Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Ħarsa lejn it-Trattat > Aktar Ġustizzja, Libertà u Sigurtà
Paġna ta’ merħbaPaġna ta’ merħba

Aktar Ġustizzja, Libertà u Sigurtà

Li nibnu żona ta' Ġustizzja, Libertà u Sigurtà hi prijorità għolja għall-Unjoni Ewropea.

It-Trattat ta' Liżbona se jkollu influwenza konsiderevoli fuq ir-regoli eżistenti dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fuq livell tal-UE u se jagħmel l-azzjoni tal-UE aktar komprensiva, leġittima, effiċjenti, trasperenti u demokratika f'dan il-qasam.

S'issa affarijiet importanti f'dan il-qasam kienu jeħtieġu deċiżjoni unanima mill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kellhom rwol limitat.

It-Trattat ta' Liżbona se jwassal għal żieda fid-demokrazija u trasparenza minħabba li se jiġu adottati sett ta' atti legali uniformi bi rwol aktar imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew bħala ko-leġiżlatur (proċedura ta' ko-deċiżjoni) u bl-estensjoni tal-prinċipju tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.

L-azzjoni tal-UE se tigi ffaċilitata bit-tneħħija tal-oqsma politiċi eżistenti separati – magħrufa wkoll bħala "pilastri" – dawn jikkaratterizzaw l-istruttura istituzzjonali attwali rigward il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġurisprudenza fi kwistjonijiet kriminali.

Madankollu, l-inizjattivi leġiżlattivi bbażati fuq l-inizjattivi tal-Istati Membri (ta' mill-inqas kwart tal-Istati Membri) fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali tal-pulizija, il-ġustizzja krimiali u l-kooperazzjoni amministrattiva se jibqgħu possibbli. Il-Kummissjoni Ewropea se tikseb ir-rwol sħiħ tagħha bħala gwardjan tat-Trattati u flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea se tassigura li d-deċiżjonijiet qed jiġu applikati b'mod korrett.

Il-Parlamenti nazzjonali se jkollhom rwol aktar attiv fl-eżaminazzjoni u t-twassil tal-opinjonijiet rigward kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà.

It-Trattat ta' Liżbona jiggarantixxi l-libertajiet u d-drittijiet stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jagħti lid-dispożizzjonijiet tiegħu saħħa legali li torbot. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja se tikseb ukoll il-kapaċità li tassigura li l-Karta tiġi applikata b'mod korrett.

Dan il-progress se jiffaċilita l-ħolqien ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar komprensiv, leġittimu, effiċjenti, trasparenti u demokratiku għaż-Żona komuni tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà billi jiġu trattati twaqqif repetut ta' proposti minħabba r-regola tal-unanimità.

Madankollu, tliet Stati Membri ħassew il-ħtieġa li jinnegozjaw jew jestendu ftehimiet speċjali dwar oqsma speċifiċi tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà bl-għan li jinżammu arranġamenti speċifiċi nazzjonali.

Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna