Għalkemm issa ma tantx għadna nagħtu kasu, is-'suq waħdieni' (xi kultant imsejjaħ ukoll is-'suq intern') huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-UE. Minflok isibu ostakli minħabba l-fruntieri nazzjonali, in-nies, il-prodotti, is-servizzi u l-flus jiċċaqalqu fl-UE bl-istess mod ħieles li bih jiċċaqalqu f'pajjiżhom.
Nivvjaġġaw kemm irridu bejn il-fruntieri interni tal-UE għal negozju u divertiment jew, jekk nagħżlu, nistgħu nibqgħu d-dar u ngawdu minn firxa kbira ta' prodotti mill-Ewropa kollha.

Il-biċċa l-kbira tad-djar fl-Ewropa huma liberi li jagħżlu minn għand min jixtru l-elettriku.
Biex inħoloq dan is-suq unifikat, mijiet ta' ostakli tekniċi, legali u burokratiċi li kienu joħonqu l-kummerċ ħieles u l-moviment ħieles bejn il-pajjiżi membri tal-UE ġew aboliti f'serje ta' riformi, li leħqu l-quċċata fl-1993.
Skont il-Kummissjoni dawn ir-riformi ħolqu 2.75 miljun impjiegi iktar u tkabbir ta' 1.85% bejn l-1992 i l-2009.
Ħielsa li jagħmlu negozju mal-blokk ekonomiku kollu, il-kumpaniji espandew l-operat tagħhom, bil-kompetizzjoni li rriżultat li kemm naqqset il-prezzijiet kif ukoll żiedet l-għażla tal-konsumatur.
It-telefonati fl-Ewropa jqumu farka ta' kemm kienu 10 snin ilu, bosta titjiriet roħsu sew u nfetħu rotot ġodda. Ħafna djar u negozji issa jistgħu jagħżlu huma stess minn għand min jieħdu d-dawl u l-gass.
Fl-istess ħin l-UE taħdem biex tiżgura li dawn il-libertajiet ma jaħdmux kontra l-ġustizzja,il-protezzjoni tal-konsumatur jew is-sostenibbiltà tal-ambjent - megħjuna mill-bosta awtoritajiet regolatorji u tal-kompetizzjoni tal-Ewropa.
Intrapiżi Ewropej li jbigħu fl-UE għandhom aċċess bla restrizzjonijiet għal kważi 500 miljun konsumatur - li jagħtihom bażi solida biex jibqgħu kompetittivi fl-ekonomija dinjija. Mingħajr ma nsemmu l-attrazzjoni ta' suq unifikat daqshekk vast għall-investituri barranin.
U l-integrazzjoni ekonomika tista' tkun difiża imprezzabbli kontra riċessjonijiet perjodiċi, u tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jkomplu l-kummerċ bejntihom minflok ma jkollhom imorru għal miżuri protezzjonisti li jġibu l-kriżi għall-agħar.

Il-professjonisti jistgħu jaħdmu fejn iridu fl-UE.
L-intergrazzjoni tista' tmur iktar 'il quddiem, madanakolllu - għad hemm ħafna oqsma b'potezjal li għadu ma ntmiss.
L-ewwel nett, In-natura frammentata tas-sistemi ta’ taxxa nazzjonali xxekkel ukoll l-integrazzjoni u l-effiċjenza tas-suq.
U s-settur tas-servizzi, pereżempju, fetaħ aktar bil-mod mis-swieq għall-prodotti, għalkemm fl-2006 ġiet adottata liġi ġdida ewlenija li tippermetti lill-kumpaniji joffru firxa ta' servizzi bejn fruntiera u oħra minn fejn huma bbażati.
Id-dewmien affettwa wkoll is-servizzi finanzjarji u dak tat-trasport, fejn għadhom jeżistu swieq nazzjonali separati.
Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-UE qed tipprova tevia li tirrepeti ruħha l-kriżi tal-2009 billi tibni settur finanzjarju iktar sod u sikur, permezz ta' miżuri li jinkludu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, ir-regolamentazzjoni ta' prodotti finanzjarji kumplessi u l-ħtieġa li l-banek ikollhom iktar kapital.
Il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE qablu li ma jibqgħux jiċċekkjaw il-passporti fuq il-fruntieri ma' pajjiżi oħra tal-UE meta wieħed jivvjaġġja fit-triq (passieġieri tal-ajru għadhom iridu juri xi forma ta' identità).
L-eċċezzjonijiet huma l-5 pajjiżi li żammew il-kontrolli tal-fruntiera nazzjonali: Ċipru, l-Irlanda, Ir-Renju Unit, il-Bulgarija u r-Romanija.
Madanakollu, hemm ritorn għal kontrolli iktar stretti fuq il-fruntieri esterni tal-UE - biex ikun evitat li l-kriminali jieħu vantaġġ mis-sistema. Dawn il-kontrolli huma megħjuna minn: