It-teknoloġiji moderni tal-komunikazzjoni biddlu l-mod kif l-Ewropej jgħixu, jaħdmu u jinteraġixxu u l-UE kellha rwol ewlieni f'dan.
Għalkemm ir-rivoluzzjoni tal-informazzjoni - il-mowbajls, l-internet, is-sistemi ta' twassil diġitali b'veloċità kbira - hi mmexxija mit-teknoloġiji u l-forza tas-suq, l-UE kienet tinsab fil-qalba tal-proċess:
Ir-riżultat għall-individwi u n-negozji huwa servizzi orħos u aħjar, ta’ kwalità u affidabbiltà ogħla. L-għażla tal-konsumatur kibret kemm fil-prodotti kif ukoll fis-servizzi - u bi tweġiba għal dan, id-domanda għall-mowbajls u l-aċċess għall-internet sploda.

Wieħed mill-ħafna – utent regolari tal-internet.
Bil-konverġenza tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tax-xandir permezz tad-diġitalizzazzjoni, fl-2003 l-UE kellha ddaħħal regoli li jkopru n-netwerks u s-servizzi kollha tal-komunikazzjoni elettronika.
Bħalissa dawn ir-regoli qed jiġu eżaminati, b'enfasi fuq:
Ir-regoli huma applikati b'mod indipendententi mill-awtoritajiet f'kull pajjiż tal-UE, bir-regolaturi nazzjonali li jikkoordinaw il-politiki tagħhom fil-livell tal-UE permezz ta' forums bħall-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, Berec (dak li qabel kien il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi (ERG)
.
Ir-reviżjoni qed tara li tissimplifika iktar ir-regoli billi tippermetti lill-BEREC jieħu parti mill-funzjoni regolatorja, biex ikun hemm aġenzija waħda għall-Ewropa kollha.
It-tekonoloġiji tal-informazzjoni issa jagħmlu parti importanti mill-istrateġija tal-Ewropa għat-tkabbir ekonomiku - speċifikament fil-forma tal-Aġenda Diġitali
, li tistabbilixxi politiki u miżuri li jimmassimizzaw il-benefiċċju tar-rivoluzzjoni diġitali għal kulħadd.
Biex tilħaq dan il-għan, il-Kummissjoni taħdem id f'id mal-gvernijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji rilevanti. Assemblea tal-Aġenda Diġitali
li tiltaqa' kull sena tgħaqqad lil dawn il-partijiet interessati flimkien biex jevalwaw il-progress u l-isfidi tal-futur
.
Għalkemm iktar minn nofs l-Ewropej jużaw l-internet ta' spiss, u aktar minn nofs għandhom mowbajl, l-UE trid tisfrutta l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.
Jekk l-UE trid ekonomija effiċjenti u kompetittiva:
L-azzjoni speċifika mill-UE biex tikseb dan tinkludi:
It-teknoloġija ewlenija ta' appoġġ hi l-aċċess tal-internet broadband, li jipprovdi komunikazzjoni onlajn rapida, irħisa u permanenti. Kważi 30% tad-djar fl-UE għandhom aċċess broadband, għalkemm iċ-ċifri huma iktar baxxi għall-pajjiżi li ngħaqdu fl-UE mill-2004 'il quddiem.
Qed isiru sforzi biex l-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, il-mużewijiet u istituzzjonijiet simili jiġu konnessi ma' netwerks broadband. Madwar 96% tal-iskejjel fl-UE issa jinsabu onlajn, 67% minnhom b'konnessjoni broadband b'veloċità kbira.
Barra minn hekk, il-gvernijiet tal-UE għandhom jipprovdu servizzi tas-saħħa onlajn liċ-ċittadini, inkluża informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-mard, rekords tas-saħħa onlajn, telekonsultazzjonijiet, u rimborsi elettroniċi ta’ spejjeż mediċi.