Skambji edukattivi, għall-istudenti u l-għalliema
Għall-2007-13, l-UE allokat kważi €13-il biljun għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iskambji madwar id-dinja. Il-programmi ewlenin huma:
-
Leonardo da Vinci:


taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari xogħol temporanju għal apprendisti żgħażagħ u min iħarriġhom f'intrapriżi barra minn pajjiżhom, u proġetti ta’ kooperazzjoni li jgħaqqdu n-negozju u l-istituti tat-taħriġ vokazzjonali
-
Erasmus:


il-mobbiltà tal-istudenti u l-kooperazzjoni universitarja. 2.5 miljun parteċipant mill-1987. Erasmus Mundus 

jippermetti lill-istudenti gradwati u akkademiċi minn madwar id-dinja jiksbu Masters jew PhD f'korsijiet li jinvolvu konsorzji ta' mill-inqas tliet universitajiet Ewropej
-
Grundtvig:


programmi ta’ edukazzjoni għall-adulti, partikolarment sħubijiet, netwerks u mobilità trans-nazzjonali
-
Comenius:


kooperazzjoni bejn skejjel u l-għalliema tagħhom, kif ukoll skambji tal-istudenti tal-livell sekondarju u sħubijiet tal-iskejjel minn fuq l-internet (eTwinning)
-
Marie-Curie:
taħriġ professjonali u opportunitajiet ta' mobilità internazzjonali għar-riċerkaturi, minn livell ta' gradwati 'l fuq.
Il-finanzjament tal-UE jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni fil-politika, it-tagħlim tal-lingwi, e-learning u t-tixrid u l-iskambju ta' prattiċi tajba.

Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki vokazzjonali madwar l-UE kollha huwa prijorità.
Merħba bil-parteċipanti minn barra l-UE
L-istudenti, l-għalliema u l-istabbilimenti edukattivi minn pajjiżi oħra, b'mod partikolari dawk li jmissu mal-fruntiera tal-UE jew li qed jippjanaw li jingħaqdu - huma eleġibbli għal ħafna minn dawn il-programmi. Permezz ta' programmi oħra u ftehimiet ta' kooperazzjoni, l-UE tippromwovi wkoll skambji ta' korsijiet fl-integrazzjoni Ewropea, flimkien ma' xi 80 pajjiż minn madwar id-dinja.
Europass: Agħmel il-kwalifiki u l-kapaċitajiet tiegħek aktar ċari
Id-dokumenti tal-Europass jgħinu liċ-ċittadini jippreżentaw il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom billi jenfasizzaw f'furmat standard x'tgħallmu u x'kapaċi jagħmlu. Dan jgħin biex il-kumpaniji jifhmu aħjar il-kwalifiki minn pajjiżi oħra, u għall-ħaddiema biex ifittxu xogħol barra minn pajjiżhom. Dawn jinkludu:

L-iskema tal-UE għall-istudju barra minn art twelidek hija msemmija għal Erasmus, akkademiku li għex fis-seklu 16.
Kwalifiki - l-iżgurar tal-ipparagunar u r-rikonoxximent faċilitat
Apparti d-dokumenti tal-Europass, l-UE qed tagħmel is-sistemi nazzjonali ta' kwalifikazzjoni aktar kumparabbli permezz ta' Qafas komuni Ewropew tal-Kwalifiki (EQF) 

għat-taħriġ tul il-ħajja. Sal-2012 kull kwalifika li toħroġ fl-UE se jkollha referenza għal waħda mit-tmien livelli ta' referenza tal-EQF.
Naħdmu flimkien għal edukazzjoni ta' kwalità għolja fl-Ewropa
L-Istati Membri tal-UE qed jaħdmu flimkien ma' ħames pajjiżi oħra permezz tal-‘Process ta' Kopenħagen’ 

, forum ta' diskussjoni dwar kwistjonijiet ta' edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), inklużi sistema Ewropea ta' kreditu u netwerk dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità.
Fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-UE qed taħdem ma' 20 pajjiż ieħor permezz tal-'Proċess ta' Bologna' biex sal-2010 toħloq Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja (EHEA)
. Dan il-proċess jippromwovi rikonoxximent konġunt ta' perjodi ta' studju, kwalifiki li jistgħu jitqabblu u livelli ta' kwalità uniformi.
Il-Komunitajiet ta’ għarfien u innovazzjoni
The L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
(EIT) li nħoloq biex jippromwovi l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni – għandu jieħu €309m f'fondi tal-UE għall-2008-13.
L-EIT jgħin jibdel ir-riżultati tar-riċerka f'applikazzjonijiet kummerċjali billi joħloq 'komunitajiet tal-għarfien u l-innovazzjoni' u jgħaqqad flimkien universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji u fundazzjonijiet.
Il-prijoritajiet tal-bidu jinkludu t-tibdil klimatiku, is-sorsi tal-enerġija li tiġġedded u l-ġenerazzjoni li jmiss tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.
Aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ
L-inizjattiva Żgħażagħ Attivi
għandha l-għan li ttejjeb l-edukazzjoni u l-opprtunitajiet taż-żgħażagħ billi:
- tagħmel l-edukazzjoni u t-taħriġ aktar relevanti
- tħajjar aktar żgħażagħ jieħdu vantaġġ mill-boroż ta' studju tal-UE biex jistudjaw jew jitħarġu f'pajjiż ieħor
- tħeġġeġ il-pajjiżi tal-UE biex jieħdu miżuri ħalli jissimplifikaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol.
U mhux biss fl-edukazzjoni u l-mobbiltà
L-Istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ
(2009) u l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ (2005) introduċew prinċipji u opportunitajiet għaż-żagħżagħ.
L-Istrateġija:
- waqqfet metodu li jinvolvi setturi differenti, b'azzjonijiet kemm għal perjodu qasir kif ukoll twil, li jinvolvu oqsma ta' politika ewlenijia (edukazzjoni, impjieg, saħħa, kultura, volontarjat, parteċipazzjoni, inklużjoni soċjali, eċċ) li jaffettwaw iż-żgħażagħ tal-Ewropa.
- tenfasizza l-importanza tal-esperjenza fix-xogħol
- tiddefinixxi miżuri għal implimentazzjoni aħjar tal-politiki għaż-żgħażagħ fil-livell tal-UE.
- tistieden il-pajjiżi kollha tal-UE jkollhom djalogu kontinwu
maż-żgħażagħ.
- issejjaħ għal aktar riċerka u politika dwar iż-żgħażagħ mibnija fuq l-evidenza
.
Il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 

jippromwovi s-sehem attiv fil-komunità u jappoġġa proġetti li joffru liż-żgħażagħ sens qawwi ta' ċittadinanza Ewropea - pereżempju, bil-volontarjat f'pajjiż ieħor permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew. Bejn l-2007-13, l-UE tkun investiet kważi €900m f'dawn l-attivitajiet.