Mogħdija tan-navigazzjoni


Tkabbir

Blokk li qed jespandi

It-tkabbir hu l-proċess li permezz tiegħu il-pajjiżi jingħaqdu fl-UE. Mill-ħolqien tagħha fl-1957, l-UE kibret minn 6 membri għal 27 .

Inxerrdu l-prosperità u d-demokrazija

Id-dħul ta' membri ġodda kien parti mill-pjan mill-bidu nett. Il-missirijiet fundaturi kienu fiduċjużi biżżejjed dwar l-idea tagħhom li jħallu l-bieb miftuħ għal pajjiżi Ewropej oħrajn biex jingħaqdu fl-UE.

L-għoti ta' għajnuna lill-pajjiżi b'potenzjal li jsiru membri kien ir-respons tal-UE għat-tibdil fix-xena politika Ewropea f'dawn l-aħħar 50 sena, bil-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u t-tisħiħ tal-forzi demokratiċi f'pajjiżi li joħorġu minn dittatorjati.

Ir-Rumeni jxejru bandiera tal-UE © Reporters

Ir-Rumeni jiċċelebraw id-dħul ta' pajjiżhom fl-UE fl-1 ta' Jannar 2007.

Puntent u Lvant magħqudin

Is-sitt membri fundaturi tal-UE fl-1957 kienu l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi.

Mill-1973 'il quddiem, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej tal-Punent ingħaqdu wkoll.

Imbagħad, wara l-waqa' tar-reġimi tagħhom fl-1989, bosta pajjiżi eks komunisti mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant saru membri tal-UE bejn l-2004 u l-2007.

Min jista' jingħaqad?

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li kwalunkwe pajjiż Ewropew jista' japplika għas-sħubija jekk jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u jimpenja ruħu biex jippromwovihom.

Iżda b'mod speċifiku, pajjiż jista' jingħaqad biss jekk jilħaq il-kriterji kollha tas-sħubija:

  • politiku – għandu jkollu istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem
  • ekonomiku – għandu jkollu ekonomija tas-suq li tiffunzjona u jkun jista' jiffaċċja pressjoni kompetittiva u forzi tas-suq fi ħdan l-UE
  • legali – għandu jaċċetta l-liġi u l-prattika stabbilita tal-UE - speċjalment l-għanijiet politiċi, ekonomiċi u monetarji ewlenin.
Suq Tork © Bilderbox

It-Turkija hi kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Kif taħdem?

Il-proċess fih 3 stadji (ilkoll suġġett għall-approvazzjoni mill-pajjiżi eżistenti kollha tal-UE):

  1. pajjiż jiġi offrut il-prospett tas-sħubija. Dan ifisser li jingħata status ta' kandidat uffiċjali meta jkun lest.


  2. il-pajjiż isir kandidat uffiċjali għas-sħubija - iżda dan xorta ma jfissirx li nfetħu n-negozjati formali.


  3. il-kandidat jimxi għan-negozjati formali tas-sħubija proċess li normalment jinvolvi riformi biex jadotta l-liġi stabbilita tal-UE.

Meta n-negozjati u r-riformi li jġibu magħhom jitlestew għas-sodisfazzjoni taż-żewġ naħat, il-pajjiż jista' jingħaqad fl-UE - jekk il-pajjiżi kollha tal-UE jaqblu.

Min jista' jingħaqad dalwaqt?

Bħalissa l-UE offriet il-prospett tas-sħubija lil 9 pajjiżi: l-Albanija, it-Turkija, l-Islanda u l-pajjiżi kollha tal-eks Jugoslavja (minbarra s-Slovenja, diġà membru tal-UE).

5 minn dawn ingħataw status ta' kandidati uffiċjali:

  • it-Turkija
  • Is-Serbja
  • Dik li kienetir-Repubblika Jugoslavatal-Maċedonja
  • l-Islanda
  • il-Montenegro

Il-Kroazja Deutsch (de) français (fr) tinsab fi triqitha lejn l-adeżjoni, u mistennija tissieħeb fl-UE f'nofs l-2013.

Fuq

Fuq




Fuq

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ