Apparti 23 lingwa uffiċjali tal-UE, fl-Ewropa mitkellma ħafna lingwi reġjonali u minoritarji. L-UE tipprova minn kollox biex tipproteġi din id-diversità lingwistika u biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi.

Attwalment hemm 23 ilsien uffiċjali fl-UE.
Il-lingwi uffiċjali attwali tal-UE huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Irlandiż, it-Taljan, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Ungeriż.
Isma' silta żgħira mil-lingwi uffiċjali tal-UE
Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jibagħtu dokumenti lill-istituzzjonijiet tal-UE fi kwalunkwe minn dawn il-lingwi, u li jirċievu tweġiba bl-istess lingwa. Ir-regolamenti kollha tal-UE u dokumenti leġiżlattivi oħra huma ppubblikati wkoll f'kull waħda minn dawn il-lingwi.
Fil-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti eletti min-nies għandhom ukoll id-dritt li jitkellmu fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.
L-ammont kbir ta' informazzjoni fuq l-internet dwar l-UE u l-attivitajiet tagħha ma tistax tingħata f'kull lingwa uffiċjali. L-UE toffri, fil-lingwi kollha, informazzjoni essenzjali dwar il-politiki, u d-dokumenti tagħha relatati mal-opportunitajiet ta' finanzjament. Kontenut ieħor jingħata bil-lingwi l-aktar mitkellma fl-UE.
L-UE jinsabu fiha aktar minn 60 lingwa indiġeni reġjonali jew lingwi minoritarji, mitkellma minn madwar 40 miljun persuna. Dawn jinkludu l-Katalan, il-Bask, il-Frisjan, is-Saami, iċ-Ċeltiku u l-Yiddish.
Il-politika tal-UE hi li jiġu protetti u promossi l-lingwi minoritarji u għadd ta' inizjattivi kienu ffinanzjati b'dan l-għan.

Huwa tajjeb ħafna li nrawmu lit-tfal ta' età żgħira b'lingwi ġodda.
L-għan hu li kull persuna fl-UE tkun taf titkellem b'żewġ lingwi minbarra lsien pajjiżha. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-UE hi favur li t-tfal jitgħallmu żewġ lingwi barranin minn età bikrija. L-evidenza tissuġġerixxi li dan jista' jirriżulta f'tagħlim tal-lingwi aktar malajr u f'kapaċitajiet aktar avvanzati fil-lingwa materna.
L-UE tipprovdi appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi minħabba li:
Fl-2006 stħarriġ ![]()
![]()
![]()
sab li 28% tar-respondenti kienu diġà qed jiddikjaraw li jafu jitkellmu b'żewġ lingwi barranin, u 56% kienu jafu jitkellmu b'lingwa barranija waħda. Minorità żgħira biss ta' Ewropej jikkunsidraw li t-tagħlim tal-lingwi ma għandu ebda importanza – 8% biss fl-2006.