Navigation path

Left navigation

Additional tools

Stqarrija għall-Istampa

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/11/2

Brussell, 24 ta’ Jannar 2011

Il-plenarja tal-KtR tippreżenta soluzzjonijiet lokali għall-biedja, il-ħarsien tal-baħar u l-kooperazzjoni transkonfinali

Fil-prattika, huma r-reġjuni u l-bliet li jittraduċu l-miri Ewropej f’azzjoni konkreta. Il-mod kif dawk li jfasslu l-liġijiet fl-UE jistgħu jagħmlu użu minn din l-esperjenza prattika ser jiddomina s-sessjoni plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 u t-28 ta’ Jannar. Fi Brussell, il-politiċi reġjonali u lokali ser jippreżentaw soluzzjonijiet għal politiki agrikoli u marittimi, kif ukoll kooperazzjoni transkonfinali, aktar effettivi. Taħt il-Presidenza ta’ Mercedes Bresso, huma ser jiddiskutu l-proposti tagħhom mal-Kummissarji Ewropej Dacian Cioloş (agrikoltura) u Maria Damanaki (affarij

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
et marittimi u sajd), kif ukoll ma’ Bence Rétvári, il-Ministru tal-Istat li ħa jkun qed jirrappreżenta l-Presidenza Ungeriża.

Il-Kummissarju Cioloş ser jirritorna għall-plenarja tal-KtR biex jitkellem dwar il-qafas tal-pjani tal-eżekuttiv tal-UE għall-politika agrikola komuni wara l-2013. Huwa ser ikun preżenti wkoll għall-adozzjoni tal-opinjoni ta’ prospettiva dwar is-sistemi tal-ikel lokali li hu kien talab lill-Kumitat fl-2010, u li ser tkun ippreżentata mir-relatur Lenie Dwarshuis (NL/ALDE). Fl-opinjoni, ir-rappreżentanta tal-provinċja ta’ Zuid-Holland turi kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni biex jgħinu lill-bdiewa u lill-produtturi tal-ikel ibiegħu l-prodotti tagħhom lokalment, b’benefiċċji kemm għall-ekonomija kif ukoll għall-ambjent. Barra minn hekk, f’opinjoni mfassla minn Ossi Martikainen (FI/ALDE), il-KtR jitlob li l-għajnuna tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn tkompli tiġi inkluża taħt il-kappa tal-politika agrikola komuni tal-UE. Sadanittant, il-Kummissarju Damanaki ser tagħmel diskors fil-plenarja qabel l-adozzjoni tal-opinjoni dwar l-Iżvilupp ta’ Politika Marittima Integrata u l-Għarfien dwar il-Baħar 2020, li tappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni iżda twissi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jridu jiġu kkonsultati b’mod aktar regolari u konsistenti f’dan il-qasam.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu wkoll jaħdmu flimkien direttament biex iwasslu r-riżultati liċ-ċittadini tagħhom, pereżempju biex jipprovdu servizzi pubbliċi konġunti f’reġjuni fil-fruntieri. Fl-2006, l-UE ħolqot il-forma legali tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) biex titnaqqas kemm jista’ jkun il-burokrazija assoċjata ma’ dawn it-tip ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni. B’16-il korp bħal dan diġà stabbilit u aktar minn 20 proġett ieħor li qed jitħejjew madwar l-Ewropa, l-għodda l-ġdida kellha bidu promettenti. Il-qafas legali tar-REKT ser jiġi rivedut din is-sena, u din se tkun ix-xoqqa f’moxtha biex il-proċeduri jiġu ssemplifikati aktar. Ir-relatur Alberto Núñez Feijóo (ES/PPE), President tal-Galizja, ser jippreżenta l-proposti għat-titjib fis-sessjoni plenarja. Fl-istess waqt, il-KtR ser iniedi pjattaforma ta’ appoġġ għar-REKT li jeżistu diġà u għal dawk futuri, kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati li huma interessati.

Fl-aħħar nett, il-membri tal-KtR ser jaqtgħu ż-żigarella għall-bidu tal-kollaborazzjoni tagħhom mal-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ dibattitu ma’ Bence Rétvári, il-Ministru responsabbli għall-amministrazzjoni pubblika u l-ġustizzja. Għal din l-okkażjoni huwa ser jitkellem dwar kif il-Presidenza Ungeriża tal-UE qed tippjana li tistrieħ fuq l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet li stabbiliet. Matul is-sitt xhur tal-Presidenza, il-KtR ser jorganizza diversi laqgħat politiċi fi sħubija mal-Presidenza Ungeriża u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għandkom issibu l-lista tagħhom fil-ktejjeb imħejji proprju għal dan.

Aktar informazzjoni:

Id-dibattiti ser jintwerew f’xandira diretta fuq www.cor.europa.eu, nhar il-Ħamis 27 ta’ Jannar mit-3 p.m. sad-9 p.m. u l-Ġimgħa 28 ta’ Jannar mid-9 a.m. sas-1 p.m.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos li tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Michael Alfons

Tel.: +32 (0)2 546 8559

michael.alfons@cor.europa.eu

Athénaïs Cazalis de Fondouce

Tel.: +32 (0)2 282 2447

athenais.cazalisdefondouce@cor.europa.eu

Chris Jones

Tel.: +32 (0)2 546 8751

christopher.jones@cor.europa.eu

Biex taqra l-istqarrijiet għall-istampa preċedenti, agħfas hawn.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website