Aktar minn nofs il-flus kollha li jintefqu fuq għajnuna għall-pajjiżi l-fqar joħorġuhom l-UE u l-pajjiżi membri tagħha, u dan lill-Unjoni jagħmilha l-akbar donatur ta' għajnuna fid-dinja.
Imma l-politika dwar l-iżvilupp ma jinteressahiex biss li jkun hemm provvista ta' ilma nadif u toroq deċenti, għalkemm anki dawn huma importanti. L-UE tuża wkoll il-kummerċ biex tagħti spinta lill-iżvilupp billi tiftaħ is-swieq tagħha għall-prodotti esportati mill-pajjiżi fqar u billi tħeġġiġhom biex iżidu l-kummerċ ta' bejniethom.
Fl-2011 l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp, li hija magħmula minn taħlita ta' fondi mingħand l-UE u mill-baġits nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE, telgħet għal €53 biljun.
Dan ifisser 0.42% tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-pajjiżi kollha tal-UE flimkien, u għalhekk l-UE hija l-aktar donatur ġeneruż tal-għajnuna fid-dinja. Minkejja dan, għad hemm bżonn ta' sforz komuni biex tintlaħaq il-mira ffissata mill-Kunsill Ewropew, jiġifieri 0.7% tal-ING sal-2015.
L-għan ewlieni tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp hu li neqirdu l-faqar permezz ta' metodu sostenibbli. It-tmien għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU, li ġew adottati mill-mexxejja dinjin fl-2000 biex jintlaħqu sal-2015, huma kruċjali biex dan iseħħ. L-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għandhom diversi objettivi: mit-tnaqqis bin-nofs tal-faqar estrem u t-twaqqif tat-tixrid tal-HIV/AIDS, sal-għoti tal-edukazzjoni primarja lil kulħadd.
L-għadd ta' dawk li jgħixu f'faqar assolut naqas b'600 miljun mill-1990 'l hawn, iżda mbagħad sar inqas progress fil-ħidma biex jintlaħqu Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju oħrajn. Fost l-aktar miri diffiċli biex jintlaħqu sal-2015 hemm it-tnaqqis tan-numru tal-imwiet ta' ommijiet u wlied waqt il-ħlas u l-provvista ta' ilma nadif tajjeb għax-xorb. Biex tgħin, fl-2011 l-UE wegħdet €1 biljun ieħor għal dawk l-Għajnijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li fuqhom kien l-inqas li sar progress f'79 nazzjon fl-Afrika, fil-Karibew u fil-Paċifiku.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, se jkun qed jistħarreġ il-ġejjieni tal-aġenda tal-iżvilupp globali wara l-2015 bħala parti minn grupp ta' livell għoli tan-NU mmexxi mis-Segretarju Ġenerali Ban Ki Moon.
L-'Aġenda għall-Bidla
', li hija l-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-politika tal-UE dwar l-iżvilupp, ġiet approvata mill-Ministri tal-UE fl-2012. Din l-aġenda tistabbilixxi mod ġdid kif issir il-politika dwar l-iżvilupp biex din tkun tirrifletti l-bidliet li qed iseħħu fid-dinja, il-fatt li qed jitfaċċaw donaturi ġodda, u l-isfidi ġodda għan-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw.
Il-politika l-ġdida hija maħsuba biex tingħata għajnuna aktar strateġika, immirata u orjentata lejn ir-riżultati, u għandha żewġ aspetti prinċipali:

Il-programm tal-UE għas-sigurtà tal-ikel qed jgħin lin-nies ikabbru r-ross f'Uwajl, is-Sudan t'Isfel.
L-Aġenda għall-Bidla hija mmirata fuq għajnuna għall-iżvilupp fi tliet oqsma:
Fl-aħħar nett, l-Aġenda għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tal-għajnuna u li tuża metodi ġodda u innovattivi għall-għoti tal-finanzjament, permezz ta' taħlita ta' selfa u għotja, u li tiżgura li l-politiki kollha tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, il-biedja jew il-kummerċ ikunu konsistenti mal-għanijiet tagħha fir-rigward tal-iżvilupp.
Matul is-snin, l-UE għenet lil bosta pajjiżi fl-isforzi tagħhom biex jeqirdu l-faqar u joħolqu ġejjieni aħjar għall-popli tagħhom. Dan ta’ sikwit ikun jinvolvi sforz fit-tul. Każijiet riċenti ta' ħidma bħal din li rnexxiet jinkludu:
L-istudji tal-każijiet tal-iżvilupp tal-UE
Il-politika tal-UE dwar l-iżvilupp għandha l-għan li l-persuni żvantaġġati f'pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw kontroll fuq l-iżvilupp tagħhom infushom. Dan ifisser li: