
Il-livelli għolja Ewropej ta’ l-ikel jgħoddu kemm jekk dan ikun impurtat u kemm jekk ikun mill-Ewropa stess.
L-istrategija tal-UE dwar l-ikel hija msejsa fuq tliet elementi ewlenin – il-legizlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel u l-ghalf tal-annimali; pariri xjentifici sodi bhala bazi ghad-decizjonijiet; u l-infurzar u l-kontroll. Il-legizlazzjoni hija wahda komprensiva - li tkopri kemm l-ghalf tal-annimali kif ukoll l-ikel, u testendi ruhha sa l-igjene tal-ikel. Din tapplika l-istess standards fl-UE kollha.
Ir-regoli generali ghall-ikel u l-ghalf kollu huma supplimentati minn mizuri specjali f'oqsma fejn hija gustifikata protezzjoni specifika tal-konsumatur, bhal fl-uzu tal-pesticidi, is-supplimenti tal-ikel, il-kuluri tal-ikel, l-antibijotici u l-ormoni. Hemm standards specifici li japplikaw ghall-vitamini, il-minerali u sustanzi ohra li jinziedu ma' l-ikel. Il-legizlazzjoni testendi wkoll ghall-prodotti li jigu f'kuntatt ma' l-oggetti tal-ikel, bhall-plastik u l-materjal tal-ippakkjar. Ir-regoli komuni tal-UE dwar it-tikkettar jippermettulna nidentifikaw b'mod aktar facli l-ingredjenti li nistghu nkunu allergici ghalihom, u juruna b'mod ezatt xi jfissru termini bhal 'low fat' jew 'high fibre'.
Nakkomodaw id-diversità u t-tranzizzjoni
Filwaqt li l-qafas tal-UE ghas-sikurezza tal-ikel huwa wiehed komuni, jilqa' fi hdanu d-diversità. L-UE toqghod attenta hafna sabiex tizgura li l-ikel tradizzjonali ma jkollux jitwarrab mis-suq minhabba l-istandards taghha dwar l-ikel, li l-innovazzjoni ma tinhanaqx, u li l-kwalità ma tigix kompromessa.
Kulmeta membri godda jissiehbu fl-UE u allura jsiru jiffurmaw parti mis-suq wahdieni, jista' jkun hemm bzonn ta' mizuri tranzizzjonali li jippermettulhom bizzejjed zmien biex jadattaw irwiehhom ghall-istandards gholjin tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel. Madankollu, sadanittant, dawk il-prodotti tal-ikel li ma jilhqux l-istandards tal-UE ma jkunux jistghu jinbieghu f'pajjizi ohra.

Jista’ jkollu l-passaport tiegħu u jivvjaġġa miegħek.
Inmantu s-sikurezza tal-annimali
Il-principji applikati ghall-animali huma l-istess bhal dawk ghall-ikel. L-annimali jistghu jittiehdu minn post ghal iehor fl-UE bla xkiel. Madankollu, iridu jinzammu standards tas-sahha u tal-benessri tal-annimali mhux biss fl-irziezet imma wkoll waqt li l-annimali jigu trasportati. Kulmeta tfegg xi tifqiegha ta' mard tal-annimali, l-UE tinvolvi ruhha minnufih sabiex jekk ikun hemm il-bzonn jitwaqqaf il-kummerc konness ma' dan.
Inizjattiva tal-UE wasslet ghall-introduzzjoni tal-'passaporti ghall-annimali domestici ' li jippermettu lil dak li jkun jiehu l-pet tieghu mieghu meta jsiefer. Madankollu, fid-dawl tal-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard, japplikaw ukoll prekawzjonijiet ghall-pets bl-istess mod bhal ghal annimali ohra.
Twissijiet f'waqthom jaqtghu r-riskji f'ras il-ghajn
Sabiex il-problemi ta' ikel li jista' jkun perikoluz jinqabdu f'ras il-ghajn, l-UE thaddem sistema ta' twissijiet rapidi biex tevita li l-konsumaturi jigu esposti ghar-riskju ta' avvelenament bl-ikel. Din is-sistema taqbad ukoll oggetti tal-ikel li jkun fihom sustanzi projbiti jew ammonti eccessivi ta' sustanzi riskjuzi, bhal residwi ta' medicini veterinarji fil-laham jew kuluri karcinogenici fl-ikel.
Meta tfegg xi theddida, jintbghatu twissijiet madwar l-UE kollha. Jista' jkun bizzejjed li jitwaqqaf lott wiehed ta' prodott, imma jekk ikun mehtieg jitwaqqfu l-kunsinni kollha ta' prodott partikolari mill-azjenda agrikola, mill-fabbrika jew mill-port tad-dhul in kwistjoni. Jistghu jitreggghu lura l-prodotti li digà jkunu waslu fl-imhazen jew fil-hwienet.
Insejsu d-decizjonijiet fuq pariri xjentifici sodi
Ix-xjenza hija s-sies essenzjali li fuq l-UE tibbaza d-decizjonijiet taghha dwar l-ikel. L-Agenzija Ewropea ghas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA), li hija agenzija indipendenti bbazata f'Parma l-Italja, tipprovdi pariri kulmeta tigi abbozzata l-legizlazzjoni u kulmeta dawk li jfasslu l-politika jkunu qed jindirizzaw xi theddida ghas-sikurezza tal-ikel.
Fid-decizjonijiet dwar x'ghandha taghmel, Il-Kummissjoni tapplika l-principju tal-prekawzjoni. Fi kliem iehor, meta x-xjenzati jghidu li jkun hemm periklu talanqas potenzjali, tagixxi minghajr ma tistenna li jkun hemm ic-certezza xjentifika.
L-infurzar u l-kontroll
Il-Kummissjoni tinforza l-ligi tal-UE dwar l-ikel u l-ghalf billi ticcekkja li l-legizlazzjoni tkun giet inkorporata kif imiss fil-ligijiet nazzjonali u implimentata mill-pajjizi kollha tal-UE, u permezz ta' spezzjonijiet fi hdan l-UE u lil hinn minnha.
Hawnhekk ukoll, ghandha agenzija specjalizzata biex tghinha – l-Ufficcju Alimentari u Veterinarju (FVO), li huwa bbazat fi Grange, l-Irlanda. L-FVO jista' jezamina impjanti individwali tal-produzzjoni tal-ikel, imma l-kompitu ewlieni tieghu huwa li jizgura li kemm il-gvernijiet tal-UE u dawk ta' pajjizi ohra jkollhom il-mekkanizmu funzjonali mehtieg biex jiccekkjaw jekk il-produtturi tal-ikel taghhom ikunux qeghdin jirrispettaw l-istandards tas-sikurezza tal-ikel gholjin tal-UE.