Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-President Barroso ser jiddiskuti l-prijoritajiet tal-2013 matul il-plenarja tal-KtR (29-30 ta’ Novembru)

Comité des régions - COR/12/73   26/11/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Stqarrija għall-Istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/12/73

Brussell, 26 ta’ Novembru 2012

Il-President Barroso ser jiddiskuti l-prijoritajiet tal-2013 matul il-plenarja tal-KtR
(29-30 ta’ Novembru)

Ser jiġu diskussi wkoll il-futur tal-politika ta’ koeżjoni, il-baġit tal-UE u l-kwistjonijiet ambjentali.Fid-29 ta’ Novembru, ftit jiem wara li l-Istati Membri tal-UE naqsu milli jilħqu ftehim dwar il-baġit tal-UE, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, ser jitkellem waqt is-sessjoni plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) biex jippreżenta l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet tagħha għall-2013.

Il-membri tal-KtR imbagħad ser jadottaw Opinjoni dwar il-Qafas Strateġiku Komuni għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2014 li tħejjiet mis-Sur Marek Woźniak (Marixxall tar-Reġjun ta’ Wielkopolska, PL/PPE). L-MEP Lambert van Nistelrooij, korelatur tal-Parlament Ewropew dwar l-istess suġġett, ser jieħu sehem ukoll fid-dibattitu. Ser jiġu diskussi wkoll temi rilevanti oħra marbutin mal-politika ta’ koeżjoni futura abbażi tal-Opinjoni dwar l-Iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (relatur: is-Sur Graham Garvie, Membru tal-Kunsill tas-Scottish Borders, UK/ALDE) u l-Opinjoni dwar il-Kodiċi tal-kondotta dwar is-sħubija li ġie propost fil-livell Ewropew (relatur: is-Sur Stanislaw Szwabski, President tal-Kunsill tal-Belt ta’ Gdynia, PL/AE).

Fuq il-bażi tal-Opinjoni miktuba mis-Sur Alain Hutchinson (BE/PSE), il-kwistjoni kontroversjali tal-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati temporanjament barra pajjiżhom ser tkun fost is-suġġetti ewlenin tad-dibattitu. L-Opinjoni tipproponi għadd ta’ emendi fuq il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li l-leġislazzjoni tal-UE toffri lill-ħaddiema stazzjonati protezzjoni u sigurtà soċjali adatti.

Il-kwistjonijiet ambjentali wkoll ser ikunu fost it-temi ewlenin matul id-diskussjonijiet fil-plenarja, li matulha ser jiġu adottati erba’ opinjonijiet dwar dan is-suġġett. Is-Sinjura Nilgun Canver (UK/PSE) ser tippreżenta l-Opinjoni tagħha dwar is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali propost, li jiddefinixxi l-għanijiet tal-politika ambjentali u jfittex li jtejjeb l-implimentazzjoni fl-UE u b’hekk jappoġġja l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Is-Sinjura Urve Erikson (EE/AE), Membru tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta’ Tudulinna, ser tippreżenta l-Opinjoni tagħha dwar is-“Sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma” fit-tieni jum tal-plenarja, u warajha s-Sur Corrie McChord (UK/PSE), Membru ta’ Stirling, ser iressaq l-Opinjoni tiegħu dwar “L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija” għad-dibattitu. Fl-istess ġurnata, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar l-Istrateġija tal-UE għal bijoekonomija sostenibbli (relatur: is-Sur Rogier van der Sande (NL/ALDE)) ser jitressqu għall-votazzjoni.

Is-sessjoni plenarja ser issir Brussell, fil-bini tal-Parlament Ewropew, nhar id-29 u t-30 ta’ Novembru.

Aktar tagħrif:

Id-dibattiti ser jixxandru live fuq www.cor.europa.eu nhar il-Ħamis 29 ta’ Novembru mit-3 p.m. u l-Ġimgħa 30 ta’ Novembru mid-9 a.m.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwal-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos milli tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Segwina fuq Twitter: @EU_CoR

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Pierluigi Boda

Tel: +32 (0)2 282 2461

Mowbajl: +32 (0) 473 851743

pierluigi.boda@cor.europa.eu

David French

Tel: +32 (0) 2 282 2535

Mowbajl: +32 (0) 473 854 759

david.french@cor.europa.eu

Nathalie Vandelle

Tel: +32 (0)2 282 2499

Mowbajl: +32 (0)473 86 05 30

nathalie.vandelle@cor.europa.eu

Stqarrijiet għall-Istampa preċedenti


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site