Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiċċelebra l-50 anniversarju mis-sentenza Van Gend en Loos

Court of Justice - CJE/13/10   05/02/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Stampa u Informazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 10/13

il-Lussemburgu, 5 ta’ Frar 2013

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiċċelebra l-50 anniversarju mis-sentenza Van Gend en Loos

Ser tinżamm konferenza fit-13 ta’ Mejju 2013 fil-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi kkommemorata s–sentenza li tistabbilixxi l-prinċipju tal-effett dirett tad-dritt tal-Unjoni

Fil-5 ta’ Frar 1963, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza Van Gend en Loos, bħala risposta għal domanda preliminari magħmula minn qorti Olandiża (it-Tariefcommissie). Il-kawża prinċipali tressqet mill-impriża ta’ trasport Van Gend en Loos li, meta importat merkanzija mill-Ġermanja lejn il-Pajjiżi l-Baxxi, kellha tħallas dazji doganali li hija qieset li kienu kontra r-regola tat-Trattat KEE li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jżidu d-dazji doganali fir-relazzjonijiet kummerċjali reċiproċi tagħhom.

Permezz tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxxiet wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea: l-effett dirett.

Fit-13 ta’ Mejju 2003, fil-Qorti tal-Ġustizzja ser issir ġurnata ta’ riflessjoni, organizzata minn kumitat ippresjedut mill-President ta’ Awla A. Tizzano u kompost mill-Avukat Ġenerali J. Kokott u mill-Imħallef S. Prechal, rigward il-kontenut tas-sentenza, il-konsegwenzi tagħha u l-perspettivi ta’ din il-ġurisprudenza. Il-konferenza, li tagħha l-lingwi mitkellma ser ikunu l-Franċiż u l-Ingliż, ser tiġbor flimkien rappreżentanti tal-professjonijiet legali kollha u tad-dinja akkademika.

Il-persuni li jixtiequ jipparteċipaw għal dan l-avveniment jistgħu juru l-interess tagħhom mal-Qorti tal-Ġustizzja sat-8 ta’ Marzu 2013, billi jimlew il-formola aċċessibbli fis-sit www.curia.europa.eu, fejn hemm disponibbli wkoll informazzjoni iktar iddettaljata.

Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website