Il-politika agrikola komuni tal-UE sservi bosta għanijiet: tgħin lill-bdiewa mhux biss biex jipproduċu l-ikel, iżda wkoll biex iħarsu l-ambjent, itejbu l-benessri tal-annimali u jsostnu komunitajiet rurali vijabbli.

Il-ġobon parmeġan awtentiku huwa stampat bit-tikketta ta' kwalità tal-UE.
Il-politika agrikola tal-UE ffukat fuq aspetti differenti matul is-snin minħabba li l-kondizzjonijiet fl-Ewropa inbidlu. Illum, tiffoka fuq:

Għażla kbira bi prezz ġust hija prinċipju fundamentali tal-politika agrikola tal-UE.
L-isfidi tal-futur tal-UE jinkludu l-bżonn li l-produzzjoni dinjija tal-ikel tirdoppja sal-2050 biex tleħħaq maż-żieda fil-popolazzjoni u konsumaturi aktar għonja li jieklu aktar laħam, filwaqt li fl-istess ħin tindirizza l-impatt tat-tibdil fil-klima (it-telf tal-bijodiversità, id-deterjorament tal-ħamrija u l-kwalità tal-ilma).
Bi tweġiba għal dawn l-isfidi, u wara li tat widen lix-xewqat taċ-ċittadini Ewropej, l-enfasi tal-politika agrikola tal-UE mill-2013 'il quddiem se tmur fuq:
Il-politika agrikola hija mmexxija aktar ċentralment, fil-livell Ewropew, minn oqsma oħra ta’ politika. Dan ifisser li r-riżorsi li l-gvern nazzjonali tiegħek kien ikun qed jonfoq fuq il-biedja huma mmexxija mill-UE minflok.
Madankollu, is-sehem tal-infiq għall-biedja fil-baġit tal-UE naqas ħafna (mill-ogħla livell li kien ilaħħaq għal kważi 70% fis-snin sebgħin għal madwar 40% llum). Dan jirrifletti kemm l-espansjoni tar-responsabbiltajiet l-oħra tal-UE kif ukoll l-iffrankar tal-flus bis-saħħa tar-riformi. Mill-2004 'l hawn, l-UE laqgħet 12-il pajjiż membru ġdid mingħajr l-ebda żieda fl-infiq fuq il-biedja.