Mogħdija tan-navigazzjoni


L-Awdjoviżiv u l-Midja

L-istandards għolja u l-għażla wiesgħa

Minħabba l-interess kummerċjali kbir u l-kwistjonijiet kumplessi ta' diversità kulturali, kif ukoll is-servizzi pubbliċi u r-responsabbiltà soċjali li tinvolvi, il-politika awdjoviżiva titfassal fuq livell nazzjonali mill-gvernijiet individwali. Ir-rwol tal-UE hu li tistabbilixxi xi regoli bażiċi u linji gwida biex tiddefendi l-interessi komuni, bħas-swieq miftuħa tal-UE u l-kompetizzjoni ġusta.

It-televiżjoni u s-servizzi fuq talba

L-UE ilha tirregola b'suċċess ix-xandir tat-TV madwar il-pajjiżi tagħha mill-1989. Minn dak iż-żmien 'l hawn kellha taġġorna r-regoli sabiex tikkonsidra l-varjetà dejjem akbar ta' servizzi tat-TV li jiġu offruti - fosthom it-TV fuq talba - permezz ta' firxa sħiħa ta' apparat, bħall-mowbajls u t-tablets (ara d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi).

Tifel jara t-TV © Shutterstock

Ir-regoli tal-UE jipproteġu t-tfal minn materjal ta' ħsara

Id-Direttiva teħtieġ li l-pajjizi tal-UE jikkoordinaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali flimkien sabiex:

  • il-programmi tat-televiżjoni u s-servizzi tal-vidjo fuq talba jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod liberu fis-suq tal-UE
  • fejn ikun prattikabbli, l-istazzjonijiet tat-televiżjoni jirreservaw tal-inqas nofs il-ħin tax-xandir tagħhom għall-films u l-programmi magħmulin fl-Ewropa; anki s-servizzi fuq talba għandhom jippromwovu x-xogħlijiet Ewropej
  • id-diversità kulturali u l-għanijiet importanti l-oħra ta' interess pubbliku jiġu mħarsa
  • l-avvenimenti ewlenin - bħall-Olimpijadi jew it-Tazza tad-Dinja tal-futbol - ikunu jistgħu jintlaħqu minn udjenza akbar, u mhux jixxandru biss fuq l-istazzjonijiet tat-TV bi ħlas
  • it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mħarsa minn programmi vjolenti jew pornografiċi billi dawn ikunu skedati għal tard billejl u/jew billi jiġi limitat l-aċċess għalihom permezz ta' apparat mibni fir-remote control tat-televiżjoni
  • il-partijiet ikkritikati b’mod inġust waqt xandir televiżiv jingħataw id-dritt ta’ tweġiba
  • is-servizzi kollha tal-midja awdjoviżivi jirrispettaw xi regoli bażiċi tar-reklamar (rispett għad-dinjità tal-bniedem, restrizzjonijiet għall-alkoħol, it-tabakk u l-mediċini, eċċ.)
  • l-istazzjonijiet ma jkollhomx iktar minn 12-il minuta ta' reklami fis-siegħa (il-massimu awtorizzat).
Studjo tal-Films © Shutterstock

L-UE tappoġġa l-produtturi tal-films Ewropej.

Ix-xandir pubbliku

Il-pajjiżi membri tal-UE għandhom impenn lejn is-servizzi tax-xandir pubbliku - it-Trattat ta' Amsterdam tal-1999 jagħraf dan ir-rwol billi jipprovdi għall-bżonnijiet demokratiċi, soċjali u kulturali u billi jevita li xi attur kbir, waħdu jew flimkien ma' oħrajn bħalu, jiddominaw l-industrija.

Il-gvernijiet jistgħu jagħtu appoġġ finanzjarju lix-xandara pubbliċi, bil-kundizzjoni li l-finanzjament jiġi użat biex jintlaħaq l-għan tas-servizz pubbliku u ma jkunx ta' xkiel għall-operazzjonijiet kummerċjali normali jew iħassar il-kompetizzjoni fost ix-xandara.

Il-kontenut Ewropew (l-eċċezzjoni kulturali)

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi teħtieġ li x-xandara juru kwota minima ta’ programmi Ewropej, u dan jixhed it-tħassib li inkella l-produzzjonijiet Amerikani jaħtfu l-biċċa l-kbira tas-suq Ewropew. Għalkemm il-pajjiżi tal-UE jipproduċu aktar films mill-Istati Uniti, 75% tal-qligħ ta’ flus tas-swali taċ-ċinema Ewropej jiġi minn films Amerikani.

L-UE hi parti mill-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjoni Kulturali u bħala mezz li bih tipproteġi d-diversità kulturali tagħha u tippromwovi l-produzzjoni lokali, assigurat eċċezzjoni mir-regoli tal-kummerċ ħieles tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Magħrufa bħala l-'eċċezzjoni kulturali', din tawtorizza lill-istati membri tagħha biex joħolqu limiti fuq l-importazzjoni tal-oġġetti kulturali bħall-films.

MEDIA 2007-2013

Il-programm MEDIA jipprovdi għajnuna finanzjarja għall-films u l-programmi tat-TV Ewropej ta' kwalità. L-għanijiet huma li jżid il-produzzjoni u d-distribuzzjoni fl-Ewropa u li jippromwovi l-films Ewropej, ix-xogħlijiet awdjoviżivi l-oħra u t-teknoloġiji diġitali l-ġodda.

Il-programm MEDIA Mundus (2011-2013) DeutschEnglishfrançais il-ġdid, b'baġit ta' €15m jikkapitalizza fuq l-interess dejjem akbar tal-industrija awdjoviżiva fil-kooperazzjoni globali u l-opportunitajiet li toffri. Ikabbar l-għażla tal-konsumaturi billi jġib iżjed prodotti kulturalment differenti lejn is-swieq Ewropej u internazzjonali. Joħloq ukoll opportunitajiet kummerċjali ġodda għall-professjonisti tal-awdjoviżiv mill-Ewropa kif ukoll minn madwar id-dinja.

Fuq

Fuq



Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'150 fil-mijaKabbar id-daqs b'200 fil-mija | Agħżel il-kulur tal-paġna bluAgħżel il-kulur tal-paġna aħdarAgħżel il-kulur tal-paġna aħmarAgħżel kuluri li jikkuntrastaw


Immarka din il-paġna Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ