Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Nieħdu l-Ewropa fis-seklu 21
Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21

Inwasslu l-Ewropa fis-seklu 21

Trabi f'ċirku jifformaw is-simbolu tal-UE

Illum aktar minn qatt qabel, f'dinja globalizzata li qed tinbidel kontinwament, l-Ewropa qed ikollha tiffaċċja sfidi ġodda.

F'dinja li qed tinbidel il-ħin kollu, li hi aktar u aktar interkonnessa, l-Ewropa qed titħabat ma' kwistjonijiet ġodda: il-globalizzazzjoni, iċ-ċaqliq demografiku, it-tibdil fil-klima, il-ħtieġa ta' riżorsi sostenibbli ta' enerġija u tehdidiet ġodda għas-sigurtà. Dawn huma l-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja fis-seklu 21.

Il-fruntieri ma jiswew xejn fid-dawl ta' dawn l-isfidi. Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jiffaċċjawhom weħidhom. Iżda bħala entità waħda, l-Ewropa tista' twassal riżultati u twieġeb għall-preokkupazzjonijiet tal-pubbliku. Madankollu, biex jintlaqgħu dawn l-isfidi, l-Ewropa għandha timmodernizza lilha nfisha. L-UE reċentement kibret minn 15 għal 27 membru; għalhekk tinħtieġ għodod effettivi, koerenti biex tkun tista' tiffunzjona b'mod xieraq u twieġeb għat-tibdil mgħaġġel fid-dinja. Ir-regoli tal-ħajja organizzati b’mod komuni permezz tat-Trattati għandhom għalhekk jiġu rinnovati.

Dan hu l-għan tat-Trattat iffirmat f’Liżbona fit-13 ta’ Diċembru 2007. Meta l-mexxejja Ewropej ftehmu dwar ir-regoli l-ġodda, kienu qed jaħsbu dwar tibdil politiku, ekonomiku u soċjali li kien qed iseħħ, u l-ħtieġa li jissodisfaw t-tamiet u l-aspettattivi tal-pubbliku Ewropew. It-Trattat ta' Liżbona jiddefinixxi dak li l-UE tista' u ma tistax tagħmel, u x'mezzi tista' tuża. Hu jibdel l-istruttura tal-istituzzjonijiet tal-UE u kif dawn jaħdmu. Bħala riżultat, l-UE hi aktar demokratika u l-valuri prinċipali moqdijin aħjar.

It-Trattat hu frott in-negozjati bejn il-pajjiżi membri tal-UE wara konferenza intergovernattiva, li fiha kienu involuti l-Kummissjoni u l-Parlament. It-trattat kien irratifikat mis-27 membru tal-UE. Dawn iddeċidew huma stess, skont ir-regoli kostituzzjonali tagħhom, biex jintgħażel il-metodu tar-ratifika.

It-Trattat daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 6 tiegħu.

Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna