Navigation path

Left navigation

Additional tools

Stqarrija għall-Istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/13/57

Brussell, 1 ta' Lulju 2013

Il-bliet u r-reġjuni Ewropej jevalwaw il-ftehim tal-Politika Agrikola Komuni matul il-plenarja tal-KtR, 3-4 ta' Lulju, Brussell

  • Il-President tal-KtR Valcárcel u l-Kummissarju Cioloş imexxu d-dibattitu dwar il-ftehim tal-PAK

  • L-adeżjoni mal-UE: il-Kumitat jilqa' lid-delegazzjoni Kroata l-ġdida

  • Ser jiġu diskussi l-miri tal-iskart tal-UE u s-suq tal-enerġija

Matul il-plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) tat-3 u l-4 ta' Lulju, il-President tal-KtR, Ramón Luis Valcárcel, ser jilqa' lill-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura, Dacian Cioloş, u ser jitqies l-impatt tal-ftehim tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li ntlaħaq fi Brussell ftit jiem ilu. Billi l-finanzjament tal-PAK jieħu 38 % tal-baġit il-ġdid kollu tal-UE fl-2014 biss, ir-riżultati tan-negozjati intensi ser ikollhom konsegwenzi konsiderevoli għar-reġjuni rurali Ewropej bejn l-2014 u l-2020.

Fis-sessjoni plenarja ser ikun hemm ukoll iċ-ċerimonja tal-2013 tat-tikketta tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew, premju li l-KtR jagħti lill-aħjar tliet strateġiji reġjonali għall-iżvilupp intraprenditorjali. Il-kwistjonijiet li għad fadal fil-governanza ekonomika ser jiġu indirizzati f'riżoluzzjoni dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-UE, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-ħaddiema transfruntiera tal-UE kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ser jiġu indirizzati fl-opinjonijiet imfasslin, rispettivament, mill-President tal-Grupp PES tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz, l-Ewwel Ministru tal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż fil-Belġju, u l-President tal-Grupp PPE tal-KtR, Michael Schneider, Segretarju tal-Istat, Delegat tal-Land ta' Sachsen-Anhalt fi ħdan il-Gvern Federali tal-Ġermanja.

L-aġenda tal-plenarja tinkludi wkoll:

Enerġija u ambjent

Bħala tweġiba għall-pjani li jkompli jinfetaħ is-suq tal-enerġija tal-UE ser tiġi ppreżentata għall-adozzjoni Opinjoni dwar “Lejn suq intern tal-enerġija effiċjentiimfassla minn P.G. de Vey Mestdagh (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Groningen. L-Opinjoni targumenta li s-suq tal-enerġija jista' jsir aktar integrat, kompetittiv u flessibbli biss jekk jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet lokali u reġjonali. F'din il-plenarja wkoll, Michel Lebrun (BE/PPE), Membru tal-Parlament tal-Komunità Frankofona tal-Belġju, ser jippreżenta għad-dibattitu l-Opinjoni tiegħu dwar "Ir-reviżjoni tal-għanijiet prinċipali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-iskart". Din tappella li jkun hemm metodu uniku għall-kalkolu u d-definizzjoni tal-iskart u tipproponi li jiġu stabbiliti miri akbar b'rabta mal-ġestjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ.

Pjan ta' azzjoni għas-saħħa elettronika

Is-soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika jistgħu jikkontribwixxu għall-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, jiffrankaw il-ħin u jnaqqsu l-burokrazja, u b'hekk itejbu l-kwalità tal-kura għall-pazjenti. Il-membru tal-Parlament Fjamming u relatur tal-KtR Johan Sauwens (BE/PPE) iqis il-potenzjal tas-servizzi u l-għodod diġitali fl-analiżi tiegħu tal-Pjan ta' azzjoni għas-saħħa elettronika 2012-2020.

Membri Kroati ġodda

Fil-kuntest tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta' Lulju, fis-sessjoni plenarja ser issir ukoll ċerimonja speċjali biex tingħata merħba lill-membri Kroati ġodda tal-KtR.

Il-102 sessjoni plenarja ser issir fil-Parlament Ewropew (kamra JAN 2Q2) fit-3 u l-4 ta' Lulju fi Brussell. Id-dibattiti ser jintwerew fi streaming dirett fuq www.cor.europa.eu.

Għal aktar tagħrif:

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tal-membri tiegħu minn kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta' politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos milli tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista' jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Segwina fuq Twitter: @EU_COR

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjali tal-istampa:

Pierluigi Boda

Tel: +32 2 282 2461

Mobile: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

David French

Tel: +32 2 282 2535

Mobile: +32 473 85 47 59

david.french@cor.europa.eu

Nathalie Vandelle

Tel: +32 2 282 2499

Mobile: +32 473 86 05 30

nathalie.vandelle@cor.europa.eu

Stqarrijiet għall-Istampa preċedenti


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website