Navigation path

Left navigation

Additional tools

Id-diskussjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni f’Castilla y León dwar l-ekonomija kompetittiva, konnessa u ekoloġika

Committee of the Regions - COR/10/28   12/03/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/10/28

Brussell, 12 ta’ Marzu 2010

Id-diskussjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni f’Castilla y León dwar l-ekonomija kompetittiva, konnessa u ekoloġika

Il-laqgħa straordinarja tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni, li tnediet il-bieraħ f’Valladolid, illum għalqet b’żewġ diskussjonijiet li wasslu għal analiżi tal-mudell ta’ ekonomija kompetittiva, konnessa u ekoloġika li ġie propost wara s-Summit reċenti ta’ Kopenħagen.

Wara d-diskorsi ta’ ftuħ tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Mercedes Bresso, tal-President tal-gvern ta’ Castilla y León, Juan Vicente Herrera, u tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Unjoni Ewropea, Diego López Garrido, żvolġa l-ewwel dibattitu dwar l-impatt tal-bidla fil-klima u l-kontribut li jistgħu jagħtu l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-ksib tal-għanijiet Ewropej f’dan ir-rigward. L-istqarrijiet tal-membru Daniż tal-Kumitat tar-Reġjuni, Knud Andersen, li għamel referenza għall-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, li ġiet adottata f’Ottubru 2010, dwar il-White Paper tal-Kummissjoni “Nadattaw għall-bidla fil-klima: Lejn qafas Ewropew għal azzjoni”, u tat-tieni Viċi President u Ministru tal-Ekonomija u l-Impjieg tal-gvern ta’ Castilla y León, Tomás Villanueva, iffokaw fuq dawn il-kwistjonijiet.

It-tieni dibattitu ta ħarsa ġenerali lejn l-isfidi ewlenin li għandha tiffaċċja l-ekonomija ekoloġika fid-dawl tal-kwalifiki ġodda meħtieġa għall-impjiegi l-ġodda. Ingħatat preżentazzjoni dettaljata dwar il-ħidma li qed iwettaq il-gvern ta’ Castilla y León f’dan il-qasam fil-kuntest tad-diskussjonijiet mal-Kumitat li tnedew mill-Uffiċju Privat tal-President.tal-Ġie preżentat ukoll il-proġett tal-karozza li taħdem bl-elettriku li żviluppatil-kumpanija Renault bil-kooperazzjoni tal-gvern ta’ Castilla y León u tal-eżekuttiv ċentrali tiegħu. Kien preżenti wkoll il-kap tar-relazzjonijiet istituzzjonali tar-Renault fi Spanja, Ernesto Salas. F’dan id-dibattitu ipparteċipaw ukoll il-mexxejja reġjonali tat-trejdjunjins Comisiones Obreras u Unión General de Trabajadores, Ángel Hernández u Agustín Prieto, u s-Segretarju Ġenerali tal-Confederación de Organizaciones Empresariales de Castilla y León (CECALE), Héctor García. Ipparteċipa wkoll il-President tal-kummissjoni COTER tal-KtR, Michel Delabarre.

Il-President tal-Kumitat, Mercedes Bresso, fakkar li "t-tkabbir ekoloġiku x’aktarx huwa l-objettiv li jikseb l-akbar kunsens fl-Ewropa tal-lum. Madankollu, minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja, dan l-objettiv sar diffiċli biex jinkiseb: l-ewwel nett irridu ninvestu f’setturi ġodda u fi prodotti u servizzi ġodda biex jinħolqu impjiegi ekoloġiċi, u wara għandu jiġi żgurat li l-ħaddiema li diġà huma impjegati u dawk qiegħda jkunu jistgħu jiksbu l-kwalifiki meħtieġa biex iwettqu dawn l-impjiegi.”

Il-President tal-gvern ta’ Castilla y León, Juan Vicente Herrera, ġibed l-attenzjoni għall-fatt li “l-innovazzjoni hi, mingħajr l-ebda dubju, il-mezz kif l-Ewropa u l-pajjiżi u r-reġjuni kollha tagħha jżommu l-pożizzjoni tagħhom f’dinja li issa tinkludi kompetituri b’saħħithom ħafna.” Kompla billi enfasizza l-fatt li “r-reġjun ta’ Castilla y León, li jimpenja ruħu biex jinkisbu l-objetttivi tal-istrateġija Ewropea ġdida, b’mod partikolari jixtieq jiżgura li l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali jibqgħu importanti għat-tkabbir ekonomikku u għas-sostenibbiltà. Għandna stennijiet kbar għat-teknoloġiji l-ġodda relatati mal-karozza li taħdem bl-elettriku u nemmnu fl-appoġġ tal-Ewropa għar-riżervi lokali tal-faħam fil-kuntest tal-politika li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, mingħajr ma teskludi l-enerġija nukleari.”

F’termini prattiċi, il-ħidma tal-membri tal-Bureau matul iż-żjara tagħhom f’Castilla y León iffokat fuq l-impenn deċiżiv favur l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u sostenibbli fis-settur tal-karozzi.

Ta’ min ifakkar li l-Opinjoni tal-Kumitat, li ġiet adottata reċentement, dwar “Ir-reazzjoni kkoordinata u sostenibbli għall-isfidi tas-settur Ewropew tal-karozzi u għat-tisħiħ tal-preżenza territorjali tiegħu”, li tfasslet minn Jean-Yves Le Drian, president tal-Kunsill reġjonali ta’ Bretagne (Franza) li jippresiedi l-grupp interreġjonali tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kriżi fl-industrija tal-karozzi, tirreferi speċifikament għall-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament pubbliku adegwat biex jissaħħu l-miżuri kollha relatati mar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni f’dan is-settur, it-teknoloġiji nodfa u t-taħriġ tal-ħaddiema. F’dan ir-rigward, l-opinjoni tissuġġerixxi li l-manifatturi jħaffu t-tranżizzjoni teknoloġika lejn vetturi aktar nodfa u jipproduċu vetturi li jirriflettu d-domanda dejjem akbar tal-konsumaturi għal vetturi ekoloġiċi (b’mod partikolari l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku) u li huma aktar affidabbli u li jistgħu jintlaħqu mill-but ta’ kulħadd.

Il-President, Mercedes Bresso, ikkonkluda billi stqarr li, l-impjiegi ekoloġiċi m’għadhomx suġġett li jikkonċerna l-futur, dawn għandhom isiru realtà mil-lum stess. U dan huwa l-kompitu ewlieni li għandna nindirizzaw bħala rappreżentanti eletti lokali u reġjonali".

Il-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Bureau jista’ jitqies bħala l-forza politika li tmexxi lill-Kumitat tar-Reġjuni. Bħala regola, l-Bureau jorganizza seba’ laqgħat fis-sena: qabel kull waħda mill-ħames sessjonijiet plenarji li jsiru fi Brussell u qabel il-laqgħat straordinarji li jsiru darba kull sitt xhur, fil-pajjiż li jkollu l-Presidenza rotattiva tal-Unjoni Ewropea. Fost il-kompiti ewlenin tal-Bureau, ta’ min jinnota li huwa responsabbli għat-tfassil tal-programm ta’ prijoritajiet politiċi fil-bidu ta’ kull mandat, jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu u jfassal rapport ta’ valutazzjoni kull sena u fl-aħħar tal-mandat tiegħu. Il-laqgħat straordinarji tal-Bureau jwasslu sabiex jiġu studjati kwistjonijiet ta’ interess partikolari u b’hekk jikkontribwixxu għall-ksib ta’ għan doppju: minn naħa, li jiġi spjegat ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-pubbliku ġenerali u, mill-oħra, li l-Kumitat tar-Reġjuni isir jaf dwar il-proġetti promossu mir-reġjun li qed jospita l-laqgħa tal-Bureau.

Mit-344 membru tal-Kumitat tar-Reġjuni 21 minnhom huma Spanjoli. Dawn huma presidenti tar-reġjuni awtonomi u rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali. Fatt li juri l-impenn tar-reġjun biex jafferma l-preżenza tiegħu fl-Ewropa huwa li, mill-2008 ’il quddiem, ir-reġjun ta’Castilla y León jokkupa wieħed mit-tliet siġġijiet Spanjoli tal-Bureau. Ftit jiem ilu, dan ir-rwol ewlieni ġie mġedded għal perijodu ta’ sentejn u nofs b’mod konġunt mar-reġjuni ta’ Extremadura u Asturias.

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344 membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati li jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos li tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Christian Gsodam

Tel. + 32 2282 2121

Christian.Gsodam@cor.europa.eu

Biex taqra l-istqarrijiet għall-istampa preċedenti, agħfas hawn.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website