Mogħdija tan-navigazzjoni
Trid tieħu sehem fit-tfassil tal-politiki Ewropej? Hemm diversi modi kif tista' tagħmel dan:
Dan hu ċ-ċans tiegħek li titkellem b'mod dirett mal-politiċi tal-UE dwar drittijietek, ix-xorta ta' Ewropa li tixtieq tgħix fiha, u l-aspettattivi tiegħek għall-Unjoni Ewropea
Sejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi leġiżlazzjoni dwar kwistjoni li tinteressak - permezz ta' ECI. Sabiex turi li għandha appoġġ wiesa', jinħtieġ li l-inizjattiva tiegħek tiġi ffirmata minn miljun ċittadin tal-UE, minn tal-inqas kwart tal-pajjiżi membri tal-UE (7 minn 27).
Meta l-Kummissjoni tibda taħdem fuq inizjattiva ta' politika ġdida jew tirrevedi leġiżlazzjoni li diġà teżisti, ġeneralment tiftaħ konsultazzjoni pubblika.
Individwi, negozji u organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess jew għarfien espert dwar xi suġġett jistgħu jgħinu fit-tiswir tal-abbozz tal-proposta tal-Kummissjoni qabel ma tgħaddi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għad-diskussjoni u l-adozzjoni.
Iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, kif ukoll kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE jistgħu jagħmlu petizzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet relatati ma' politika tal-UE li taffettwahom direttament.
Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom jistgħu juru l-impenn tagħhom li "jimxu skont ir-regoli" meta jagħmlu l-lobbying fl-UE billi jidhru fir-Reġistru għat-Tasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni.
Inti tista':