Mogħdija tan-navigazzjoni

It-trasport


Minħabba li s-soċjetajiet qed isiru dejjem aktar mobbli, il-politika tat-trasport tal-UE tiffoka fuq kwistjonijiet speċifiċi li jolqtu lill-pajjiżi kollha tal-UE, bħall-konġestjoni tat-traffiku (fit-triq u fl-ajru), id-dipendenza fuq iż-żejt, u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Qed issegwi strateġija (u tipprovdi finanzjament) biex twassal l-infrastruttura tat-trasport sa ċertu standard madwar l-UE kollha. Qed tipprova wkoll tgħin is-settur Ewropew tat-trasport jikkompeti fis-suq globali li qed jiżviluppa b’mod mgħaġġel.

Sfidi ewlenin li għandha quddiemha l-UE fis-settur tat-trasport

Minħabba li s-soċjetajiet tagħna qed isiru dejjem aktar mobbli, il-politika tal-UE għandha tgħin sabiex is-sistemi tat-trasport ikunu jifilħu għall-isfidi ewlenin li qed jaffaċċjaw:

Żewġ ferroviji ta' veloċità qawwija bil-logos tal-kumpaniji ferrovjarji varji fl-Ewropa © EU

Linji ġodda b’veloċità għolja madwar l-UE joffru liċ-ċittadini Ewropej mod ta’ trasport sikur, rapidu, komdu u ekoloġiku.

  • il-konġestjoni taffettwa kemm it-traffiku tat-triq kif ukoll dak tal-ajru. Din tiswa lill-UE madwar 1% tal-PGD annwali, u kemm it-transport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri huma mistennija jiżdiedu fil-ġejjieni
  • id-dipendenza miż-żejt — minkejja li żied fl-effiċjenza tal-enerġija, it-trasport xorta jiddependi 96% miż-żejt. Fid-deċennji li ġejjin, iż-żejt se jsir aktar skars u se jinġieb dejjem aktar minn partijiet instabbli tad-dinja. Sal-2050, il-prezz taż-żejt huwa mistenni li jkun aktar mid-doppju ta’ dak li kien fl-2005
  • l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra — sal-2050, l-UE teħtieġ li tnaqqas l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport b’60% (u bi 80-95% b’kollox) meta mqabbla mal-livelli tal-1990 jekk irridu nillimitaw it-tisħin globali għal żieda ta’ 2°C biss
  • l-infrastruttura mhijiex żviluppata l-istess madwar l-UE. Pereżempju, il-maġġoranza tal-pajjiżi fil-Lvant tal-UE m'għandhomx linji tal-ferrovija maħluqa apposta għall-ferroviji ta’ veloċità qawwija, u l-linji tal-ferrovija konvenzjonali ta’ spiss ikunu f’kundizzjoni ħażina
  • il-kompetizzjoni – is-settur tat-trasport tal-UE qed jaffaċċja kompetizzjoni dejjem akbar mis-swieq tat-trasport li qed jiżiluppaw b'rata mgħaġġla f'reġjuni oħra tad-dinja.

Għal ħarsa ġenerali tal-istatistika dwar it-trasport ara:
Connect to Compete: Infografika dwar it-trasport English (en)
Trasport 2050: 50 fatt u ċifra

Il-kisbiet tal-UE sal-lum

Matul l-aħħar 20 sena, il-politika tal-UE għenet biex is-settur tat-trasport Ewropew jikseb bosta avvanzi:

  • smewwiet, ibħra u toroq aktar sikuri
  • sigħat ta’ xogħol deċenti għan-nies li jaħdmu fl-industrija tat-trasport
  • aktar għażliet ta’ trasport għal vjaġġaturi u negozji
  • inqas tniġġis
  • progress teknoloġiku lejn trasport li jniġġes inqas.

20 sena ta’ kisbiet fit-trasport (fuljett) English

L-effetti ta’ kompetizzjoni akbar fis-settur tat-trasport fl-UE

Triq – Issa t-trakkijiet jistgħu joperaw barra minn pajjiżhom, u b'hekk ma jaslux lura vojta mill-vjaġġi internazzjonali. Din il-flessibbiltà ġdida tħeġġeġ il-kompetizzjoni, tgħolli l-kwalità kemm tal-merkanzija kif ukoll tas-servizzi tal-passiġġieri, tnaqqas l-ispejjeż u tagħmel vjaġġi aktar effiċjenti b’hekk jiġi eliminat it-tniġġis. Standards tekniċi komuni għandhom ukoll livelli mtejba ta’ sikurezza.

Ajru – It-trasport bl-ajru qed isir eħfef u irħas, b’linji tal-ajru ġodda, aktar rotot u mijiet ta’ servizzi li jgħaqqdu bosta ajruporti madwar l-Ewropa. L-Ajru Uniku Ewropew English tal-UE se jgħin biex ikun hemm kontinwità f'din it-tendenza. Il-ftehimiet tal-"Open skies English (en) " jippermettu kwalunkwe linja tal-ajru tal-UE topera minn kwalunkwe ajruport tal-UE lejn kwalunkwe belt f’pajjiż ieħor. Il-ftehimiet tal-Open Skies ġew iffirmati wkoll mal-Istati Uniti, il-Balkani tal-Punent, il-Marokk, il-Ġordan, il-Ġeorġja u l-Moldova — u oħrajn qegħdin fil-proċess.

Ferrovija – Kull kumpanija tal-ferroviji liċenzjata issa tista' toffri s-servizzi tagħha kullimkien fl-UE. In-network tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija kiber ħafna f’dawn l-aħħar snin, u l-passiġġieri qed jiffrankaw ħafna ħin u flus. Aktar titjib għadu għaddej.

Il-futur tat-trasport bil-ferrovija fl-Ewropa (filmat)

Baħar – 75% mill-kummerċ tal-Ewropa ma’ pajjiżi oħra u 40% tal-merkanzija ġewwa l-Ewropa tinġarr bil-baħar, u xi 400 miljun passiġġier jużaw rotot tal-ilma Ewropej kull sena. Il-ftuħ tas-suq marittimu ppermetta lill-kumpaniji tal-ġarr jaħdmu u jiċċaqalqu liberament f’pajjiżi oħra.

Id-drittijiet tal-passiġġieri

L-interessi tal-vjaġġaturi fl-UE huma protetti minn għadd kbir ta' drittijiet tal-passiġġieri.

Niżżel id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier (bil-lingwa tiegħek) fuq l-ismartphone

Sikurezza

  • L-għadd ta’ mwiet fit-toroq tal-Ewropa naqas bin-nofs bejn l-1992 u l-2010 (minn 70,000 li 31,000). Il-politika tal-UE dwar is-sikurezza fit-triq għandha l-għan li tnaqqas dan b’50% sal-2020.
  • Linji tal-ajru li mhumiex sikuri huma projbiti milli jtiru fl-Ewropa.
  • Liġijiet aktar stretti fuq is-sikurezza marittima jinkludu spezzjonijiet aktar serji fuq il-vapuri, pieni għat-tniġġis ikkawżat minħabba negliġenza gravi, u tneħħija aktar mgħaġġla ta’ tankers b’buq wieħed.
  • L-UE tistabbilixxi standards ta' sikurezza u sigurtà u tiffinanzja biss dawk il-proġetti tal-infrastruttura l-ġodda li jilħqu dawn l-istandards.
  • L-UE taħdem ma’ organizzazzjonijiet bħall-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali English u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali English biex tippromwovi l-istandards tas-sikurezza u s-sigurtà fil-bqija tad-dinja.

Trasport għaqli u sostenibbli

Traffiku fiċ-ċentru ta' Londra © Shutterstock

Londra kienet l-ewwel belt kapitali li żammet il-flus meta l-vetturi jidħlu fiċ-ċentru.

L-UE tappoġġja r-riċerka u l-użu effettiv ta' teknoloġiji ġodda għal trasport ekoloġiku. Leġiżlazzjoni ġdida tal-UE se tnaqqas il-limiti tal-emissjonijiet tal-karbonju mill-karozzi u tippromwovi aktar effiċjenza fil-fjuwil u l-użu ta’ fjuwils alternattivi.

Infrastruttura u finanzjamenti

It-taqsima tal-infrastruttura tat-trasport tal-politika dwar in-Netwerks Trans-Ewropej tal-UE għandha l-għan li toħloq “netwerk ewlieni” multimodali bejn l-ibliet il-kbar u li tgħaqqad il-partijiet tal-Punent u tal-Lvant tal-UE. Metodu ġenerali tal-UE għall-infrastruttura tat-trasport jappoġġja għanijiet oħra wkoll, ngħidu aħna l-koeżjoni soċjali u l-illimitar tat-tibdil fil-klima.

L-infrastruttura tat-trasport hija ffinanzjata permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) English, li għandha baġit massimu ta’ €50 biljun għall-perjodu 2014-2020, li għandu jsostni l-aggregazzjoni ta' netwerks trans-Ewropej sostenibbli bi prestazzjoni għolja, fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, u l-broadband u servizzi diġitali.

Jinħtieġ metodu ġdid għan-nollijiet tat-trasport, flimkien ma’ finanzjament pubbliku, sabiex jinħoloq ambjent finanzjarju ġust, li jirrifletti l-prinċipji “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”.

Fuq

Fuq


Filmati


Ibqa’ mgħaqqad

Facebook

  • Ġimgħa Ewropea tal-MobbiltàEnglish (en)

Fuq

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?