Mogħdija tan-navigazzjoni

  • EUROPA
  • Temi
  • Il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni

Ġustizzja u affarijiet interni


Fl-UE, iċ-ċittadini għandhom dritt jgħixu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Il-fruntieri jistgħu jinqassmu kważi bla ma ħadd jgħati kas billi l-Ftehim ta' Schengen neħħa l-kontrolli mal-fruntieri interni tal-UE (bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija u r-Renju Unit).

L-UE taħdem ukoll biex tipproteġi liċ-ċittadini mill-kriminalità u t-terroriżmu internazzjonali, u tiżguralek aċċess għas-sistema tal-ġustizzja lokali u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tiegħek tkun fejn tkun fl-UE.

Ħajker b'ħorġa fuq dahru jħares fil-bogħod © Shutterstock

Tista’ taqsam il-parti l-kbira tal-UE mingħajr passaport jew kontrolli mal-fruntieri.

Garanzija tad-drittijiet fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali Deutsch (de) English (en) français (fr) tal-UE tistipula d-drittijiet kollha personali, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali li jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali DeutschEnglishfrançais tagħha tgħin lil dawk li jfasslu l-politiki biex jgħaddu liġijiet ġodda u tqajjem kuxjenza fost il-pubbliku dwar id-drittijiet fundamentali.

L-UE taġixxi f'isem iċ-ċittadini tal-UE biex ma ssirx diskriminazzjoni minħabba r-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. F'era fejn l-internet hu mifrux ferm, l-UE tiġġieled biex kulħadd ikollu d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjali

Iċċekkjar tal-marki tas-swaba' fil-bażi tad-dejta © Bilderbox

L-awtoritajiet tal-UE jaħdmu flimkien kontra l-kriminalità bejn il-fruntieri.

Meta tivvjaġġa fl-UE, għandek id-dritt għal aċċess bla restrizzjoni għas-sistema legali tal-pajjiż li tkun fih. Dan ifisser ukoll li l-kriminali ma jistgħux jaħarbu mill-konsegwenzi tar-reati tagħhom billi jaqsmu l-fruntieri.

Il-kooperazzjoni ssaħħet bejn l-awtoritajiet ġudizzjali nazzjonali biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet legali meħudin f'pajjiż partikulari tal-UE ikunu rikonoxxuti u implimentati fi kwalunkwe pajjiż membru ieħor. Dan hu partikularment importanti f'każijiet ċivili bħad-divorzju, il-kustodja tat-tfal, it-talbiet għall-manteniment jew għall-falliment u kontijiet mhux imħallsa, meta l-individwi involuti jgħixu f'pajjiżi differenti.

Biex tgħin fil-ġlieda kontra r-reati serji bħall-korruzzjoni, it-traffikar tad-droga u t-terroriżmu, l-UE stabbilixxiet in-Netwerk Ġudizzjali Ewropew English (en) .

Il-mandat ta' arrest Ewropew ħa post proċeduri twal ta' estradizzjoni, biex il-kriminali suspettati jew ħatja li jaħarbu mill-pajjiż ikunu jistgħu jinstabu u jintbagħtu lura malajr fil-pajjiż fejn instabu ħatja.

Asil u immigrazzjoni

L-istandards minimi komuni u l-proċeduri għal dawk li jfittxu l-asil huma maħsubin biex jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni għal dawk li għandhom bżonnha, filwaqt li jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tal-asil politiku ma jiġux abbużati. Ngħidu aħna, jiddeterminaw kif u fejn għandhom jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet, l-istandards biex jintlaqgħu l-applikanti tal-asil, l-istatus tal-persuni li jingħataw l-asil u r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali biex jilħqu dawn ir-responsabbiltajiet.

Il-pajjiżi tal-UE qed jaħdmu wkoll biex tiġi żviluppata politika tal-UE dwar immigrazzjoni koerenti li tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-immigrazzjoni legali, filwaqt li ssolvi l-isfidi tal-immigrazzjoni irregolari. L-għan hu li jitqiesu dawn il-prijoritajiet u l-bżonnijiet ta' kull pajjiż tal-UE u li titħeġġeġ l-integrazzjoni taċ-ċittadini li mhumiex mill-UE fis-soċjetajiet li jospitawhom.

L-UE qed taħdem ukoll biex toħloq partenarjati mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu biex torganizza aħjar l-immigrazzjoni legali u tnaqqas dik irregolari, kemm biex ittejjeb ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, kif ukoll biex issaħħaħ l-istat tad-dritt u tippromwovi r-rispett għad-drittijiet fundamentali f'dawn il-pajjiżi.

Biex in-nies ikollhom il-libertà li jiċċaqalqu fl-UE, jeħtieġ li jkun hemm kontrolli effettivi fil-punti tad-dħul fl-UE. Il-pajjiżi tal-UE qed jaħdmu flimkien biex itejbu s-sigurtà permezz ta' kontrolli mal-fruntieri esterni, filwaqt li jagħmluha aktar faċli għal dawk li għandhom dritt jidħlu fl-UE. Il-kooperazzjoni operattiva bejn il-pajjiżi tal-UE hi mmexxija mill-aġenzija tal-UE għall-fruntieri esterni FRONTEX English.

Strateġija għas-sigurtà tal-UE

Il-politiki tal-UE dwar l-affarijiet interni jiffokaw fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, il-kriminalità fl-informatika u r-radikalizzazzjoni vjolenti, b'mod partikulari billi jiġu mmirati t-traffikar illegali tal-armi, it-traffikar tal-bniedem u l-isfruttament sesswali tat-tfal.

L-istrateġija għas-sigurtà interna English tal-UE bdiet ittejjeb is-sigurtà interna permezz tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri.

L-istrateġija tinkludi liġijiet u modi prattiċi biex jitwaqqfu r-reati organizzati – il-barunijiet tad-droga, it-traffikanti tal-bnedmin, il-ħassiela tal-flus, it-terroristi - milli jisfruttaw il-libertajiet li toffri l-UE u biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-forzi nazzjonali tal-pulizija, speċjalment fil-qafas tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).

Fuq

Fuq


Filmati

  • Il-protezzjoni ta' drittijietek – F'darek, barra minn pajjiżek u onlajn



Ibqa’ mgħaqqad

Facebook

  • ĠustizzjaEnglish (en)

Twitter

  • Affarijiet interniEnglish (en)
  • ĠustizzjaEnglish (en)

Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ