Navigation path

Left navigation

Additional tools

CES/13/33

18 ta’ April 2013

Wiċċ ġdid mill-Irlanda ta’ Fuq fl-Ewropa

L-eks-Deputy Speaker tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, Jane Morrice, ġiet eletta Viċi President ta’ organizzazzjoni bbażata fi Brussell li tagħti parir lil-leġislaturi. Magħruf bħala l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-KESE huwa magħmul minn 344 membru minn fost is-27 pajjiż imsieħeb fl-UE. Jane Morrice, li ħadmet bħala ġurnalista għall-BBC Belfast u l-European Report fi Brussell, ser tkun responsabbli għall-komunikazzjoni matul il-mandat ta’ sentejn u nofs tagħha.

Jane Morrice hija midħla sew tal-affarijiet Ewropej, peress li kienet Kap tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea fl-Irlanda ta’ Fuq fil-bidu tad-disgħinijiet. Kienet involuta wkoll fit-task force tal-UE li kkontribwixxiet biex jitwaqqaf l-ewwel Programm tal-UE għall-Paċi. Hija taf sewwa li għandha biċċa xogħol iebsa biex tippromovi l-UE.

“Qatt ma kien faċli li nikkonvinċu n-nies dwar il-valur li nagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea. Kull ma ġara dan l-aħħar, mis-salvataġġi finanzjarji sal-kriżijiet bankarji, għamlu dan il-kompitu iżjed diffiċli”, qalet.

“Issa, iżjed minn qatt qabel, l-UE trid tkun magħquda u n-nies għandhom isemmgħu leħinhom biex jgħinu jsawru l-Ewropa l-ġdida li ser toħroġ mill-kaos u l-konfużjoni li kkaratterizzaw dawn l-aħħar snin. Il-KESE qiegħed hawn biex jgħin fit-twettiq ta’ dan kollu”.

Jane Morrice ser ikolllha wkoll ir-rwol li tirrappreżenta l-KESE f’firxa wiesgħa ta’ okkażjonijiet u li tippresiedi xi wħud mis-sessjonijiet tal-laqgħat plenarji ta’ kull xahar. Dan jixbah lill-ħidma tagħha bħala Deputy Speaker tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, kariga li ġiet eletta għaliha fl-1998 fil-Koalizzjoni tan-Nisa tal-Irlanda ta’ Fuq

It-tim presidenzjali l-ġdid, li jinkludi l-President, Henri Malosse minn Franza, u l-Viċi President, Hans-Joachim Wilms mill-Ġermanja, beda l-mandat tiegħu fit-18 ta’ April 2013.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Unità tal-Istampa tal-KESE

Indirizz elettroniku: press@eesc.europa.eu

Tel.: +32 2 546 8207

_______________________________________________________________________________

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrappreżenta d-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata. Huwa korp konsultattiv istituzzjonali stabbilit mit-Trattat ta’ Ruma tal-1957. Ir-rwol konsultattiv tiegħu jippermetti lill-membri tiegħu, u għalhekk lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw, li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Il-Kumitat għandu 344 membru minn madwar l-Ewropa kollha, li jinħatru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

______________________________________________________________________________


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website