Il-prijoritajiet tal-politika tal-UE dwar il-konsumatur jinkludu:
F’ekonomija effettiva u integrata tal-UE bbażata fuq regoli li japplikaw fl-UE kollha, għandek tkun tista' tixtri l-prodotti u s-servizzi minn pajjiżi oħrajn tal-UE mingħajr ma jkollok dubju li d-drittijiet tiegħek bħala konsumatur jiġu protetti jekk xi ħaġa tmur ħażin.
Il-programm tal-UE għall-protezzjoni tal-konsumaturi (2007-13) huwa maħsub biex jipprovdilek livell għoli ta’ protezzjoni legali u biex jiġi żgurat li l-liġi tiġi implimentata sew.

Kemm jekk tixtri mis-suq kif ukoll minn fuq l-internet, l-UE tħarislek drittijietek.
Il-politika tal-UE tiggarantixxi lill-konsumaturi livell għoli ta’ protezzjoni mill-periklu f’ħafna oqsma:
L-UE tħares ukoll l-interessi usa' tal-konsumaturi f'aspetti bħal:

Il-ġugarelli kollha jridu jissodisfaw l-istandards tal-UE dwar is-sikurezza
B'reazzjoni għat-tkabbir fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal-kummerċ elettroniku, il-Kummissjoni pproponiet linji gwida dwar prattiki tajbin għan-negozju minn fuq l-internet u regoli għall-aspetti kollha tal-ħlasijiet bil-kreditu u mhux bil-flus kontanti min-naħa tal-konsumatur.
L-interessi tal-konsumaturi diġà huma mdaħħlin fil-liġijiet li jilliberalizzaw servizzi pubbliċi ewlenin bħat-trasport, l-elettriku u l-gass, it-telekomunikazzjonijiet u l-posta. B'riżultat ta' dan, għandu jkollok kullimkien aċċess għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet konvenjenti.
Jekk ir-regoli tal-UE ma jiġux implimentati tajjeb, trid tkun tista' tikseb rimedju. Dan jitlob li jkun hemm koperazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi tal-UE. Il-proċeduri tal-qorti jistgħu jqumu ħafna flus u jieħdu ħafna ħin, speċjalment jekk ikunu barra minn pajjiżek. Biex tħeġġeġ favur is-sejbien ta' soluzzjonijiet barra mill-qorti, il-Kummissjoni żviluppat mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li ma jiswewx flus jew li jiswew ftit li xejn.
Prattiki kummerċjali inġusti bħar-riklamar li ma jippreżentax l-affarijiet kif inhuma u prattiki aggressivi tal-bejgħ li jinvolvu l-fastidju, l-isfurzar u l-użu ta' influwenza żejda issa huma illegali fl-UE.
Bosta huma dawk li qed joqogħdu lura mix-xiri transnazzjonali minħabba li mhumiex ċerti minn drittijiethom u jibżgħu li jqarrqu bihom. Ir-regoli l-ġodda tal-UE jagħtuk l-istess ħarsien minn prattiki kummerċjali agressivi u minn negozjanti diżonesti, kemm meta tixtri mill-ħanut ta’ ħdejk kif ukoll meta tagħmel dan minn websajt ta' pajjiż ieħor tal-UE.
Mod ieħor kif tista' titlob għal rimedju hu billi tikkuntattja lin-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (European Consumer Centres Network, ECC-Net). Sib l-eqreb ċentru .