Ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni huma mfasslin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti u ugwali għan-negozji, filwaqt li jħallu l-ispazju għall-innovazzjoni, l-istandards komuni, u l-iżvilupp tan-negozji ż-żgħar.

Uħud mid-ditti internazzjonali tal-ġarr tal-għamara ġew immultati minħabba arranġamenti bejniethom fil-prezzijiet.
Skont ir-regoli tal-UE, in-negozji ma jistgħux:
Il-Kummissjoni tista' taqbel li f'ċirkustanzi speċjali xi kumpaniji jkollhom monopolju – pereżempju fejn ikun hemm spejjeż infrastrutturali kbar ("monopolji naturali") jew fejn hu importanti li jiġi garantit xi servizz pubbliku. Madankollu:
Meta jagħmlu n-negozju ma' ditti żgħar, id-ditti l-kbar ma jistgħux jużaw il-poter tagħhom sabiex jimponu kundizzjonijiet li jagħmluha diffiċli għall-fornituri jew il-klijenti tagħhom li jinnegozjaw mal-kompetituri tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ timmulta l-kumpaniji (u diġà għamlet dan) għal dawn il-prattiki.
L-investigazzjonijiet tal-UE fil-prattiki li jmorru kontra l-kompetittività jinvolvu mhux biss il-prodotti iżda wkoll il-professjonijiet liberali u s-servizzi, fosthom is-servizzi finanzjarji, bħall-operazzjonijiet bankarji għall-konsumaturi u l-kards ta' kreditu.

Il-kompetizzjoni fit-tiswija tal-karozzi hi aktar qalila minħabba l-UE.
Il-Kummissjoni tissorvelja wkoll kemm jagħtu għajnuna l-gvernijiet tal-UE lin-negozji ("għajnuna mill-istat"), pereżempju:
Taħt ebda ċirkostanza ma jistgħu l-gvernijiet jipprovdu kwalunkwe forma ta' għajnuna lil negozji li jinsabu f'diffikultajiet li ma għandhomx tama li jkunu ekonomikament vjabbli.
Xi eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali huma possibbli:
Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin huma jekk il-konsumaturi hux se jibbenefikaw jew jekk issirx ħsara lil negozji oħrajn. Il-Kummissjoni spiss tippermetti għajnuna għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp reġjonali u għan-negozji ż-żgħar, peress li dawn iservu l-għanijiet ġenerali tal-UE.
Wieħed mill-każijiet l-aktar klamorużi tal-Kummissjoni Ewropea involva l-ġgant Amerikan fil-qasam tal-kompjuters, Microsoft. Il-Kummissjoni waħħlet multa lill-Microsoft minħabba l-prattika tagħha li tpoġġi tipi differenti ta' softwer f'pakkett wieħed (bundling). Hi ddeċidiet li l-Microsoft kienet qed tkun inġusta mal-konsumaturi peress li ċaħħditilhom l-għażla, biex b'hekk il-prezzijiet inżammew għoljin b'mod artifiċjali u l-innovazzjoni fl-industrija tas-softwer inħanqet.
Fl-industrija tal-karozzi, il-Kummissjoni interveniet ukoll biex titwassal trasparenza akbar fil-prezzijiet, dan wassal għal differenzi żgħar sostanzjali fil-prezzijiet ta' qabel it-taxxa fl-UE kollha.
Il-Kummissjoni interveniet ukoll biex tinfetaħ it-triq għan-negozjar ta' karozzi b'bosta marki kummerċjali, li għamilha possibbli li n-negozjanti tal-karozzi joperaw f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, li kklirja t-triq għan-negozjanti mhux awtorizzati biex ibigħu l-partijiet tal-karozzi u jwettqu tiswijiet li jingħatalhom għarfien.
Il-poteri estensivi tal-Kummissjoni li tinvestiga u twaqqaf ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE huma suġġetti għall-reviżjoni ġudizzjali mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Il-kumpaniji u l-Gvernijiet tal-UE regolarment iressqu appelli kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u kultant ikollhom riżultat pożittiv.