Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna


Enerġija

Provvisti sikuri u sostenibbli

L-Enerġija hija importanti f'ħajjitna. Niddependu fuqha għat-trasport, biex insaħħnu u nffriskaw djarna, u nħaddmu l-fabbriki, l-irziezet u l-uffiċċji tagħna. Madankollu, il-fjuwil fossili huwa riżors limitat u huwa kawża maġġuri tat-tisħin globali. Għalhekk ma nistgħux nieħdu l-enerġija mill-fjuwils fossili bla ma nkunu konxji. Għandna noħolqu politika integrata dwar l-enerġija u l-ambjent ibbażata fuq għanijiet ċari u skeda ta' żmien speċifika biex issir it-tranżazzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u l-iffrankar tal-enerġija.


Ħarsa ġenerali

Lejn ekonomija ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju

Panewijiet solari fuq saqaf © Carofoto

Is-sistemi tal-enerġija solari dejjem qed isiru aktar familjari fuq il-bjut.

F'Diċembru 2008, il-mexxejja tal-UE adottaw pakkett komprensiv ta' miżuri biex inaqqsu l-kontribut tal-UE għat-tisħin globali u jassiguraw provvisti tal-enerġija sikuri u għal kulħadd. L-aktar riforma estensiva fil-politika Ewropea għall-enerġija li qatt saret, il-pakkett irid ipoġġi lill-Ewropa fuq quddiem fil-qasam tal-enerġija rinovabbli u t-teknoloġiji bl-emissjonijiet baxxi tal-karbonju.

Il-ħidma tal-politika huwa l-impenn tal-UE li jinkiseb 20% fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet tagħha b'effett serra sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990), prinċipalment permezz ta' spinta fl-użu tal-enerġija rinovabbli u t-trażżin fil-konsum tal-enerġija. Il-miżuri mistennija wkoll inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-gass u ż-żejt, filwaqt li jservu ta' ħarsien mill-prezzijiet tal-enerġija volatili li kull ma jmur dejjem qed jgħolew u għejjun ta' fornimenti dejjem inqas ċerti.

L-enerġija f'emerġenza

Aktar minn 50% tal-enerġija tal-UE tiġi minn pajjiżi barra mill-Unjoni - u l-persentaġġ qed jikber. Parti sew minn dik l-enerġija tiġi mir-Russja, li minħabba t-tilwim li dan il-pajjiż kellu mal-ġirien tiegħu li minhhom jgħaddu l-fornimenti għall-Ewropa, f'dawn l-aħħar snin kien hemm xkiel repetittiv fil-provvista.

Dan jenfasizza l-bżonn li l-UE tissorvelja l-provvista taż-żejt u l-gass tagħha aktar mill-viċin u tkun preparata f'każ ta' emerġenza fl-enerġija. Għal għexieren ta' snin, il-pajjiżi tal-UE ħaddnu riżervi taż-żejt fil-każ li tinqala' xi emerġenza. L-UE qed taħdem biex tagħmel dawn ir-riservi disponibbli malajr u tixtieq tiċċara meta u kif dawn jistgħu jintużaw.

Sorsi ġodda għall-enerġija

Tikketta għall-effiċjenza tal-enerġija

Għandek issib din it-tikketta madwar l-UE kollha.

Fost prijoritajiet importanti oħra nsibu t-twaqqif ta' passaġġ tal-gass fin-naħa tan-Nofsinhar li minnu jgħaddu l-pajpijiet tal-gass li jistgħu iwasslu l-gass mir-reġjun tal-Baħar Kaspju minn ġot-Turkija sal-UE. Il-bini jista' jibda mill-2010.

L-UE hija ħerqana wkoll li ssaħħaħ in-netwerks tal-enerġija tagħha - is-sistemi li jwasslu l-elettriku, il-gass u ż-żejt sad-djar u n-negozji u tqawwihom sabiex ikunu kapaċi jutilizzaw sorsi rinovabbli tal-enerġija bħar-riħ.

L-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija titlob li jkun hemm sforzi kontinwi sabiex titqawwa l-effiċjenza fl-enerġija, billi ngħidu aħna jiġi rinnovat il-bini residenzjali u kummerċjali. Proposta oħra titlob biex mill-2012 ikun hemm tikketti tal-enerġija għat-tajers.

Nagħtu aktar għażla lill-konsumatur

Barra minn hekk, il-lesġiżlazzjoni tinsab f'ħidma biex tifred il-provvista tal-elettriku u l-gass mill-produzzjoni. Dan huwa proċess magħruf ukoll bħala unbundling. Minn Lulju 2007, id-djar kollha tal-UE kienu liberi biex jagħżlu l-fornitur tal-gass u l-elettriku. Madankollu, l-għażla tagħhom, ta' spiss hija limitata minħabba dominju ta' kumpanija waħda ta' reġjun jew pajjiż partikolari. Minbarra l-enfasi fuq il-kompetizzjoni, l-unbundling jagħti spinta fl-użu tal-enerġiji rinnovabbli bħar-riħ u l-enerġija solari.

Leġiżlazzjoni

Sommarji tal-leġiżlazzjoni u politika

  • Panorama danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • Il-Politika Ewropea dwar l-Enerġija danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • Is-Suq Intern tal-Enerġija danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • Effiċjenza fl-Enerġija danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • Enerġija li tiġġedded danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • L-enerġija nukleari danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska
  • Sigurtà tal-provvista, dimensjoni esterna u tkabbir danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska

Verżjonijiet sħaħ ta’ testi ta' leġiżlazzjoni u każistika

Aktar tagħrif

Istituzzjonijiet u entitajiet tal-UE

Pubblikazzjonijiet, statistika u stqarrijiet għall-istampa

Opportunitajiet ta’ finanzjament

  • Għotjiet DeutschEnglishfrançais
  • Sejħiet għall-Offerti (offerti pubbliċi) DeutschEnglishfrançais