Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Stampa u Informazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 23/13

Il-Lussemburgu, 6 ta’ Marzu 2013

Statistika ġudizzjarja 2012: konsolidazzjoni tar-riżultati miksuba fl-aħħar snin

It-tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jkompli jonqos b’mod sinjifikattiv.

L-istatistika ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena 2012 hija, b’mod ġenerali, ikkaratterizzata minn produttività stabbli u minn titjib sinjifikattiv fl-effikaċja tat-tul tal-proċeduri. Barra minn hekk, jista’ jiġi nnotat tnaqqis żgħir fin-numru globali tal-kawżi mressqa quddiem it-tliet qrati (1 427 fl-2012 meta mqabbla ma’ 1 569 fl-2011), li, fid-dawl tal-iżvilupp tan-numru ta’ kawżi matul l-aħħar ħames snin, jista’ madankollu jkun ta’ natura pjuttost temporanja.

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Fl-2012, il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet 595 kawża u tressqu quddiemha 632 kawża ġdida. In-numru ta’ kawżi li tressqu jibqa’ għoli ħafna u jikkostitwixxi, fl-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni l-ikbar numru ta’ kawżi mressqa f’sena. Il-fatt li tali numru naqas b’madwar 8 % meta mqabbel mas-sena 2011 (688 kawża mressqa) huwa prinċipalment dovut għal tnaqqis żgħir, meta mqabbel mas-sena preċedenti, fin-numru ta’ appelli ppreżentati kontra s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali. Fir-rigward tan-numru ta’ kawżi għal deċiżjoni preliminari mressqa fl-2012, dan kien jirrappreżenta t-tieni l-ikbar ammont li qatt tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rigward tat-tul tal-proċeduri, l-istatistika hija pożittiva ferm. Fir-rigward, b’mod partikolari, tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, dan it-tul kien jammonta għal 15.7 xhur.

Għalhekk, fl-2012, it-tul medju tat-trattament tal-kawżi għal deċiżjoni preliminari laħaq l-iktar livell baxx fl-istorja.

Fir-rigward tar-rikorsi diretti u tal-appelli, it-tul medju tat-trattament tagħhom kien ta’ 19.7 xhur u ta’ 15.3 xhur rispettivament.

0

100

200

300

400

500

600

700

800

900

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

Kawżi maqtugħa

Kawżi pendenti

 

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

593

562

631

688

632

Kawżi maqtugħa

567

588

574

638

595

Kawżi pendenti

768

742

799

849

886

Il-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali għandha tkun sodisfatta li rnexxielha tikkonsolida l-qabża kwantitattiva li għamlet fl-2011. Fil-fatt, fl-2012, inqatgħu 688 kawża (li, wara dak tal-2011, jikkostitwixxi l-aħjar riżultat minn meta nħolqot il-qorti). Dan il-livell ġdid ta’ produttività ġudizzjarja, li joriġina mid-diversi riformi interni li ġew implementati fl-aħħar snin u li jipproduċu gwadann kumulattiv ta’ effiċjenza, irrenda possibbli li jkun hemm tnaqqis storiku tan-numru ta’ kawżi pendenti (li jammonta għal 71 kawża, jiġifieri iktar minn 5 % ta’ tnaqqis), minħabba tnaqqis okkażjonali tal-kawżi mressqa, li din is-sena jammonta għal 617 kawża (jiġifieri iktar minn 15 % ta’ tnaqqis). Barra minn hekk, it-tul tal-proċeduri tnaqqas kunsiderevolment, b’tul medju ta’ 24.8 xhur, jiġifieri tnaqqis ta’ 1.9 xhur meta mqabbel mal-2011.

0

200

400

600

800

1.000

1.200

1.400

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

Kawżi maqtugħa

Kawżi pendenti

 

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

629

568

636

722

617

Kawżi maqtugħa

605

555

527

714

688

Kawżi pendenti

1 178

1 191

1 300

1 308

1 237

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

B’differenza għal qrati oħra, l-istatistika ġudizzjarja tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tindika, fir-rigward tal-2012, żieda ġdida fin-numru ta’ kawżi mressqa (178) meta mqabbla mas-sena preċedenti (159). Għaldaqstant, dan in-numru żdied b’mod kostanti sa mill-2008.

In-numru ta’ kawżi maqtugħa (121) huwa, min-naħa tiegħu, ferm iżgħar meta mqabbel mas-sena l-oħra (166), li huwa minnu li kien jikkostitwixxi l-aħjar riżultat kwantitattiv tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mill-ħolqien tiegħu. Dan it-tnaqqis huwa dovut għall-bidla li seħħet fi tmiem l-2011 fil-kompożizzjoni tat-Tribunal. Fil-fatt, l-imħallfin ġodda li ġew innominati setgħu biss jilħqu l-livell massimu tagħhom ta’ produttività wara diversi xhur fis-servizz minħabba ż-żmien meħtieġ għat-taħriġ u għad-deċiżjoni tal-kawżi.

Madankollu, ma kienx hemm bidla kbira fit-tul medju tal-proċeduri (14.8 xhur fl-2012 meta mqabbel ma’ 14.2 xhur fl-2011).

0

50

100

150

200

250

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

Kawżi maqtugħa

Kawżi pendenti

 

2008

2009

2010

2011

2012

Kawżi mressqa

111

113

139

159

178

Kawżi maqtugħa

129

155

129

166

121

Kawżi pendenti

217

175

185

178

235

Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Kuntatt tal-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site