Mogħdija tan-navigazzjoni


Kummerċ

Impenjati għall-kummerċ ħieles u ġust

L-Unjoni Ewropea hija l-ikbar kummerċjant fid-dinja, responsabbli għal 20% tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet globali. Il-kummerċ ħieles fost il-membri tagħha kien wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-UE, u hi impenjata tilliberalizza l-kummerċ dinji għall-benefiċċju tal-pajjiżi sinjuri u fqar.

Ajruplan tal-merkanzija © Van Parys Media

L-Ewropa tesporta lejn kull rokna tad-dinja.

Il-kummerċ hu l-interess ta' kulħadd. Il-politika kummerċjali tolqot lilna lkoll, kuljum, nagħmlu x'nagħmlu u ngħixu fejn ngħixu. Mingħajr il-kummerċ, ħajjitna tkun ristretta ħafna. Aħseb fit-te jew il-kafè ta' filgħodu, il-karozzi li nsuqu, il-kompjuters li kull ma jmur niddependu fuqhom jew fil-vaganzi fuq kontinent ieħor.

Il-globalizzazzjoni qed tgħaqqad iktar u iktar pajjiżi, sinjuri u fqar, fid-dinja ekonomika u dawn qed jiffaċċaw dejjem iktar kompetizzjoni. Dan il-proċess qed ibiddel il-mod kif nagħmlu n-negozju u l-attivitajiet tagħna ta' kuljum.

L-iżvilupp tal-kummerċ - ġestit b'mod adegwat - hu wkoll opportunità għat-tkabbir ekonomiku. Hu importanti li l-ekonomija tal-UE tkun kompetittiva u tistabbilixxi sett ta' regoli miftehmin internazzjonalment.

Fin-negozjati tal-kummerċ internazzjonali, is-27 membru tal-UE huma rrappreżentati mill-Kummissjoni Ewropea.

Fuq

Fuq



Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ