Il-finanzjament jitmexxa skont regoli riġidi li jiżguraw li hemm kontroll strett fuq kif jiġu użati l-fondi u li jintefqu b'mod trasparenti u responsabbli.
Il-finanzjament tal-UE huwa kumpless minħabba li hemm ħafna tipi differenti ta' programmi li jitmexxew minn entitajiet differenti. Aktar minn 76% mill-baġit tal-UE huwa ġestit mill-pajjiżi membri. Dawn jinkludu l-fondi strutturali - li jiffinanzjaw il-politika reġjonali, il-programmi soċjali u ta' taħriġ, kif ukoll l-agrikoltura (inkluż l-appoġġ għall-bdiewa).
2 tipi differenti ta' finanzjament
Għotjiet għal proġetti speċifiċi, normalment wara avviż pubbliku magħruf bħala 'sejħa għall-proposti'. Parti mill-finanzjament jiġi mill-UE, parti minn sorsi oħra.
Kuntratti pubbliċi għax-xiri ta' servizzi, merkanzija jew xogħlijiet biex tiġi żgurata l-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE jew il-programmi. Il-kuntratti jingħataw permezz ta' sejħiet għall-offerti (akkwist pubbliku) u jkopru għadd kbir ta' oqsma: studju, assistenza teknika u ta' taħriġ tekniku; konsultazzjoni, organizzazzjoni tal-konferenzi, xiri ta' tagħmir tal-IT, eċċ.
Bħala grupp, is-27 Kummissarju tal-UE għandhom ir-responsabbiltà politika li jiżguraw li l-fondi tal-UE jintefqu kif suppost. Imma minħabba li l-parti l-kbira tal-finanzjament tal-UE jitmexxa fil-livell tal-pajjiżi, il-gvernijiet nazzjonali huma responsabbli milli jagħmlu verifiki kull sena.
Benefiċjarji
Negozji żgħar
Jistgħu jiksbu l-finanzjament tal-UE permezz ta' għotjiet, self u garanziji. L-għotjiet jipprovdu appoġġ dirett, filwaqt li finanzjament ieħor huwa possibli permezz ta' programmi mmexxija fuq livell nazzjonali.
L-opportunitajiet ta' finanzjament mill-UE għan-negozji ż-żgħar
Organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili
Jistgħu jkunu eleġibbli għall-finanzjament, sakemm ikunu attivi bla profitt f'oqsma ta' politika tal-UE.
L-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE għall-NGOs skont il-qasam politiku
Żgħażagħ
Żewġ tipi differenti ta' finanzjament:
- Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja - opportunitajiet ta' studju permezz ta' Erasmus


, appoġġ għall-istudenti li waslu biex jispiċċaw l-iskola sekondarja, u taħriġ vokazzjonali f'pajjiż ieħor - Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni - kofinanzjament ta' proġetti li jħeġġu l-involviment ċiviku, ix-xogħol volontarju u opinjoni multikulturali aktar miftuħa.
Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja - finanzjament għall-edukazzjoni u t-taħriġ ![]()
![]()
Involvi ruħek fil-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni ![]()
![]()
Riċerkaturi
Aktar minn €53 biljun tlestew għar-riċerka bejn l-2007 u l-2013, l-aktar permezz tas-seba' programm kwadru (FP7) L-għotjiet jeżistu fis-sura ta' kofinanzjament għar-riċerka relatata ma' kooperazzjoni, ideat, nies, kapaċitajiet u riċerka nukleari.
L-opportunitajiet ta' finanzjament mill-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni
Bdiewa
Il-biċċa l-kbira tal-bdiewa fl-UE huma eleġibbli jirċievu ħlas dirett biex jappoġġa d-dħul tagħhom. Il-bdiewa jridu jirrispettaw l-istandards relatati mal-ħarsien tal-ambjent, il-benessri tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel.
Il-parti l-kbira tal-appoġġ m'huwiex marbut mal-produzzjoni. Imma skont ċerti kondizzjonijiet, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħtu inqas flus u minflok jipprovdu appoġġ marbut mal-produzzjoni.
Programmi nazzjonali għall-iżvilupp rurali - id-dettalji ta' kuntatt skont il-pajjiż
