Navigation path

Left navigation

Additional tools

DIKJARAZZJONI TAS-SUMMIT TAŻ-ŻONA TAL-EURO

European Council - DOC/12/7   29/06/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA

D/12/7

Brussell, 29/06/2012

EURO AREA SUMMIT STATEMENT
Brussels, 29/06/2012

DIKJARAZZJONI TAS-SUMMIT TAŻ-ŻONA TAL-EURO

- 29 ta' Ġunju 2012 -

  • Aħna naffermaw li huwa imperattiv li nkissru ċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-gvernijiet. Il-Kummissjoni dalwaqt ser tippreżenta Proposti abbażi tal-Artikolu 127(6) għal mekkaniżmu superviżorju uniku. Aħna nitolbu lill-Kunsill jikkunsidra dawn il-Proposti bħala kwistjoni ta' urġenza sa tmiem l-2012. Meta jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv, li jinvolvi lill-BĊE, għall-banek fiż-żona tal-euro, il-MES ikun jista', wara deċiżjoni regolari, ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza lill-banek direttament. Dan jiddependi fuq kondizzjonalità adatta, inkluża l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, li għandhom ikunu speċifiċi skont l-istituzzjoni, skont is-settur jew għall-ekonomija kollha, u jiġi formalizzat f'Memorandum ta' Qbil. Il-Grupp tal-euro ser jeżamina s-sitwazzjoni tas-settur finanzjarju Irlandiż bil-għan li tittejjeb aktar is-sostenibbiltà tal-programm ta' aġġustament li jkun miexi tajjeb. Każijiet simili ser jiġu trattati bl-istess mod.

  • Aħna nħeġġu l-konklużjoni rapida tal-Memorandum ta' Qbil mehmuż mal-appoġġ finanzjarju lil Spanja għar-rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju tagħha. Aħna naffermaw li l-assistenza finanzjarja ser tiġi pprovduta mill-EFSF sakemm il-MES isir disponibbli, u li imbagħad din ser tiġi trasferita lill-MES, mingħajr ma tikseb status privileġġat.

  • Aħna naffermaw l-impenn qawwi tagħna li nagħmlu dak li hu neċessarju biex niżguraw l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro, b'mod partikolari billi nużaw l-istrumenti eżistenti EFSF/MES b'mod flessibbli u effettiv sabiex nistabbilizzaw is-swieq għall-Istati Membri waqt li nirrispettaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tagħhom u l-impenji l-oħrajn tagħhom inklużi l-iskedi ta' żmien rispettivi tagħhom, taħt is-Semestru Ewropew, il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu riflessi f'Memorandum ta' Qbil. Aħna nilqgħu li l-BĊE qabel li jservi ta' aġent għall-EFSF/MES fit-twettiq tal-operazzjonijiet tas-swieq b'mod effettiv u effiċjenti.

  • Aħna nagħtu l-kompitu lill-Grupp tal-euro biex jimplimenta dawn id-deċiżjonijiet sad-9 ta' Lulju 2012.

________________________


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website