You are here:

Id-drittijiet tal-bniedem

Id-drittijiet tal-bniedem

Id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem – dawn il-valuri huma inkorporati fit-trattati tal-UE. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea hija stqarrija ċara u qawwija tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.

Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE

Id-drittijiet fundamentali huma ggarantiti nazzjonalment mis-sistema kostituzzjonali ta’ kull pajjiż kif ukoll fuq il-livell tal-UE mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (adottata fl-2000 u vinkolanti fuq il-pajjiżi tal-UE mill-2009). L-istituzzjonijiet kollha tal-UE – il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill – għandhom rwol fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Karta:

  • tistipola d-drittijiet fundamentali li jorbtu lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE.
  • tapplika għall-gvernijiet nazzjonali meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Individwi li jkunu qed ifittxu rimedju iridu jgħaddu mill-qrati f’pajjiżhom stess. Meta ma jkunx fadal triq oħra, jistgħu jirrikorru għand il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ).

Il-Karta hija konsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li ġiet ratifikata mill-pajjiżi kollha tal-UE.

L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (FRA) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) tidentifika u tanalizza xejriet maġġuri f'dan il-qasam.

Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-2012 PDF Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   English (en) ġie mfassal biex jagħmel il-politika Ewropea tad-drittijiet tal-Bniedem aktar effettiva u konsistenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2020) jipprevedi bażi maqbula għal sforz verament kollettiv miż-żewġ pajjiżi tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE. Fl-2012, l-UE ħatret l-ewwel Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, is-Sur Stavros Lambrinidis. Sehmu hu li jagħmel il-politika tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi barra l-UE aktar effikaċi u jqarribha lejn l-attenzjoni tal-pubbliku.

L-Unjoni Ewropea hi bbażata fuq impenn qawwi għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar id-dinja. Id-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi u reġjuni oħra Il-promozzjoni tax-xogħol tad-drittijiet tal-bniedem tista’ tgħin biex tipprevjeni u ssolvi kunflitti u, fl-aħħar mill-aħħar, biex jittaffa l-faqar.

Il-politika tal-UE:

  • tippromwovi d-drittijiet tan-nisa, it-tfal, il-minoritajiet, u l-persuni spostati
  • topponi l-piena tal-mewt, it-tortura, it-traffikar tal-bnedmin u d-diskriminazzjoni
  • tiddefendi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali
  • tiddefendi n-natura universali u indiviżibbli tad-drittijiet tal-bniedem billi taħdem fi sħubija attiva u sħiħa mal-pajjiżi msieħba, organizzazzjonijiet internazzjonaliu reġjonali u s-soċjetà ċivili.

Il-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ jew il-kooperazzjoni li jsiru ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE (issa 'l fuq minn 120) jinkludu klawsola dwar it-drittijiet tal-bniedem li tistipola li d-drittijiet tal-bniedem huma ċentrali għar-relazzjonijiet mal-UE. L-UE imponiet sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'għadd ta’ każijiet. 

L-UE ssegwi djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem b'aktar minn 40 pajjiż u organizzazzjonijiet, inklużi r-Russja, iċ-Ċina u l-Unjoni Afrikana. Ir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   English (en) jevalwa l-ħidma tagħha għad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. 

Permezz tal-istrument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   English (en) (EIDHR), l-UE tappoġġja gruppi u assoċjazzjonijiet jew individwi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-stat tad-dritt. L-Istrument għandu baġit ta' €1.3 bn għall-perjodu 2014-2020.