Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-plenarja tal-KtR tiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku

Committee of the Regions - COR/13/1   28/01/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Stqarrija għall-istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/13/1

Brussell, 28 ta’ Jannar 2013

Il-plenarja tal-KtR tiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku

L-unjoni ekonomika u monetarja, il-koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni, garanzija għaż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza tal-UE fost il-punti ewlenin għad-dibattitu

It-tisħiħ intelliġenti u f’waqtu tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-appoġġ sħiħ tal-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ ser ikunu fost il-messaġġi politiċi ewlenin tal-plenarja li jmiss tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) fil-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar. Marek Woźniak (PL/PPE), Marixxall tar-reġjun ta’ Wielkopolska ser iressaq riżoluzzjoni dwar il-pakkett leġislattiv dwar il-koeżjoni biex tiġi adottata. Din ir-riżoluzzjoni ser ittenni l-appell tal-KtR biex jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament adegwat disponibbli għall-politika ta’ koeżjoni mill-2014-2020 u ser jiġu evalwati l-pjani għar-riforma tal-politika reġjonali tal-UE li jipproponu punti biex jittejbu l-proposti.

Fil-31 ta’ Jannar, qabel il-plenarja ser issir laqgħa bejn il-presidenti tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew u tal-KtR. It-taħditiet ser jiffokaw fuq in-negozjati għaddejjin bħalissa dwar il-baġit tal-UE 2014-2020 u l-passi li jmiss biex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Lucinda Creighton, TD, il-Ministru tal-Irlanda għall-Affarijiet Ewropej, ser tindirizza il-plenarja wkoll biex tippreżenta l-prijoritajiet ta’ pajjiżha matul il-Presidenza tal-UE ta’ sitt xhur. Dawn jinkludu l-ħolqien tal-impjiegi u l-indirizzar tal-kriżi.

Joaquín Almunia, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-kompetizzjoni ser jindirizza s-sessjoni plenarja tal-KtR fl-1 ta’ Frar. Huwa previst li l-intervent tiegħu jiffoka fuq il-modernizzazzjoni tar-regoli tal-UE għall-Għajnuna mill-Istat u, b’mod partikolari, ir-reviżjoni tal-linji gwida attwali għall-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni. Ir-rwol kruċjali tal-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni bħala appoġġ għall-impjieg u t-tkabbir ser ikun fost l-iktar punti interessanti matul id-diskussjonijiet tal-plenarja. Jean-Paul Denanot (FR/PSE), President tar-reġjun ta’ Limousin, ser jippreżenta Opinjoni dwar ir-riforma tal-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni għall-2014-2020.

Fil-kuntest tas-Sena Ewropea għaċ-Ċittadini 2013 u fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, il-KtR, flimkien mal-Parlament Ewropew, ħa l-impenn li jippromovi ċ-ċittadinanza tal-UE u jappoġġja li ċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet elettorali Ewropej mifrux, kwistjoni li ser tiġi diskussa fil-kuntest tal-Opinjoni ppreżentata minn György Gémesi (HU/PPE), Sindku ta’ Gödöllő. Jekk jiżdied l-interess fl-elezzjonijiet Ewropew u tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-UE dan ikun ifisser ukoll li jinħoloq status legali fil-livell Ewropew għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet affiljati tagħhom. Il-kontribut tal-KtR għall-mudell tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni ser jiġi diskuss abbażi tal-Opinjoni ta’ István Sértő-Radics (HU/ALDE), Sindku ta’ Uszka.

L-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa ġew identifikati bħala qasam tat-tkabbir li, jekk jiġi ġestit bir-reqqa, jista’ jgħin jagħti spinta lill-pjan tal-UE għat-tkabbir – Ewropa 2020 – bil-ħolqien tal-impjiegi filwaqt li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima. F’dan ir-rigward, Adam Banaszak (PL/EA), membru tal-assemblea reġjonali ta’ Kujawsko-Pomorskie, ser jippreżenta Opinjoni dwar “It-tkabbir Blu”, u Arnold Hatch (UK/NI), tal-Kunsill ta’ Craigavon, ser jippreżenta Opinjoni dwar “Għarfien dwar il-baħar 2020”, biex jiġi żgurat li l-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa jagħtu kontribut ta’ valur għad-dibattitu. Ir-rwol kritiku tal-enerġija rinnovabbli ser jiġi diskuss ukoll meta Witold Stępień (PL/PPE) jippreżenta l-Opinjoni tiegħu dwar “L-enerġija rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija”, biex tiġi adottata.

Is-sessjoni plenarja ser issir fil-Parlament Ewropew (Kamra JAN 2Q2) fil-31 ta' Jannar u l-1 ta’ Frar fi Brussell.

Id-dibattiti ser jixxandru live fuq www.cor.europa.eu nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar mit-3 p.m. u l-Ġimgħa l-1 ta’ Frar mid-9 a.m.

Aktar informazzjoni:

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos milli tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Segwina fuq Twitter: @EU_CoR

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Pierluigi Boda

Tel: +32 (0)2 282 2461

Mobile: +32 (0)473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

David French

Tel: +32 (0)2 282 2535

Mowbajl: +32 (0) 473 85 47 59

david.french@cor.europa.eu

Nathalie Vandelle

Tel: +32 (0)2 282 2499

Mowbajl: +32 (0) 473 86 05 30

nathalie.vandelle@cor.europa.eu

Stqarrijiet għall-Istamba preċedenti


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website