Mogħdija tan-navigazzjoni


L-ambjent

L-UE għandha wħud mill-ogħla standards ambjentali fid-dinja, li ġew żviluppati matul is-snin. Illum il-ġurnata l-prijoritajiet ewlenin tagħha huma: il-protezzjoni tal-ispeċi u tal-ħabitats li jinsabu fil-periklu li jinqerdu u l-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali - għanijiet li jgħinu wkoll l-ekonomija billi jħaddnu l-innovazzjoni u l-intrapriża.

Il-bijodiversità

Farfett li jinsab fil-periklu li jinqered mistrieħ fuq fjura © EU

L-UE għandha strateġija biex twaqqaf it-tnaqqis tal-ispeċi li jinsabu fil-periklu li jinqerdu.

L-UE għandha strateġija biex twaqqaf it-tnaqqis tal-ispeċi u l-ħabitats li jinsabu fil-periklu li jinqerdu sal-2020. Fil-qofol tagħha nsibu Natura 2000 English, netwerk ta' 26 000 żona naturali protetta li jkopri kważi 20% tat-territorju tal-blokk.

Dawn mhumhiex riżervi naturali, iżda pjuttost siti fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet sostenibbli tal-bniedem mingħajr ma jheddu l-ispeċi u l-ħabitats rari u fraġli.

Nużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti

Jekk irridu nevitaw kriżi fl-użu tar-riżorsi naturali limitati li għandna, hemm bżonn li jsir tibdil fundamentali fl-ekonomija tagħna. Apparti li tfassal il-liġi, l-UE tgħin ukoll billi tipprovdi l-edukazzjoni pubblika, ir-riċerka u l-finanzjament pubbliku li huma essenzjali għal dan.

Ir-rispons tagħha huwa mżewwaq bi pjanijiet għal perjodu fit-tul u tibdil progressiv - bħall-promozzjoni ta' prodotti li jirrispettaw l-ambjent u tħeġġeġ l-użu ta' tikketti li juru effiċjenza fl-enerġija fuq it-tagħmir għall-konsumatur bħall-magni tal-ħasil.

L-ilma

Il-protezzjoni b'mod effettiv tar-riżorsi tal-ilma u tal-ekosistemi komuni fl-Ewropa mit-tniġġis, mit-tibdil fil-klima u mill-iskart marittimu teħtieġ azzjoni miftiehma fil-livell tal-UE.

Il-politika tal-ilma tal-UE għandha l-għan li:

  • tagħti aċċess għal ilma ta' kwalità tajba u fi kwantità suffiċjenti lill-Ewropej kollha
  • tiżgura li l-korpi kollha tal-ilma madwar l-Ewropa jilħqu l-istandards minimi ta' ndafa
  • tippreserva l-ambjenti vulnerabbli tal-ilma.

L-arja

Mara tixrob l-ilma minn funtana © Bilderbox

L-ilma nadif jirrifletti ambjent b'saħħtu.

Il-kwalità tal-arja hi qasam li fih l-UE kienet attiva ħafna billi waqqfet, b'mod ambizzjuż u li jagħti każ l-ispejjeż, standards u miri għal numru ta' elementi tat-tniġġis, fosthom id-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-materja f'partiċelli u ċ-ċomb.

Filwaqt li kollox ma' kollox it-tendenzi fil-kwalità tal-arja huma pożittivi, jinħtieġ sforz kontinwu.

L-iskart

Jekk nistgħu nnaqsu l-ammont ta' skart li nipproduċu mill-ewwel, awtomatikament ikun iktar faċli li neħilsu minnu. L-UE qed timmira li tagħmel dan permezz ta':

  • inizjattivi ġodda għall-prevenzjoni tal-iskart
  • użu aħjar tar-riżorsi
  • inkoraġġiment għal konsum ta' xeħta iktar sostenibbli.

Fejn l-iskart ma jistax jiġi evitat, il-materjali għandhom jiġu miġbura, preferibbilment permezz tar-riċiklaġġ. Din hi r-raġuni għaliex l-UE qed issejjaħ sabiex jittejbu l-metodi tal-manifattura u tħeġġeġ lill-konsumaturi biex jitolbu prodotti riċiklati u ekoloġiċi u inqas ippakkjar.

Niffinanzjaw UE iktar ekoloġika

Il-mod ewlieni li bih l-UE ssostni l-proġetti ambjentali u ta' konservazzjoni hu permezz tal-programm LIFE English tagħha, li jipprovdi l-fondi kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha, f'pajjiżi li għandhom ċans isiru membri u f'pajjiżi ġirien oħra.

Mill-1992 'l hawn, LIFE ipprovda madwar €2bn għal aktar minn 3000 proġett, fosthom reġa' daħħal l-avaltun bil-baffi fl-Andalusia, biddel il-laminati f'enerġija u f'aluminju u rristawra l-mergħat kostali u l-artijiet mistgħadra fil-gżejjer tal-Baħar Baltiku.

Fuq

Fuq


Filmati



Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ