Navigation path

Left navigation

Additional tools

Biex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha, l-istrateġija UE 2020 għandha bżonn lill-awtoritajiet lokali u reġjonali

Committee of the Regions - COR/10/26   09/03/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

UNJONI EWROPEA



Il-Kumitat tar-Reġjuni

Stqarrija għall-istampa

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali

COR/10/26

Brussell, 9 ta' Marzu 2010



Biex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha, l-istrateġija UE 2020 għandha bżonn lill-awtoritajiet lokali u reġjonali

Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ l-objettivi u l-metodi ta’ governanza proposti fl-Istrateġija UE 2020, iżda jisħaq li l-effikaċja tagħha se tkun limitata jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu ristretti għal rwol ta’ implimentazzjoni tard fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fl-istqarrija tagħha wara li l-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni Strateġija UE 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv , il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Mercedes Bresso , spjegat li “l-istrateġija proposta hija iktar realistika mid-dokument ta’ konsultazzjoni li l-Kumitat ta l-opinjoni tiegħu fuqu fi tmiem l-2009 , billi fl-aħħar evalwat il-kriżi li tant laqtet l-intrapriżi tagħna, iċ-ċittadini tagħna u t-territorji tagħna.” Hija żiedet tgħid li “Jiena nemmen li għandna nkunu kuntenti ferm li l-Istrateġija UE 2020 qabel kollox tipproponi strateġija biex noħorġu mill-kriżi u tinkludi linji gwida għall-futur, billi ġġedded il-mudell soċjali Ewropew u mhux billi tfarku.”

Madankollu, il-President tal-KtR b’dispjaċir innotat li l-Istrateġija UE 2020 ma tagħlmet xejn mill-konsegwenzi tan-nuqqasijiet tal-Istrateġija ta’ Lisbona. “L-Istrateġija UE 2020 ma tagħmilx biżżejjed fil-mobilizzazzjoni tal-forzi disponibbli. Tista’ tkun ħafna iktar effikaċi jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jieħdu sehem attiv fit-tfassil tal-programmi nazzjonali ta’ riforma u tal-inizjattivi prinċipali, u ma jkunux biss limitati għall-implimentazzjoni,” saħqet is-Sinjura Bresso. Fuq livell saħansitra iktar gravi, l-istrateġija kif inhi ppreżentata attwalment tieqaf fil-livell nazzjonali, mingħajr ma tqis il-fatt li, f’bosta pajjiżi, ir-reġjuni huma l-atturi prinċipali fil-qasam tal-politika ekonomika: l-appoġġ għall-innovazzjoni, lill-SMEs, it-tagħlim tul il-ħajja, l-appoġġ għall-impjiegi, eċċ. “Dan huwa ferm diżappuntanti”, żiedet tgħid is-Sinjura Bresso.

Barra minn hekk, il-KtR jiddispjaċih li m’hemm l-ebda miżura konkreta fl-implimentazzjoni tal-koeżjoni territorjali: “Ma nistgħux inħallu okkażjoni bħal din għaddejja hekk kif għadu kif daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona”, saħqet is-Sinjura Bresso. “Għalhekk, aħna se naħdmu sabiex l-għan tat-“tkabbir inklużiv” isir realtà, u nressqu proposti għal inizjattiva prinċipali li tgħaqqad id-dimensjoni territorjali mal-koeżjoni soċjali, rigward il-kwa lità u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi, pereżempju.”

L-objettiv triplu ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien mas-7 inizjattivi prinċipali proposti jirriflettu l-isfidi u t-tħassib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għandhom l-appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni. Miżuri bħall-objettiv tat-tnaqqis tal-faqar, it-tibdil tar-regoli tal-akkwist pubbliku u tal-għajnuna tal-Istat huma ta’ kredtu għad-dokument il-ġdid. Iżda biex tingħata l-ħajja għal din l-Istrateġija Ewropea, il-kwistjoni kruċjali tal-mezzi finanzjarji għandha tiġi żviluppata iktar. Fl-istqarrija tagħha dwar id-dimensjoni finanzjarja tal-istrateġija, is-Sinjura Bresso enfasizzat li “il-Kumitat tar-Reġjuni ser ikun attent b’mod partikolari għar-rabtiet bejn l-Istrateġija UE 2020, il-politika ta’ koeżjoni u l-baġit futur tal-Unjoni. Fl-applikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat ser jara wkoll li l-abbozzi tal-liġijiet li jimplimentaw l-istrateġija jirrispettaw għalkollox il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-protokoll il-ġdid dwar is-sussidjarjetà. Għal kull proposta leġiżlattiva ġdida, għandu jkun żgurat li l-piż, finanzjarju jew amministrattiv, li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkun l-inqas possibbli u proporzjonat mal-objettiv li jrid jintlaħaq.”

Żur is-sit tal-KtR: www.cor.europa.eu

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Il-missjoni tat-344  membru tiegħu minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE hija li jinvolvu lill-awtoritajiet u lill-komunitajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmawhom dwar il-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma obbligati jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Jekk jinkisru drittijietu jew jekk jemmen li liġi tal-UE tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà jew tonqos li tirrispetta s-setgħat reġjonali u lokali, il-Kumitat jista’ jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Athénaïs Cazalis de Fondouce

Tel: +32 (0) 2 282 2447

athenais.cazalisdefondouce@cor.europa.eu

Biex taqra l-istqarrijiet għall-istampa preċedenti, agħfas hawnhekk .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website