Mogħdija tan-navigazzjoni


Il-baġit

Ninvestu fil-ġejjieni tagħna

Il-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea jammonta għal kważi €142 biljun (ċifri tal-2011) - ammont kbir ta' flus f'termini assoluti, iżda jirrappreżenta biss 1% mill-ġid iġġenerat mill-pajjiżi tal-UE kull sena.

Ħafna minn dawn il-flus jintefqu biex tittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini u l-komunitajiet tal-UE - parti kbira minnhom imorru għal reġjuni u gruppi fis-soċjetà inqas sinjuri, u biex jiġu ġġenerati l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fl-UE.

Il-baġit tal-UE f'ċifri Deutsch

Min jiddeċiedi kif jintefqu l-flus?

Il-proċess involut fid-deċiżjoni dwar kemm flus tonfoq l-UE u kif tonfoqhom huwa wieħed demokratiku. Kull sena:

Segwitu

  • Meta l-flus ikunu ntużaw, il-Kummissjoni jeħtiġilha tirraporta lura lill-Parlament Ewropew dwar kif tkun nefqithom.
  • L-infiq jaqa' wkoll taħt l-iskrutinju tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Fuq xiex jintefqu l-flus?

It-taħriġ tal-ħaddiema f'ħiliet ġodda hu wieħed mill-affarijiet li jiffinanzja l-baġit tal-UE © EU, DG REGIO

Fl-Ewropa

Il-flus tal-baġit jintużaw l-iktar għal:

  • taħriġ għal ħiliet ġodda u stimolu lin-negozji biex jinnovaw ruħhom u joħolqu l-impjiegi
  • ħarsien tal-ambjent u titjib fil-kwalità tal-ħajja permezz tal-iżvilupp rurali u ambjentali
  • bini ta' infrastruttura soda: toroq, ferroviji, pontijiet, pajpijiet tal-gass u linji tal-elettriku li jgħaqqdu l-aktar żoni mbiegħda tal-UE
  • appoġġ tad-diversità kulturali u skambji edukattivi
  • assistenza ta' emerġenza f'postijiet milquta minn għargħar jew terremoti.

Barra mill-Ewropa

Bħala attur globali maġġuri, l-UE għandha ċerti obbligi lejn id-dinja ta' barra: il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, iż-żamma tal-paċi u l-għajnuna lill-vittmi ta' diżastri u kunflitti.

Hi partikolarment attiva fi 3 gruppi ta' pajjiżi:

  • partijiet tad-dinja li qed jiżviluppaw li xi pajjiżi tal-UE għandhom rabtiet storiċi qawwijin magħhom, speċjalment l-Afrika u reġjuni tal-Karibew u l-Paċifiku
  • ekonomiji emerġenti ħdejn il-fruntieri tal-lvant tal-UE u madwar il-Mediterran
  • pajjiżi membri potenzjali tal-UE Deutsch (de) English (en) français (fr) .

L-ewwel 3 oqsma ta' nfiq (ċifri tal-2011)

  1. 45% jmorru biex l-UE ssir iktar kompetittiva u biex jistimolaw l-iżvilupp fl-ifqar reġjuni/pajjiżi ("koeżjoni").
  2. 31% jintefqu fuq is-sussidji lil-bdiewa tal-UE. Din l-għajnuna m'għadhiex marbuta ma' produzzjoni eċċessiva. Minflok, din tiżgura provvista ta' ikel sigur bi prezzijiet raġonevoli u tiżgura li l-bdiewa jgawdu minn dħul ġust, waqt li fl-istess ħin iħarsu l-ambjent.
  3. 11% huma allokati għall-iżvilupp rurali.
Kif jintnefaq il-baġit tal-UE? (ċifri tal-2011)

Kif jintnefaq il-baġit tal-UE? (ċifri tal-2011)

R&D - fejn l-użu komuni tar-riżorsi jagħmel sens

Ġeneralment, l-UE hija responsabbli biss mill-infiq tal-flus fejn dan jagħmel sens għall-pajjiżi membri tagħha li jaqsmu r-riżorsi bejniethom. Il-programmi ta' riċerka xjentifika, vitali biex l-Ewropa tibqa' kompetittiva fid-dinja, huma eżempju tajjeb ta' dan.

Il-fondi tal-UE għar-riċerka jippromwovu proġetti integrati ta' riċerka li jinvolvu xjentisti li jaħdmu f'pajjiżi differenti tal-UE. Dan il-metodu jaqsam il-frott tar-riċerka nazzjonali madwar l-UE, kif ukoll joħloq ekonomiji ta' skala u sforz.

L-oqsma li jgawdu minn dan huma bosta, inklużi l-bijoteknoloġija, it-teknoloġiji tal-informazzjoni, in-nanoteknoloġija u r-riċerka spazjali.

Kemm tiswa l-UE biex titmexxa?

L-ispejjeż biex titmexxa l-UE (l-amministrazzjoni) jammontaw għal 6% tal-infiq totali. Dan jinkludi l-ispiża tat-tmexxija tal-istituzzjonijiet kollha (l-aktar il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri), u tat-tradutturi u l-interpreti li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Fuq

Fuq


Filmati

  • Introduzzjoni qasira dwar il-baġit tal-UE



Ibqa’ mgħaqqad

Twitter


Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ