Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Presidenza ġdida għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Henri Malosse jrid ipoġġi liċ-ċittadini fil-qalba tad-dibattitu pubbliku

Comité économique et social - CES/13/31   18/04/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

CES/13/31

18 ta’ April 2013

Presidenza ġdida għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Henri Malosse jrid ipoġġi liċ-ċittadini fil-qalba tad-dibattitu pubbliku

Henri Malosse għandu mandat ta’ sentejn u nofs bħala l-kap tal-istituzzjoni Ewropea li tirrappreżenta lis-soċjetà ċivili. Biċ-ċittadini dejjem jifhmu inqas id-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea, il-President il-ġdid irid jerġa’ jagħti lill-KESE l-piż kollu tiegħu fid-dibattitu Ewropew. Għalih, din hija prijorità quddiem il-kriżi li għaddejja minnha bħalissa l-Ewropa.

Hekk kif sar it-30 President tal-KESE, Henri Malosse huwa konxju ħafna tan-nuqqas ta’ rabta bejn l-Ewropa u l-Ewropej, fatt enfasizzat reċentement mill-kriżi tal-Greċja u Ċipru. Konvint li waħda mis-soluzzjonijiet tinsab f’bilanċ ġdid tal-forzi preżenti fi Brussell, huwa jixtieq li t-tieni Assemblea tal-Unjoni Ewropea tagħmel aktar biex tinkorpora l-istennijiet reali taċ-ċittadini: ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa, inklużjoni taż-żgħażagħ, protezzjoni tat-tfaddil, aċċess għall-kura tas-saħħa, eċċ.

“Huwa r-rwol tal-Kumitat, f’isem l-interessi diversi li jiffurmaw is-soċjetà tagħna, li jinterroga lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar l-istrateġija tagħhom u jżommhom responsabbli. Hekk biss iċ-ċittadini jistgħu jerġgħu jiksbu l-fiduċja fina.” Henri Malosse, President tal-KESE.

MT

Għal dan, il-KESE ser isaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu li jantiċipa l-iżviluppi, ser jiftaħ ħidmietu u ser jevalwa l-politiki tal-UE.

Membru Franċiż tal-Kumitat sa mill-1995 u elett bħala President tal-Grupp “Min Iħaddem” fl-2006, Henri Malosse huwa l-awtur ta’ ’l fuq minn ħamsin rapport, inkluża analiżi kritika ħafna tad-Direttiva Bolkestein. Prammatiku u impenjat, ipparteċipa b’mod attiv fil-politiki tal-UE favur l-SMEs. Ser ikun assistit minn Jane Morrice, eks Viċi President tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq u membru tal-KESE sa mill-2006 u minn Hans-Joachim Wilms, Delegat għall-Affarijiet Ewropej tat-Trejdjunjin għall-Kostruzzjoni, l-Agrikoltura u l-Ambjent u membru Ġermaniż tal-KESE sa mill-1994, bħala Viċi Presidenti.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Unità għall-Istampa tal-KESE

Posta elettronika: press@eesc.europa.eu

Tel.: +32 2 546 8207

______________________________________________________________________________

Il-President tal-KESE jinħatar minn fost il-membri tal-Kumitat għal mandat ta’ sentejn u nofs, b’mod alternattiv għal kull wieħed mill-gruppi tal-Assemblea. Huwa jirrappreżenta lill-Kumitat fir-relazzjonijiet esterni tiegħu, b’mod partikolari f’dawk mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra. Huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tal-missjonijiet fdati lill-KESE.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrappreżenta d-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata. Huwa korp konsultattiv istituzzjonali stabbilit mit-Trattat ta’ Ruma tal-1957. Ir-rwol konsultattiv tiegħu jippermetti lill-membri tiegħu, u għalhekk lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw, u jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Il-Kumitat għandu 344 membru minn madwar l-Ewropa kollha, li jinħatru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

_______________________________________________________________________________


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site