L-isport u l-attività fiżika huma parti essenzjali tal-ħajja ta' miljuni ta' ċittadini Ewropej u għandhom għeruq sodi fis-soċjetajiet tal-Ewropa. Fl-2011 il-Kummissjoni adottat strateġija biex tiġi żviluppata d-dimensjoni Ewropea fl-isport.

Fl-UE hemm madwar 700,000 klabb tal-isport.
Minbarra li hu importanti għall-benessri fiżiku u mentali, l-isport jgħaqqad il-komunitajiet flimkien. Madwar 60% tal-popolazzjoni tal-UE ta' spiss jipparteċipaw f'xi tip ta' attività sportiva jew fiżika, u fl-UE hawn madwar 700,000 klabb sportiv. L-isport hu wkoll settur kbir tal-ekonomija li qed jikber malajr u jagħti kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.
Bħala parti mill-programm tagħha ta' azzjonijiet ta’ tħejjija fil-qasam tal-isport 2009-13 ![]()
![]()
, l-UE qed tiffinanzja proġetti transnazzjonali biex jiġu identifikati u ttestjati n-netwerks adatti u prassi tajba f'dan il-qasam. Dawn il-proġetti jkopru l-oqsma li ġejjin:
Filwaqt li l-isport u l-attività fiżika diġà jgawdu minn appoġġ tal-UE f’oqsma oħra ta’ politika (l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, is-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-politika reġjonali), il-proġetti msemmija hawnhekk huma mfassla biex iħejju l-bidu tal-ewwel programm ta' finanzjament speċifiku tal-UE għall-isport, bħala parti mil-programm il-ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tal-2014-20.
L-isport huwa wieħed mill-mezzi li bih l-UE tfittex li tippromwovi l-attività fiżika, permezz tal-iskambju u l-promozzjoni ta’ prassi tajba bejn il-pajjiżi tal-UE u mal-partijiet interessati rilevanti. Il-Linji Gwida tal-UE dwar l-Attività Fiżika
(2008) juru kif il-politiki nazzjonali f'setturi differenti jistgħu jħeġġu lin-nies biex isiru aktar attivi fiżikament. Barra minn hekk, il-Pjattaforma tal-UE dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa tlaqqa' flimkien organizzazzjonijiet biex jiddiskutu x-xejriet tad-dieta u l-attività fiżika.

L-UE trid tipprova tippromwovi u tħeġġeġ favur l-isport u l-attività fiżika.
Il-prattika tad-doping fl-isport timmina l-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta, tiskuraġġixxi lin-nies milli jieħdu sehem jew isegwu l-isport u hi riskju reali għas-saħħa. L-UE tipprovdi finanzjament għal proġetti ta' riċerka f'dan il-qasam, kif ukoll bħala parti mill-azzjoni preparatorja msemmija hawn fuq. Hi żżomm ukoll kuntatt regolari mal-entitajiet rilevanti, inkluża l-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping .
L-isport jista' jnaqqas id-distakki soċjali u jgħaqqad flimkien persuni minn kull qasam tal-ħajja. L-UE tħeġġeġ lis-27 pajjiż membru tagħha biex jinkludu inizjattivi li jużaw l-isport biex jistimolaw l-inklużjoni soċjali meta japplikaw għall-appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Anke proġetti transnazzjonali rċevew il-finanzjament bħala parti mill-azzjonijiet preparatorji.
L-UE tħeġġeġ lis-servizzi tal-pulizija u lill-awtoritajiet tal-isport biex jaqsmu l-informazzjoni dwar il-partitarji li jippreżentaw riskju potenzjali. Il-Kummissjoni tappoġġa l-Football against Racism in Europe network ![]()
![]()
![]()
.
L-UE tirrispetta l-awtonomija u l-awtoregulazzjoni tal-organizzazzjonijiet sportivi fi ħdan il-limiti tal-liġi, id-demokrazija, it-trasparenza u r-responsabbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u l-inklużjoni fir-rappreżentanza tal-partijiet interessati.
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lil min iħaddem, l-atleti u l-ħaddiema biex jużaw id-djalogu soċjali Ewropew biex isawru relazzjonijiet industrijali fil-qasam tal-isport.