Navigation path
Left navigation
Additional tools
Statistika ġudizzjarja 2013: ċifri mingħajr ebda preċedent Is-sena li għaddiet ser tidħol fl-istorja, minn naħa, bħala l-iktar sena produttiva sa mill-ħolqien tal-Qorti tal-Ġustizzja u, min-naħa l-oħra, bħala s-sena bl-ikbar numru ta’ kawżi mressqa li qatt intlaħaq Il-Qorti tal-Ġustizzja Fl-2013, il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet 701 kawża, ċifra li tirrappreżenta żieda kunsiderevoli meta mqabbla mas-sena preċedenti (595 kawża maqtugħa fl-2012). Fl-2012 tressqu 699 kawża ġdida quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ċifra li tirrappreżenta żieda ta’ madwar 10 % meta mqabbla mas-sena 2012 u li tikkostitwixxi, fl-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ikbar numru ta’ kawżi mressqa f’sena. Din iż-żieda fin-numru totali ta’ kawżi mressqa għandha tiġi evalwata fid-dawl taż-żieda, meta mqabbel mas-sena preċedenti, fin-numru ta’ appelli u ta’ rinviji għal deċiżjoni preliminari. Fl-2013 saru 450 rinviju għal deċiżjoni preliminari, li huwa l-ogħla numru li qatt intlaħaq. Fir-rigward tat-tul tal-proċeduri, l-istatistika hija pożittiva ħafna. Fir-rigward tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, dan it-tul huwa ta’ 16.3 xhur. Fir-rigward tar-rikorsi diretti u tal-appelli, it-tul medju għat-trattament tagħhom kien ta’ 24.3 xhur u ta’ 16.6 xhur, rispettivament Huwa minnu li t-tul tal-proċeduri fir-rigward tar-rikorsi diretti żdied b’mod notevoli meta mqabbel mas-sena 2012 (19.7 xhur). Madankollu, din iż-żieda, li tikkonċerna biss 15 % tal-kawżi maqtugħa fl-2013, hija dovuta prinċipalment għal fatturi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja għandha biss kontroll limitat ħafna. Il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari ġiet applikata f’żewġ kawżi, li nqatgħu fi żmien medju ta’ 2.2 xhur.
Il-Qorti Ġenerali Statistikament, l-2013 tat ħafna indikazzjonijiet. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali wriet, għat-tielet sena konsekuttiva, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħha tal-amministrazzjoni tal-kawżi, li rriżulta mir-riformi interni implementati u mit-titjib kontinwu tal-metodi tax-xogħol tagħha. Fl-2013, 702 kawżi setgħu b’hekk jinqatgħu, li jwasslu għal medja annwali ta’ kawżi maqtugħa matul l-aħħar tliet snin għal madwar 700 kawża. B’paragun, din l-istess medja kienet ta’ madwar 480 kawża fl-2008. Fi żmien ħames snin, iż-żidiet fl-effiċjenza ppermettew żieda ta’ iktar minn 45 % tal-produttività tal-qorti. Min-naħa l-oħra, il-kawżi mressqa laħqu rekord storiku, b’790 kawża ġdida, jiġifieri żieda ta’ kważi 30 % b’paragun mal-2012. It-tendenza globali ta’ żieda fin-numru tal-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, hija għalhekk ikkonfermata b’mod partikolarment flagranti. Dan wassal għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ kawżi pendenti, li qabeż il-limitu ta’ 1 300 kawża (1325 kawża, b’mod iktar preċiż). Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda t-tul tal-proċeduri, minkejja li dan – meqjus globalment (jiġifieri b’mod li jinkludi l-kawżi maqtugħa permezz ta’ digriet) – kien ikkaratterizzat minn titwil temporanju ta’ madwar 10 % (li wassal sabiex dan it-tul ikun ta’ 26.9 xhur), għandu jiġi enfasizzat li, fir-rigward tal-kawżi maqtugħa b’sentenza, jista’ jiġi osservat tnaqqis ta’ madwar xahar b’paragun mal-2012, b’tul medju ta’ 30.6 xhur.
Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku L-istatistika ġudizzjarja tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għall-2013 hija kkaratterizzata minn tnaqqis fin-numru ta’ kawżi mressqa (160) meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (178). Fil-fatt, l-2012 kienet iddistingwiet ruħha bħala s-sena li matulha kien tressaq l-ikbar numru ta’ kawżi ġodda sa mill-ħolqien tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. In-numru ta’ kawżi mressqa fl-2013 huwa, għall-kuntrarju, paragunabbli ma’ dak tas-sena 2011 (159). Xorta waħda jibqa’ ħafna ogħla minn dak tas-snin preċedenti (139 fl-2010, 113 fl-2009 u 111 fl-2008). Fuq kollox għandu jiġi enfasizzat li n-numru ta’ kawżi magħluqa (184), min-naħa tiegħu, qiegħed jiżdied meta mqabbel ma’ dak tas-sena l-oħra (121). Dan huwa l-aħjar riżultat kwantitattiv miskub mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa mill-ħolqien tiegħu. Dan ir-riżultat huwa dovut għar-riflessjonijiet imwettqa matul is-sena dwar il-metodi tax-xogħol tal-qorti. It-tul medju tal-proċeduri, min-naħa tiegħu, tjieb bi ftit (14.7 xhur fl-2013 kontra 14.8 xhur fl-2012).
Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja. Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355 |
Side Bar