Mogħdija tan-navigazzjoni

Politika reġjonali


Għandu mnejn li l-UE hi waħda mill-partijiet l-aktar sinjuri tad-dinja, iżda jeżistu fiha differenzi kbar fil-livelli ta' prosperità kemm fost il-pajjiżi kif ukoll fil-pajjiżi individwali. L-aktar pajjiż sinjur, il-Lussemburgu, hu seba' darbiet aktar sinjur mir-Rumanija u l-Bulgarija, l-ifqar u l-aktar membri ġodda tal-UE.

Madankollu, l-effetti dinamiċi tas-sħubija fl-UE, flimkien ma’ politika ta' investiment enerġetika u mmirata, jistgħu jagħtu l-frott.

Solidarjetà u koeżjoni

Infiq tal-fond reġjonali skont l-attività © EU

Il-politika reġjonali tal-UE għandha l-għan li:

  • tgħin lil kull reġjun jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu
  • ittejjeb il-kompetittività u l-impjiegi billi tinvesti fil-livell reġjonali f'oqsma b'potenzjal għoli ta' tkabbir ekonomiku, b'mod ġenerali b'valur miżjud għall-UE
  • iġġib l-istandards tal-għajxien fil-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’l hawn qrib il-medja tal-UE malajr kemm jista’ jkun.

Kawżi tal-inugwaljanza

L-inugwaljanzi reġjonali jistgħu jkunu minħabba bosta fatturi, fost l-oħrajn:

  • żvantaġġi għal żmien twil imposti minn distanzi ġeografiċi jew minn popolazzjoni mhux daqstant iffullata għall-erja li tgħix fiha
  • tibdil soċjali u ekonomiku aktar reċenti
  • il-wirt li ħallew warajhom is-sistemi ta' ekonomiji ċentralizzati tal-passat
  • dawn kollha flimkien u affarijiet oħrajn.

L-impatt ta' dawn l-iżvantaġġi ħafna drabi hu evidenti:

  • deprivazzjoni soċjali
  • skejjel ta' kwalità baxxa
  • livelli ogħla ta' qgħad
  • infrastruttura inadegwata.

Noħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi

Ir-Rumeni jibbenefikaw minn fondi reġjonali © DG REGIO

Il-politika reġjonali hi dwar l-investiment fin-nies.

L-idea hi li l-politika reġjonali tintrabat mal-aġenda tal-UE sabiex jitħeġġu l-impjiegi u t-tkabbir billi:

  • il-pajjiżi u r-reġjuni jsiru aktar attraenti għall-investimenti permezz ta' aċċessibilità mtejba, provvediment ta' servizzi ta' kwalità (bħall-internet b'veloċità għolja) u l-konservazzjoni ambjentali
  • jiġu inkuraġġuti l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-ekonomija tat-tagħrif, u tingħata mbuttatura lir-reġjuni biex jieħdu vantaġġ mill-potenzjali tagħhom u jagħmlu użu aktar effettiv u aħjar mill-fondi pubbliċi Ewropej, nazzjonali u reġjonali, waqt li jiżviluppaw strateġiji bi "speċjalizzazzjoni intelliġenti" għat-tkabbir ekonomiku
  • jinħolqu aktar impjiegi ta' natura aħjar billi aktar nies jinġibdu lejn id-dinja tax-xogħol, tinqaleb it-tendenza tat-telf tal-aħjar imħuħ, tittejjeb l-adattibilità tal-ħaddiema u jiżdied l-investiment fil-kapital uman.

Fondi disponibbli

L-infiq reġjonali għall-2007-13 jirrappreżenta aktar minn terz tal-baġit tal-UE – madwar €347 biljun.

Skont x'jiġi ffinanzjat, u f'liema pajjiż jew reġjun, il-flus jiġu minn tliet sorsi differenti:

  • Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - infrastruttura ġenerali, innovazzjoni u investimenti.
  • Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) – proġetti ta' taħriġ vokazzjonali, tipi oħra ta' għajnuna għall-impjiegi, programmi ta' ħolqien ta' postijiet tax-xogħol.
  • Il-Fond ta' Koeżjoni – proġetti ambjentali u ta' infrastruttura tat-trasport u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli. Dawn il-fondi huma għal 15-il pajjiż li l-produzzjoni ekonomika tagħhom hi anqas minn 90% tal-medja tal-UE (13 mill-pajjiżi membri l-aktar ġodda flimkien mal-Portugall, il-Greċja u Spanja).

Fejn u kif jintefqu l-flus

Il-politika reġjonali qed tinvesti fir-reġjuni kollha tal-UE skont il-miri ta' Ewropa 2020.

Sforzi partikulari qed isiru kemm fil-pajjiżi membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kif ukoll fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE, f'reġjuni bi bżonnijiet speċjali għall-iżvilupp. Din il-politika għandha l-għan li tirribatti l-kriżi u tiżgura twassil aktar mgħaġġel ta' fondi disponibbli.

Hemm enfasi qawwija fuq l-appoġġ mogħti lill-innovazzjoni u r-riċerka, l-iżvilupp sostenibbli, u l-ħolqien ta' ambjent bla tfixkil għan-negozji ż-żgħar – is-sinsla tad-dahar tal-ekonomija Ewropea. Uħud mill-fondi jingħataw ukoll għal proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri u r-reġjuni.

Fuq

Fuq



Ibqa’ mgħaqqad

Twitter

  • Politika reġjonali - Kummissjoni EwropeaEnglish (en)

Fuq

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?