal-programm u li huma ekonomikament sodi.

                1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar miri ambizzjużi fil-bidu tal-perijodu ta' programmar. Il-miri għandhom ikunu miżurabbli u jinkludu indikaturi finanzjarji u ta' produzzjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-progress lejn il-miri u tirrapporta lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew skont il-punt 3. Fejn ikun hemm evidenza ta' nuqqas sinifikanti f'li jintlaħqu dawn il-miri maqbula, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji.

                Applikazzjoni tal-prinċipju ta' kompetizzjoni għall-għażla tal-proġetti

                1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla tal-proġetti hija bbażata fuq proċeduri u kriterji, li huma nondiskriminatorji, trasparenti u f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex jintgħażlu biss l-aħjar proġetti.

                VAT

                1. Il-VAT ma għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK u mill-EUR 10 000 miljun trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Madankollu, l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn ma jkunux rekuperabbli skont il-leġislazzjoni tal-VAT nazzjonali.

                INTESTATURA 3 - SIGURTÀ U ĊITTADINANZA

                1. L-azzjonijiet meħuda taħt din l-Intestatura jikkostitwixxu firxa diversifikata ta' programmi mmirati għas-sigurtà u ċ-ċittadini fejn il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni toffri valur miżjud. Din tinkludi, b'mod partikolari, azzjonijiet fir-rigward tal-asil u l-migrazzjoni u inizjattivi fl-oqsma tal-fruntieri esterni u s-sigurtà interna kif ukoll miżuri fil-qasam tal-ġustizzja. Ser ssir enfasi partikolari fuq soċjetajiet insulari li jiffaċċaw sfidi ta' migrazzjoni sproporzjonati. Azzjonijiet taħt din l-Intestatura jappoġġaw ukoll sforzi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-kultura, id-diversità lingwistika u s-settur kreattiv. Barra minn hekk, din tkopri miżuri biex jittejbu s-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur. Is-simplifikazzjoni tal-programmi għandha tiżgura implimentazzjoni futura aktar effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet f'dan il-qasam.

                Il-livell ta' impenji għal din l-Intestatura mhux ser jeċċedi EUR 15,686 miljun:

                INTESTATURA 3 - SIGURTÀ U ĊITTADINANZA

                (EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

                2014

                2015

                2016

                2017

                2018

                2019

                2020

                2 053

                2 075

                2 154

                2 232

                2 312

                2 391

                2 469

                INTESTATURA 4 – EWROPA GLOBALI

                1. Il-linji ta' politika esterni huma qasam ta' azzjoni ewlieni għall-UE, li ġie msaħħaħ fil-qafas istituzzjonali l-ġdid tat-Trattat ta' Lisbona. Il-QFP għandu jsostni d-determinazzjoni tal-UE li tiżviluppa r-rwol tagħha bħala attur attiv fix-xena internazzjonali, b'interessi u responsabbiltajiet reġjonali u globali. L-istrumenti ta' finanzjament tiegħu ser isaħħu l-kooperazzjoni tal-UE ma' sħab oħrajn, jappoġġaw l-objettivi tal-promozzjoni tal-valuri tal-UE esternament, il-projezzjoni tal-politiki tal-UE li jappoġġaw l-indirizzar ta' sfidi globali prinċipali, iż-żieda tal-impatt tal-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp, l-investiment fil-prosperità u l-istabbilità fit-tul tal-Viċinat tal-UE, l-appoġġ għall-proċess tat-tkabbir tal-UE, it-tisħiħ tas-solidarjetà Ewropea b'segwitu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, it-titjib tal-prevenzjoni tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Fejn adatt u soġġett għal kriterji oġġettivi, l-appoġġ lis-sħab ser jiġi adottat għas-sitwazzjoni ta' żvilupp tagħhom u l-impenn u l-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba. Aktar flessibbiltà fl-Intestatura 4 u effiċjenza fl-implimentazzjoni ser jappoġġaw dan.

                Il-livell ta' impenji għal din l-Intestatura mhux ser jeċċedi EUR 58 704 miljun:

                INTESTATURA 4 – EWROPA GLOBALI

                (EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

                2014

                2015

                2016

                2017

                2018

                2019

                2020

                7 854

                8 083

                8 281

                8 375

                8 553

                8 764

                8 794

                1. Prijorità ewlenija għall-Istati Membri hija li jiġi rrispettat l-impenn formali tal-UE li b'mod kollettiv jiġi impenjat 0,7% tad-DNG għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp sal-2015, b'hekk isir pass deċiżiv lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. Għaldaqstant l-Unjoni Ewropea għandha bħala parti mill-impenn tagħha timmira li tiżgura matul il-perijodu 2014-2020 li mill-anqas 90% tal-għajnuna esterna ġenerali tagħha titqies bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp skont id-definizzjoni preżenti stabbilita mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC) tal-OECD.

                INTESTATURA 5 - AMMINISTRAZZJONI

                1. Il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi fuq perijodu qasir, medju u twil tirrikjedi sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u l-persunal tagħha biex titjieb l-effiċjenza u l-effettività u taġġusta għall-kuntest ekonomiku li qiegħed jinbidel. In-nefqiet taħt din l-Intestatura għandhom jieħdu kont tal-kapaċità tal-Istituzzjonijiet biex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt it-Trattati, l-obbligi legali dejjem jiżdiedu tal-UE u t-tkabbir li jmiss tal-UE. L-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom jippreservaw ukoll il-kapaċità tagħhom li jattiraw u jżommu amministrazzjoni tal-UE b'livell għoli ta' professjonalità u ġeografikament bilanċjata.

                1. Il-livell ta' impenji għal din l-Intestatura mhux ser jeċċedi EUR 61 629 miljun:

                INTESTATURA 5 - AMMINISTRAZZJONI

                (EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

                2014

                2015

                2016

                2017

                2018

                2019

                2020

                8 218

                8 385

                8 589

                8 807

                9 007

                9 206

                9 417

                1. F'dan il-limitu, in-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, minbarra l-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej, mhix ser teċċedi EUR 49 798 miljun taħt s-sottolimitu li ġej.

                Sublimitu għan-nefqa amministrattiva (minbarra l-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej)

                (EUR miljun, prezzijiet tal-2011)

                2014

                2015

                2016

                2017

                2018

                2019

                2020

                6 649

                6 791

                6 955

                7 110

                7 278

                7 425

                7 590

                1. Dawn il-limiti jinkludu l-effetti tal-iffrankar li ġej:

                • tnaqqis applikat lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji kollha tal-UE u l-amministrazzjonijiet tagħhom ta' 5% fil-persunal matul il-perijodu 2013-2017. Dan għandu jiġi kkompensat minn żieda fis-sigħat tax-xogħol għall-persunal mingħajr aġġustament fis-salarju.

                • tnaqqis fin-nefqa li mhux relatat mal-persunal, aktar riformi tar-Regolament tal-Persunal u miżuri amminisrattivi interni oħrajn.

                • bħala parti mir-riforma tar-Regolament tal-Persunal, l-aġġustament tas-salarju u l-pensjonijiet tal-persunal kollu permezz tal-metodu tas-salarju ser jiġi sospiż għal sentejn.

                • l-iffrankar imsemmi hawn fuq għandu jinqasam b'mod ugwali bejn l-istituzzjonijiet kollha kif ukoll korpi oħrajn f'konformità ma' koeffiċjenti ta' distribuzzjoni u dan għandu jsir vinkolanti billi jiddaħħal fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Kull Istituzzjoni, korp jew aġenzija hija mistennija tippreżenta estimi tan-nefqa fil-proċedura baġitarja annwali b'mod konsistenti mal-orjentazzjonijiet ta' hawn fuq. L-iżvilupp fl-ispiża għall-pensjonijiet ukoll ser jiġi indirizzat fir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal. Bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, ser terġa' tiddaħħal imposta ta' solidarjetà ġdida f'livell ta' 6% bħala parti mir-riforma tal-metodu tas-salarju. Dawn il-miżuri ser ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ispiża għall-pensjonijiet fil-perijodu medju u fit-tul.

                1. Il-limiti indikati hawn fuq jistabbilixxu l-qafas għall-proċess ta' kodeċiżjoni li ser jiddeċiedi l-implimentazzjoni konkreta ta' dawn il-miżuri u miżuri oħrajn proposti mill-Kummissjoni (bħal restrizzjonijiet fuq l-irtirar bikri, l-estensjoni tal-età tal-irtirar kif ukoll il-metodu għall-iffissar tal-aġġustamenti annwali).

                KWISTJONIJIET ORIZZONTALI - STRUMENTI MHUX INKLUŻI FIL-QFP U L-FLESSIBBILTÀ

                1. Il-QFP ser jinkludi, bħala regola, il-punti kollha li għalihom huwa previst il-finanzjament tal-UE, bħala mezz biex tiġi żgurata t-trasparenza u d-dixxiplina baġitarja adegwata. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom, l-Istrument ta' Flessibbiltà, il-Fond ta' Solidarjetà, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva għall-Għajnuna f'Emerġenza u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ser jitqiegħdu barra mill-QFP.

                1. L-Unjoni għandu jkollha l-kapaċità li tirreaġixxi għal ċirkostanzi eċċezzjonali, kemm interni kif ukoll esterni. Fl-istess waqt, il-ħtieġa għall-flessibbiltà għandha tkun meqjusa fir-rigward tal-prinċipju tad-dixxiplina u t-trasparenza baġitarja tan-nefqa tal-UE inkluż il-livell ta' nfiq maqbul. Għalhekk, l-istrument tal-flessibbiltà li ġej huwa mibni fil-QFP: fl-Intestatura 2 inħolqot riżerva ġdida għall-kriżijiet fis-settur agrikolu biex tagħti appoġġ fil-każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola.

                Hija fin-natura tal-istrumenti tal-flessibiltà li jkunu mobilizzati biss f'każ ta' bżonn.

                1. Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li għandu bħala objettiv li jagħti għajnuna finanzjarja fil-każ ta' diżastri kbar, ser jibqa' jkun iffinanzjat barra mill-QFP b'ammont annwali massimu ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

                1. L-Istrument ta' Flessibbiltà li għandu bħala objettiv li jiffinanzja nfiq identifikat b'mod ċar u li ma jkunx mistenni ser jibqa' jkun iffinanzjat barra mill-QFP b'ammont annwali massimu ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011).

                1. Ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza li għandha bħala objettiv li tiżgura l-kapaċità ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ta' għajnuna speċifiċi u mhux mistennija ta' pajjiżi terzi (operazzjonijiet umanitarji, ġestjoni ta' kriżijiet ċivili u protezzjoni, pressjonijiet migratorji) ser tibqa' tiġi ffinanzjata barra mill-QFP b'ammont annwali massimu ta' EUR 280 miljun (prezzijiet tal-2011).

                1. Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ser jibqa' jkun iffinanzjat barra mill-QFP b'ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011).

                1. Marġini ta' Kontinġenza ta' mhux iżjed minn 0,03 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi kostitwit barra mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju għall-perijodu 2014-2020, bħala strument tal-aħħar rimedju b'reazzjoni għal ċirkostanzi imprevisti. Id-deċiżjoni li jiġi mmobilizzat il-Marġini ta' Kontinġenza għandha tittieħed b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. Ir-rikors għall-marġini ta' kontinġenza ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, l-ammont massimu previst fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP u għandu jkun konsistenti mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġini f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-qafas finanzjarju għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri. L-ammonti hekk ikkumpensati ma għandhomx jiġu mobilizzati fil-kuntest tal-qafas finanzjarju. Ir-rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza ma għandux jirriżulta fil-qbiż tal-limiti totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenji u pagamenti stipulati fihom għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri.

                1. L-għajnuna tal-UE għall-pajjiżi AKP tradizzjonalment kienet iffinanzjata barra mill-baġit tal-UE għal raġunijiet storiċi u legali. Fiċ-ċirkostanzi attwali, bil-Ftehim ta’ Cotonou ser jiskadi fl-2020, il-FEŻ ser jibqa' barra mill-QFP tal-2014-2020. Huwa nnutat, li l-Kummissjoni bi ħsiebha tipproponi li l-FEŻ jiġi inkluż fil-baġit mill-2021. L-ammont totali disponibbli għall-FEŻ ser ikun ta' EUR 26 984 miljun. Il-koeffiċjenti tal-kontribuzzjoni għall-11-il FEŻ jinsab fl-Anness 2.

                1. Ser tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u massima sabiex ikun hemm konformità mal-Artikolu 323 TFUE sabiex l-UE tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha. Dan ser ikun parti mill-mandat li abbażi tiegħu l-Presidenza ser tavvanza d-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew f'konformità mal-punt 11.

                Involviment tal-BEI imtejjeb u miżjud

                1. Il-BEI diġà qiegħed jappoġġa t-tkabbir b'mod konsiderevoli pereżempju billi jipprovdi self lill-Istati Membri li kieku ma jistgħux jipprovdu konfinanzjament għal fondi strutturali jew billi jimplimenta strumenti finanzjarji konġunti. L-involviment tal-BEI għandu jittejjeb billi:

                (a) tiġi involuta l-ħila esperta tal-BEI fi proġett kofinanzjat mill-UE u l-BEI;

                (b) jiġi żgurat li l-BEI huwa infurmat dwar proġetti li jirċievu appoġġ mill-UE;

                (c) il-BEI jiġi involut fl-evalwazzjoni ex ante ta' proġetti kbar inkluż permezz tal-Jaspers;

                (d) il-BEI jiġi involut kull fejn adatt fl-attivitajiet relatati mal-assistenza teknika.

                TAQSIMA II: DĦUL

                1. L-arranġamenti għar-riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi ġenerali ta’ sempliċità, trasparenza u ekwità. L-ammont totali ta’ riżorsi proprji allokat lill-baġit tal-Unjoni biex ikopri approprjazzjonijiet annwali għall-ħlasijiet ma għandux jaqbeż il-1,23 % tat-total tad-DNG kollu tal-Istati Membri. L-ammont totali annwali ta' approprjazzjonijiet għall-impenji mdaħħlin fil-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-1,29 % tat-total tad-DNG kollu tal-Istati Membri. Għandu jinżamm proporzjon ordnat bejn approprjazzjonijiet għall-impenji u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet biex jiggarantixxi l-kompatibbiltà tagħhom.

                1. Is-sistema l-ġdida ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea ser tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara l-wasla tan-notifika tal-adozzjoni tagħha mill-aħħar Stat Membru. L-elementi kollha tagħha ser japplikaw b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2014.

                Riżorsi proprji tradizzjonali

                1. Is-sistema għall-ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali ser tibqa' mhux mibdula.
                  Madanakollu, mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom iżommu, bħala kost tal-ġbir, 20% tal-ammonti miġburin minnhom.

                Riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT

                1. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) biex tkun sempliċi u trasparenti kemm jista' jkun, biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-politika tal-UE dwar il-VAT u l-entrati reali tal-VAT, u biex jiġi żgurat trattament ugwali għal dawk li jħallsu t-taxxi fl-Istati Membri kollha. Ir-riżorsa proprja l-ġdida bbażata fuq il-VAT tista' tissostitwixxi r-riżorsa proprja eżistenti bbażata fuq il-VAT.

                Riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT)

                1. Fit-22 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF). L-Istati Membri parteċipanti huma mistiedna jeżaminaw jekk din tistax issir il-bażi għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE. Dan mhux ser ikollu impatt fuq Stati Membri mhux parteċipanti u mhux ser ikollu impatt fuq il-korrezzjoni tar-Renju Unit.

                Riżorsa proprja bbażata fuq id-DNG

                1. Il-metodu ta' applikazzjoni ta' rata uniformi biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għar-riżorsa proprja eżistenti bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross (DNG) ser jibqa' mhux mibdul, mingħajr ħsara għall-punti 115 u 118.

                Regolament ta' implimentazzjoni

                1. Abbażi tal-Artikolu 311(4) TFUE, ser jiġi stabbilit Regolament tal-Kunsill li jistipula miżuri ta' implimentazzjoni.

                Korrezzjonijiet

                1. Il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni eżistenti għar-Renju Unit ser ikompli japplika.

                Għall-perijodu 2014-2020 biss:

                • ir-rata ta' ġbir tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT għall-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandha tiġi ffissata għal 0,15%;

                • Id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja ser jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet tad-DNG annwali tagħhom ta' EUR 130 miljun, EUR 695 miljun u EUR 185 miljun, rispettivament. L-Awstrija ser tibbenefika minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tal-DNG ta' EUR 30 miljun fl-2014, EUR 20 miljun fl-2015 u EUR 10 miljun fl-2016.

                ______________

                ANNESS I

                Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
                Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

                ANNESS II

                Koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp

                koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għall-11-il FEŻ

                BE

                3,25%

                BG

                0,22%

                CZ

                0,80%

                DK

                1,98%

                DE

                20,58%

                EE

                0,09%

                IE

                0,94%

                EL

                1,51%

                ES

                7,93%

                FR

                17,81%

                IT

                12,53%

                CY

                0,11%

                LV

                0,12%

                LT

                0,18%

                LU

                0,26%

                HU

                0,61%

                MT

                0,04%

                NL

                4,78%

                AT

                2,40%

                PL

                2,01%

                PT

                1,20%

                RO

                0,72%

                SI

                0,22%

                SK

                0,38%

                FI

                1,51%

                SE

                2,94%

                UK

                14,68%

                HR

                0,23%

                1 :

                Il-konklużjonijiet dwar il-punti l-oħra jinsabu fid-dokument 3/13.

                2 :

                Mingħajr preġudizzju għal: il-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja u l-Protokoll Nru 9 dwar l-unità 1 u l-unità 2 tal-impjant nukleari VI ta' Bohunice fis-Slovakkja memhuż mal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja (ĠU L 236, 23.09.2003, p. 944.) kif ukoll il-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.


              Side Bar

              My account

              Manage your searches and email notifications


              Help us improve our website