Mogħdija tan-navigazzjoni

Impjiegi u affarijiet soċjali


Biex tkun minn ta' quddiem fil-kompetizzjoni ħarxa minn ekonomiji ġodda, l-Ewropa għandha toħloq impjiegi meħtieġa minn soċjetà dinamika u bbażata fuq l-għarfien. Dan jitlob investimenti fl-edukazzjoni, ix-xjenza u li l-politiki tal-impjiegi jkunu lesti biex iżommu l-pass mal-bidla u biex joħorġu l-UE mill-kriżi ekonomika.

L-UE u l-gvernijiet nazzjonali jaqsmu r-responsabbiltà tal-politika fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni. L-UE:

  • tikkoordina u timmonitorja l-politiki nazzjonali
  • tippromvowi l-qsim tal-aħjar prattiki f'oqsma bħall-impjiegi, il-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-pensjonijiet
  • tagħmel liġijiet u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom f'oqsma bħad-drittijiet għax-xogħol u l-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

Aktar impjiegi u impjiegi aħjar

B'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku, l-istrateġija Ewropea għall-impjiegi tinkoraġġixxi azzjoni biex:

  • toħloq l-impjiegi
  • tenerġizza u tibbilanċja aħjar is-swieq tax-xogħol
  • timmonitorja politiki tal-impjiegi mal-pajjiżi tal-UE

permezz ta' dawn l-inizjattivi li ġejjin:

Drittijiet għax-xogħol

L-UE għamlet impatt qawwi fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema. Pereżempju, issa hemm liġijiet tal-UE li jillimitaw is-sigħat ta' xogħol, jagħmlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol aktar sikuri u jiżguraw il-kumpens għal korrimenti fuq ix-xogħol.

L-UE taħdem ma' firxa kbira ta' msieħba, inkluż min iħaddem u trejdjunjins, biex tiżgura li dawn il-liġijiet effettivament jindirizzaw l-aktar kwistjonijiet importanti.

Protezzjoni u inklużjoni soċjali

L-UE tippromwovi l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali billi tikkoordina, tippromwovi u tipprovdi fondi biex tappoġġa l-isforzi tal-istati membri fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u r-riforma tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom.

Tgħix u taħdem barra pajjiżek

L-UE u l-istati membri tagħha qed jikkollaboraw biex jagħmluha eħfef li n-nies jgħixu u jaħdmu barra pajjiżhom, billi jikkordinaw l-iskemi tas-servizzi soċjali madwar il-pajjiżi tal-UE u jippermettu li l-ħaddiema jirċievu l-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tagħhom anke meta jibdlu xogħolhom u jaħdmu f'pajjiżi tal-UE differenti.

Programmi ta' fondi tal-UE

Il-programmi ewlenin għall-impjiegi u l-politika soċjali huma:

Il-gvernijiet nazzjonali huma primarjament responsabbli mill-impjiegi u l-politika soċjali. L-iffinanzjar f'dan il-qasam għandu biss l-għan li jappoġġa u jikkumplementa l-isforzi tagħhom.

Fuq

Fuq


Filmati

  • Meta tmur minn pajjiż għal ieħor fl-Ewropa - liema pajjiż huwa responsabbli għat-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek?



Ibqa’ mgħaqqad

Facebook

  • Ewropa SoċjaliEnglish (en)

Twitter

  • Ewropa SoċjaliEnglish (en)

Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ