Il-pajjiżi tal-UE jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi nazzjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jaġixxu flimkien meta jħabbtu wiċċhom ma' sfidi bħall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali. Sbatax-il pajjiż wasslu l-koordinazzjoni aktar 'il quddiem billi adottaw l-ewro bħala l-munita tagħhom.
Il-pajjiżi kollha tal-UE huma parti mill-unjoni ekonomika u monetarja (UEM), il-qafas għall-kooperazzjoni ekonomika. L-għanijiet komuni huma:

Bis-saħħa tal-UE, il-ġenituri qed jonfqu inqas biex jibagħtu l-flus lil uliedhom li qed jistudjaw f'pajjiż barrani.
Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali li bdiet f’Ottubru 2008, il-gvernijiet nazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Kummissjoni qed jaħdmu flimkien biex:
S'issa, il-gvernijiet tal-UE ipprovdew aktar minn €1.6 triljun fi sforzi ta' salvataġġ.
Biex tippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-UE u ttaffi t-tensjonijiet fis-swieq tad-dejn sovran fiż-żona tal-ewro, l-UE ħolqot ukoll xibka ta’ sigurtà għall-membri tal-UE f’diffikultà: il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) issa ħa post l-għodda temporanji u hu l-akbar istituzzjoni finanzjarja internazzjonali fid-dinja. Flimkien ma' kontribuzzjonijiet mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), dan jipprovdi kapaċità ta' stabilizzazzjoni finanzjarja li twassal sa €750 biljun. Sar parti permanenti u integrali mill-istrateġija komprensiva tal-UE biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-ewro.

Bl-ewro bħala munita komuni fil-parti l-kbira tal-Ewropa, huwa eħfef għall-UE li taġixxi għan-nuqqas ta' kreditu dinji b'mod ikkoordinat u li jkun hemm aktar stabbiltà milli seta' kien possibbli mod ieħor. Pereżempju, il-BĊE seta' jnaqqas ir-rati tal-interessi għaż-żona tal-ewro kollha (minflok li kull pajjiż joqgħod jistabbilixxi r-rata tal-kambju tiegħu), għalhekk il-banek fl-UE issa għandhom l-istess kundizzjonijiet biex jissellfu, u jisilfu l-flus lil xulxin.
Kuljum l-ewro jintuża minn aktar minn 60% taċ-ċittadini tal-UE. Il-munita unika hi ta' benefiċċju għal kulħadd:
Li tkun membru fiż-żona tal-ewro hi garanzija ta' stabbiltà fil-prezzijiet. Il-BĊE jistabbilixxi r-rati prinċipali ta' interessi fuq livelli mfassla biex dawn iżommu l-inflazzjoni taż-żona tal-ewro 'l isfel minn 2% fit-terminu medju. Jimmaniġġja wkoll ir-riżervi ta' skambju barranin tal-UE u jista' jintervjeni fis-swieq ta' skambju barranin biex jinfluwenza r-rata tal-kambju tal-ewro.
Il-pajjiżi tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-ewro huma mistennija li jissieħbu, meta l-ekonomiji tagħhom ikunu lesti. Il-pajjiżi li saru membri tal-UE fl-2004 u fl-2007 qegħdin gradwalment jaqilbu għall-ewro. Id-Danimarka u r-Renju Unit baqgħu barra ż-żona tal-ewro b’riżultat ta’ ċerti ftehimiet politiċi.
Biex pajjiż jissieħeb maż-żona tal-ewro, il-munita l-qadima tiegħu jrid ikollha r-rata tal-kambju stabbli għal sentejn. Iridu jintleħqu kundizzjonijiet oħra relatati mar-rati tal-interess, id-defiċits tal-baġit, ir-rati tal-inflazzjoni u l-livell tad-dejn tal-gvern.
Il-BĊE mhux biss għandu l-impenn li jżomm il-prezzijiet stabbli, iżda wkoll li jiżgura li t-transferimenti bejn il-pajjiżi li jużaw l-ewro jkunu kemm jista' jkun irħas għall-banek u l-konsumaturi tagħhom.
Għal ammonti kbar ta’ flus, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali joperaw sistema ta’ pagamenti f’ħin reali, magħrufa bħala TARGET2. Fil-futur se toffri wkoll l-istess vantaġġi għal tranżazzjonijiet f'sigurtajiet.
Il-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea qed jaħdmu flimkien biex joħolqu Żona Unika ta' Pagamenti bl-Ewro (SEPA) biex jiżdiedu l-benefiċċji ta' pagamenti aktar effiċjenti u orħos. Eventwalment kull ħlas bl-ewro, kull fejn ikun sar – permezz ta' trasferiment bankarju, debitu dirett jew permezz tal-kard – se jiġu ttrattati eżatt bl-istess mod. Mhux se jagħmel differenza jekk il-pagament ikunx domestiku jew transkonfinali. L-UE bħalissa qed testendi l-benefiċċji għall-pagamenti ta' debitu dirett.
Inrawmu l‑istabbiltà, l‑iżvilupp ekonomiku u l‑prosperità fl‑Ewropa ![]()
Ippubblikata f'April 2013
Din il-pubblikazzjoni hi parti mis-serje "Nifhmu l-politiki tal-UE"