Navigation path

Left navigation

Additional tools

Dħul fil-kariga ta’ Avukat Ġenerali ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja

Court of Justice - CJE/12/155   28/11/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Stampa u Informazzjoni

Il- Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 155/12

Il-Lussemburgu, 28 ta’ Novembru 2012

Udjenza Solenni tal-Qorti tal-Ġustizzja

Dħul fil-kariga ta’ Avukat Ġenerali ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja

Udjenza Solenni tat-28 ta’ Novembru 2012

B’deċiżjoni tal-25 ta’ April 2012, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri nnominaw bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018, Nils Wahl, Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta’ Ottubru 2006, minflok Verica Trstenjak.

Illum inżammet udjenza solenni fl-okkażjoni ta’ tmiem il-kariga u t-tluq ta’ Verica Trstenjak, kif ukoll tad-dħul fil-kariga ta’ Nils Wahl.

Curriculum vitae ta’ Nils Wahl

Imwieled fl-1961; Master fil-liġi, Università ta’ Stokkolma (1987), duttur fil-liġi, Università ta’ Stokkolma (1995), Professur assoċjat (għalliem) u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet tad-dritt Ewropew (1995), Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta’ Stokkolma (2001); Prattika privata ta’ avukat (1987-1989); Direttur Ġenerali ta’ Fondazzjoni li taħdem fil-qasam tat-Taħriġ (1993-2004); President tal-Assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (Assoċjazzjoni Svediża għall-istudji tad-dritt Komunitarju) (2001-2006); Membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (Kunsill għall-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni, 2001–2006); Imħallef tal-Hovrätten över Skåne och Blekinge (Qorti tal-Appell, 2005); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta’ Ottubru 2006 sat-28 ta’ Novembru 2012; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-28 ta’ Novembru 2012.

Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal iktar informazzjoni, int mitlub tikkuntattja lil: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355

Filmati tal-udjenza solenni huma disponibbli fuqEurope by Satellite (+32) 2 2964106


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website