Navigation path

Left navigation

Additional tools

Imħallfin ġodda fil-Qorti tal-Ġustizzja u fil-Qorti Ġenerali

Court of Justice - CJE/13/85   04/07/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Stampa u Informazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 85/13

Il-Lussemburgu, 4 ta Lulju 2013

Udjenza solenni tal-Qorti tal-Ġustizzja

Imħallfin ġodda fil-Qorti tal-Ġustizzja u fil-Qorti Ġenerali

Udjenza solenni tal‑4 ta’ Lulju 2013

Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, fl‑1 ta’ Lulju 2013, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ deċiżjoni tal‑1 ta’ Lulju 2013, ħatru bħala Mħallfin, għall-perijodu mill‑1 ta’ Lulju 2013 sas‑6 ta’ Ottubru 2015, lil Siniša Rodin fil-Qorti tal-Ġustizzja u, għall-perijodu mill‑1 ta’ Lulju 2013 sal‑31 ta’ Awwissu 2013, lil Vesna Tomljenović fil-Qorti Ġenerali.

Fl-okkażjoni tal-għoti tal-ġurament u tad-dħul fil-kariga taż-żewġ Membri, inżammet udjenza solenni llum fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Siniša Rodin

Imwieled fl-1963; dottorat fid-dritt (Università ta’ Żagreb, 1995); L.L.M. (Università ta’ Michigan Law School, 1992); Fulbright Fellow u Visiting Scholar f’Harvard Law School (2001-2002); assistent professur u sussegwentement professur fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Żagreb mill-1987; inkarigat mill-katedra Jean Monnet mill-2006 u inkarigat mill-katedra Jean Monnet ad personam mill-2011; visiting professor f’Cornell Law School (2012); membru tal-kumitat Kroat għar-riforma tal-Kostituzzjoni, President tal-grupp ta’ ħidma dwar l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (2009-2010); membru tal-grupp Kroat li nnegozja l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2006-2011); awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta’ Lulju 2013.

Vesna Tomljenović

Imwielda fl-1956; gradwata mill-Università ta’ Rijeka (Masters, 1979) u mill-Università ta’ Zagreb (LL.M., 1984; dottorat fid-dritt, 1996); assistent professur (1980-1998), professur assoċjat (2003-2009) u professur (2009-2013) fil-fakultà tal-liġi fl-Università ta’ Rijeka; assistent professur fil-fakultà tal-ekonomija fl-Università ta’ Rijeka (1990-2013); president tal-Assoċjazzjoni Kroata tad-Dritt Komparattiv (2006-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-4 ta’ Lulju 2013.

Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355

Ritratti tal-udjenza solenni jkunu disponibbli fuq "Europe by Satellite" (+32) 2 2964106


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website