Mogħdija tan-navigazzjoni


Intrapriża

Għalkemm modern u spiss ta' suċċess, in-negozju Ewropew ma jistax jibqa' statiku fil-kuntest ta' bidla teknoloġika mgħaġġla u kompetizzjoni barranija dejjem tikber.

Il-politika tal-intrapriża tal-UE għandha l-għan li tiżgura li nżommu pass mar-rivali tagħna waqt li nkompli noħolqu l-impjiegi. Għandha attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-industrija tal-manifattura u l-intrapriżi ż-żgħar.

Minkejja tkabbir mgħaġġel tas-servizzi f'dawn l-aħħar snin, il-manifattura tibqa' l-pedament tal-ekonomija Ewropea, b'75% tal-esportazzjoni tal-UE.

Il-politika tal-intrapriża tal-UE tiffoka fuq il-ħolqien ta' ambjent tajjeb għall-investiment - mhux biss għal setturi strateġikament importanti bħall-industrija ajruspazjali u bijoteknoloġika, iżda wkoll industriji iktar tradizzjonali, bħat-tessuti u l-karozzi.

Fabbrika tal-karozzi © Rolls Royce

L-aktar teknoloġija avvanzata hija importanti ħafna għall-industrija u n-negozju.

L-industriji fil-futur

It-tkabbir futur fl-UE huma mmexxi mis-setturi bbażati fuq l-għarfien u l-innovazzjoni - iżda dawn jeħtieġu industrija b'saħħitha u mezz biex jużaw it-teknoloġiji li qed jinħolqu.

Dan ifisser it-tnaqqis tad-distakk bejn l-universitajiet u n-negozji, biex ideat tajbin fil-laboratorju jkunu jistgħu jinbidlu fi prodotti eċċellenti.

L-Istitut Ewropew għall-innovazzjoni u t-teknoloġija English jagħmel dan billi joħloq 'komunitajiet ta' għarfien u innovazzjoni” – netwerks ta' universitajiet, enititajiet ta' riċerka u negozjipubbliċi-privati ta' kull daqs integrati sew.

Għajnuna lin-negozji ż-żgħar

Għalkemm ħafna nies jassoċjaw in-negozju mal-multinazzjonali magħrufa, fil-verità kważi l-kumpaniji kollha (92%) tal-UE huma intrapriżi żgħar li jimpjegaw inqas minn 10 minn nies.

U billi dawn l-intrapriżi jagħtu żewġ terzi tal-impjiegi fl-UE, ovvjament jirċievu attenzjoni speċjali fil-programmi u fl-iffinanzjar tal-intrapriżi tal-UE bħal:

  • il-programm dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, li investa €3.6 biljun fl-2007-13 – speċjalment fl-effiċjenza tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
  • l-FP7, il-programm ewlieni tal-UE li jiffinanzja r-riċerka xjentifika DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (akkademika u industrijali) – jiswa' iktar minn €7bn fis-sena.

L-għanijiet huma li jitejjbu l-intraprenditorija u l-ħiliet, jittejjeb l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi ż-żgħar u tiżdied il-kapaċità tagħhom għar-R&D.

Kumpaniji żgħar li jkollhom bżonn informazzjoni u pariri jistgħu jiksbu dan min-Netwerk Ewropea għall-Intrapriżi, magħmul minn madwar 500 servizz madwar l-UE, parzjalment iffinanzjat mill-UE.

Mara ħdejn mazz karti © Imageselect

It-tnaqqis tal-burokrazija żejda għan-negozji huwa ta’ importanza kbira fl-aġenda tal-UE.

Inżommu l-Ewropa bla fruntieri

Wieħed mill-bażijiet tas-suċċess ta' dawn il-poiliki huwa s-suq tal-UE bla fruntieri - speċjalment il-moviment ħieles tal-prodotti bejn il-fruntieri.

Dan jagħti lin-negozji aċċess għal iktar klijenti - u iktar tkabbir potenzjali - waqt li jkollhom jaffaċċjaw iktar kompetizzijoni li żżommhom f'livell għoli.

Madanakollu, hemm ħafna xogħol xi jsir kemm biex dak li diġà nkiseb jibqa' protett u biex il-benefiċċji jiġu estiżi lejn iktar setturi.

Il-liġijiet li jirregolaw is-swieq ħielsa tal-UE iridu dejjem jiġu pperfezzjonati, biex jilħqu mal-progress fit-teknoloġija u jevitaw li l-istati membri jaqgħu lura u jipproteġu l-industriji nazzjonali.

U għad fadal ħafna xi jsir sabiex is-suq ikun integrat b'mod sħiħ fis-servizzi ewlenin ta' appoġġ għan-negozji, bħal per eżempju l-kommunikazzjoni, it-trasport, l-enerġija u l-provvista tal-gass. Il-kompetizzjoni u l-prezzijiet iktar baxxi f'dawn is-servizzi jwasslu għal prezzijiet iktar baxxi meta l-oġġetti jaslu fis-suq.

Ir-regoli tal-UE - insibu l-bilanċ ġust

Fl-aħħar mill-aħħar, irid jinstab il-bilanċ ġust bejn il-bżonn ta' regoli (biex is-swieq jibqgħu mifutha u l-konsumaturi, l-ambjent, il-ħaddiema eċċ jkunu protetti) u r-ristrizzjonijiet li dawn ipoġġu fuq in-negozji.

Attwalment m'hemmx bilanċ tajjeb u l-Kummissjoni qed tippjana li tnaqqas il-burokrazija għan-negozji bl-25% sal-2012.

Madanakollu, regoli għall-UE kollha jgħinu lill-industrija wkoll billi jneħħu l-piż ta' proċeduri amministrattivi separati f'kull pajjiż - pereżempju is-sistema REACH Deutsch (de) English (en) français (fr) , bażi ta' dejta unika li tippermetti r-reġistrazzjoni f'waqfa waħda tal-kimiċi mill-industrija.

Fuq

Fuq




Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ