Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Baġit tal-UE: il-President Valcárcel jenfasizza l-isforzi li saru favur il-koeżjoni u l-impjiegi għaż-żgħażagħ

Comité des régions - COR/13/12   07/02/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Stqarrija għall-Istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/13/12

Brussell, 7 ta’ Frar 2013

Baġit tal-UE: il-President Valcárcel jenfasizza l-isforzi li saru favur il-koeżjoni u
l-impjiegi għaż-żgħażagħ

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, is-Sur Ramón Luis Valcárcel, jaqbel mal-Kunsill Ewropew li “il-baġit Ewropew irid ikun xprun għat-tkabbir u l-impjiegi madwar l-Ewropa”. Huwa jirrikonoxxi wkoll l-isforzi li saru biex jiġi limitat it-tnaqqis propost fil-politika ta’ koeżjoni u biex ir-riżorsi jiġu ffokati fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Il-President tal-KtR jinsab kuntent li se jinżamm is-sehem tal-politika reġjonali fil-baġit, billi hija l-għodda ewlenija tal-UE għal tkabbir sostenibbli, kompetittività u solidarjetà. Jaqbel ukoll dwar l-urġenza li biha għandu jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jenfasizza l-ħtieġa biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva l-ġdida.

Barra minn hekk jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-impatt pożittiv tal-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ reġjuni ta’ tranżizzjoni u tal-iżgurar ta’ rabta iktar b’saħħitha bejn il-politika ta’ koeżjoni, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika baġitarja. Minkejja dan, ir-reġjuni huma inkwetati ħafna dwar il-kondizzjonalità makroekonomika, billi din tista’ ddgħajjef il-kontinwità ferm meħtieġa ta’ investiment pubbliku u privat li jingħata effett ta’ lieva permezz tal-fondi tal-UE. Il-President Valcárcel jinnota wkoll li ma sarx biżżejjed progress fir-rigward tar-riżorsi proprji tal-UE u li ntlaħaq qbil fil-baġit li dan jista’ jwassal għal defiċit strutturali.

Fir-rigward tal-passi li jmiss fil-proċess tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-President Valcárcel jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi rispettat bis-sħiħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew: “se nsegwu bir-reqqa d-diskussjoni dwar il-baġit fi ħdan il-Parlament Ewropew, li kien imsieħeb importanti ħafna f’dawn l-aħħar xhur. Ftehim f’waqtu dwar il-finanzjament adatt ta’ kull intestatura se jgħin biex il-perjodu ta’ programmar il-ġdid jibda b’mod pożittiv.”

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos milli tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Segwina fuq Twitter: @EU_CoR

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Pierluigi Boda

Tel. +32 2 282 2461

Mob. +32 473 851 743

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Stqarrijiet għall-Istampa preċedenti


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site