Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Upcoming events

L-14 ta' Settembru 2017: #AskJuncker - Dibattitu fuq il-YouTube mal-President Juncker fuq id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni

L-aħbar:

Nhar il-Ħamis, l-14 ta' Settembru 2017, fis-14.00, il-President tal-Kummissjoni Eworpea, Jean-Claude Juncker, se jieħu sehem f'dibattitu ma' tliet żgħażagħ attivi fuq il-YouTube, biex jiddiskuti l-indirizz dwar l-Istati tal-Unjoni, li jkun ġie ppreżentat fil-jum ta' qabel fil-Parlament Ewropew.

Id-dibattitu onlajn, organizzat b'kollaborazzjoni ma' Euronews, Debating Europe u l-YouTube, se jkun opportunità għal dibattitu ħaj bejn il-President u żgħażagħ madwar l-Ewropa dwar l-Istat tal-Unjoni u dwar id-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (#FutureofEurope).

Wara dibattitu wiesa' madwar il-kontinent tagħna dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (#FutureofEurope), maċ-ċittadini, il-Parlament Ewropew, il-Parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u mas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali, il-President se jmexxi dawn l-ideat ‘l quddiem fl-indirizz tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni u jagħtu l-veduti personali tiegħu dwar il-futur tal-Ewropa kif ukoll il-prijoritajiet tiegħu għas-snin li ġejjin.

 

L-isfond:

Kull sena f'Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea jippreżenta d-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni quddiem il-Parlament Ewropew, u jieħu kont tal-kisbiet matul l-aħħar sena u jippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li tkun ġejja. Il-President ifisser ukoll kif il-Kummissjoni tkun sejra tindirizza l-aktar sfidi urġenti li jkollha quddiemha l-Unjoni Ewropea. Wara d-diskors ikun hemm dibattitu plenarju. Dan ikun il-bidu ta' djalogu mal-Parlament u l-Kunsill fi tħejjija għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena ta' wara.

L-indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni, stabbilit bit-Trattat ta' Liżbona huwa previst fil-Ftehim ta' Qafas tal-2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, li jipprevedi wkoll li l-President jibgħat ittra ta' intenzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-Presidenza tal-Kunsill li fiha jfisser fid-dettall l-azzjonijiet li l-Kummissjoni jkun beħsiebha tieħu permezz ta' leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra sa tmiem is-sena ta' wara (f'dan il-każ, l-2018).

 

L-avveniment:

Fis-14.00 nhar il-Ħamis, l-14 ta' Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker se jipparteċipa f'dibattitu ma' tliet żgħażagħ Ewropej fuq il-YouTube: Abdel en Vrai mill-Belġju, Diana zur Löwen mill-Ġermanja u Kovy mir-Repubblika Ċeka. L-avveniment se jixxandar b'mod dirett fuq Euronews, fuq il-kanal tal-YouTube tal-Euronews kif ukoll fuq l-EbS, b'interpretazzjoni disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE. Se jiġi streamed b'mod dirett fil-kamra tal-aħbarijiet tal-Kummissjoni.

 

Is-sorsi:

Hawnhekk tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017: https://ec.europa.eu/commission/state-union-2017_mt

Id-diskors tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker's jinsab hawn: https://ec.europa.eu/commission/state-union-2016_mt

Id-diskors tal-2015 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker's jinsab hawn: https://ec.europa.eu/commission/state-union-2015_mt

Il-White Paper dwar il-ġejjieni tal-Ewropa hija disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/commission/white-paper-future-europe-reflections-and-scenarios-eu27_mt

 

AGENDA/17/3161

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar