Navigation path

Left navigation

Additional tools

Stqarrija għall-Istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/13/44

Brussell, 27 ta' Mejju 2013

Ninvestu fil-ħin biex noħolqu l-impjiegi u l-inklużjoni: il-plenarja tal-KtR ser tiffoka fuq il-fondi strutturali tal-UE u l-impjieg taż-żgħażagħ

  • Il-President tal-KtR Valcárcel u l-Kummissarju Hahn ser imexxu d-dibattitu dwar l-implimentazzjoni futura tal-politika ta' koeżjoni tal-UE

  • L-aġenda tinkludi r-rwol tas-setturi kreattivi fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tneħħija gradwali tal-kwoti tal-ħalib fl-UE

  • Il-konferenza Ewropa 2020 dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali fid-29 ta' Mejju

Matul il-plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Mejju, mal-President tal-KtR, is-Sur Ramon Luis Valcárcel Siso, ser jingħaqad il-Kummissarju Ewropew għall-politika reġjonali, is-Sur Johannes Hahn, biex jagħtu ħarsa lejn il-qagħda attwali tan-negozjati tal-pakkett dwar il-koeżjoni tal-UE għall-perjodu 2014-2020. Dan l-avveniment ta' ġurnata ser joffri l-opportunità li jiġi kkunsidrat dak li jista' jsir biex jiġi żgurat li l-programmi ffinanzjati mill-politika ta' koeżjoni tal-UE jibdew malajr u fil-ħin. Ser jiġi ppreżentat ukoll ir-riżultat ta' stħarriġ tal-KtR li jevalwa l-progress li sar f'kull Stat Membru rigward it-tfassil tal-programmi operattivi.

Il-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi ser jiddomina d-diskussjonijiet tal-plenarja, li fiha l-membri tal-KtR ser jivvotaw ukoll fuq Opinjoni dwar il-Pakkett dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ (relatur: is-Sur Enrico Rossi (IT/PSE), President tar-Reġjun ta' Toscana).

Il-kwistjonijiet ewlenin li ser jiġu diskussi:

Is-setturi kulturali u kreattivi għat-tkabbir u l-impjiegi

L-investiment fis-setturi kulturali jinsab fost il-prijoritajiet politiċi tal-KtR, li jarah bħala fattur li jixpruna t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għall-benesseri soċjali u l-inklużjoni soċjali. Peress li s-swieq kulturali jiddependu b'mod kruċjali min-nefqa pubblika, il-KtR jargumenta li kemm jista' jkun il-politiki pubbliċi m'għandhomx jippermettu li dawn jitqiesu bħala oqsma fejn wieħed faċli jnaqqas il-finanzjamenti. Din il-kwistjoni ser tiġi diskussa permezz tal-preżentazzjoni ta' abbozz ta' Opinjoni tas-Sur Anton Rombouts (NL/PPE), Sindku ta' 's Hertogenbosch, dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea biex iżżid it-tkabbir u l-impjiegi fis-setturi kulturali u kreattivi.

It-tneħħija gradwali tal-kwoti tal-ħalib fl-UE

Is-sistema tal-kwoti tal-ħalib tal-UE, li daħlet fis-seħħ fl-1984, kienet maħsuba biex tindirizza l-problema tal-produzzjoni żejda. Madankollu, wara l-bidliet li saru fis-suq, huwa mistenni li l-kwoti jitneħħew għalkollox fl-2015. René Souchon (FR/PSE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Auvergne, ser jippreżenta abbozz ta' Opinjoni għall-adozzjoni, liema Opinjoni tħares lejn it-tieni rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib. Is-Sur Souchon jargumenta li ma tqiesx biżżejjed l-impatt territorjali u reġjonali tal-proposti. L-Opinjoni tqajjem dubju dwar l-argument tal-Kummissjoni għat-tneħħija totali tal-kwoti tal-ħalib u l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-ħalib, u tagħmel appell biex ikomplu jiġu analizzati l-konsegwenzi ta' dan għar-reġjuni tal-Ewropa.

Il-konferenza Ewropa 2020 dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali (29 ta' Mejju, Brussell)

Ġurnata qabel is-sessjoni plenarja fid-29 ta' Mejju, il-KtR ser jorganizza wkoll konferenza dwar "Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali: xi rwol għandhom ir-reġjuniu l-bliet?" Dan ser ikun ir-raba' wieħed f'sensiela ta' seba' avvenimenti li jkopru l-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020. Ser jiġu diskussi l-prattiki tajbin u l-approċċi ta' politika lokali flimkien mat-tagħlimiet li nsiltu mill-kooperazzjoni transnazzjonali li rnexxiet. Il-kelliema ser jinkludu lill-President tal-KtR Ramón Luis Valcárcel, l-Ewwel Viċi President tal-KtR Mercedes Bresso, il-Membru tal-Parlament Ewropew u President tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, Pervenche Berès, kif ukoll il-President tal-Pjattaforma Soċjali, Heather Roy.

Il-101 sessjoni plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni ser issir nhar il-Ħamis 30 ta' Mejju mis-2.30 p.m. sad-9 p.m. fil-Parlament Ewropew, Brussell. Is-sessjoni kollha ser tixxandar fi streaming live fuq: www.cor.europa.eu.

Għal aktar tagħrif:

Ingħaqad fid-dibattitu: #EU2020 / #CoRplenary

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos milli tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Segwina fuq Twitter: @EU_CoR

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjali tal-istampa:

Pierluigi Boda

Tel: +32 (0)2 282 2461

Mobile: +32 (0)473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

David French

Tel: +32 (0)2 282 2535

Mobile: +32 (0)473 85 47 59

david.french@cor.europa.eu

Nathalie Vandelle

Tel: +32 (0)2 282 2499

Mobile: +32 (0) 473 86 05 30

nathalie.vandelle@cor.europa.eu

Stqarrijiet għall-Istampa preċedenti


Side Bar