

Iktar man-nisa u l-irġiel tal-Ewropa jifhmu tajjeb id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE, iktar ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati fil-ħajja personali tagħhom, u iktar tkun vibranti l-ħajja demokratika fl-Ewropa fil-livelli kollha.
Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea huma awtomatikament ċittadini tal-UE. Iċ-ċittadinanza tal-UE tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali u tagħtik xi drittijiet addizzjonali importanti.

B'karta tal-identità jew passaport validu, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE għal 3 xhur.
Drittijietek bħala ċittadin tal-UE jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 20) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Kapitolu V). Tista' ssib aktar informazzjoni dwar drittijietek fl-Ewropa Tiegħek u f'Europe Direct.
Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li tgħix u tiċċaqlaq fl-UE ![]()
![]()
mingħajr ma tkun diskriminat minħabba n-nazzjonalità tiegħek. Tista' tissetilja fi kwalunkwe pajjiż jekk int tissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Ngħidu aħna, meta tidħol f'pajjiż ieħor tal-UE tista' tintalab turi identifikazzjoni u, biex tgħix f'pajjiż ieħor għal aktar minn tliet xhur għandek tilħaq ċerti kundizzjonijiet skont jekk intix qed taħdem, tistudja, eċċ.

Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt jivvota u joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet ![]()
![]()
għall-Parlament Ewropew jew fl-elezzjonijiet muniċiapli fi kwalunkwe pajjiż tal-UE fejn ikun qed jgħix, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Id-dritt għall-petizzjoni
jippermettilek, bħala ċittadin tal-UE, li tqajjem il-preokkupazzjonijiet jew l-ilmenti tiegħek mal-Parlament Ewropew. Tista' titlob il-Parlament biex jindirizza bżonn jew ilment personali, jew ta' interess pubbliku. Is-suġġett għandu jikkonċerna attività tal-UE u għandu jikkonċernak direttament.
Għall-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina minn istituzzjoni jew entità tal-UE, tista' tilmenta għand l-Ombudsman Ewropew.
Tista' tikkuntattja wkoll direttament l-istituzzjonijiet tal-UE u l-entitajiet konsultattivi, u int intotlat tingħata tweġiba fi kwalunkwe waħda minn 23 lingwa uffiċjali tal-UE.
Meta tinsab f'pajjiż li mhux fl-UE u jkollok bżonn l-għajnuna, bħala ċittadin tal-UE int għandek dritt għall-protezzjoni konsulari minn ambaxxata jew konsulat ta' kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE. Tingħata l-għajnuna f'sitwazzjonijiet bħal mewt, aċċident jew marda, arrest jew detenzjoni, reat vjolenti u ripatrijazzjoni.
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilek tistaqsi l-Kummissjoni Ewropea tipprepara proposta għal att legali. Il-petizzjoni għandha tiġi ffirmata minn tal-anqas miljun ċittadin f'tal-anqas kwart tal-pajjiżi tal-UE.
Minbarra d-drittijiet ta' hawn fuq, l-UE tħeġġeġ liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha biex ikollhom rwol attiv fl-iżvilupp tal-UE. Il-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini
jiffinanzja inizjattivi f'oqsma bħall-parteċipazzjoni u d-demokrazija fl-UE, id-djalogu bejn il-kulturi, l-impjieg, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli u l-impatt tal-politiki tal-UE fuq is-soċjetà. Il-programm għad-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza
jippromwovi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.
Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tipprovdi opportunitajiet biex iċ-ċittadini jiġu informati dwar drittijiethom fl-UE u jipparteċipaw fihom fi djalogu dwar iċ-ċittadinanza tal-UE
Biex tiġi promossa ċ-ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni tippubblika Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE
.